Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilha li ġiet introdotta t-tourist eco-tax fuq kull lejl fil-hotels u akkomodazzjoni turistika oħra kemm inġabret minn din it-taxxa minn hotels u stabbilimenti f'Għawdex sena b'sena sal-lum?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea – diskussjonijiet u analiżi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi, x’diskussjonijiet u x’analiżi qegħdin isiru fi ħdan il-Ministeru dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Wara li twaqqaf Unit dedikat biex isegwi d-diskussjonijiet li qed isiru fuq livell Ewropew marbuta ma’ Brexit, bdiet ħidma iffukata biex ikun hemm koordinament fil-Gvern dwar Brexit. F’dan ir-rigward, il-Ministeru:
- Segwa d-diskussjonijiet kollha relatati ma’
Brexit
li saru fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-livelli kollha tal-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- ¯amm kuntatt kontinwu mat-
Task Force
mmexxija minn Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni, Michel Barnier, biex jiddiskuti oqsma speċifiċi li jista’ jkollhom impatt fuq Malta;
- ¯amm kuntatt kontinwu mal-Kummissarju Għoli tar-Renju Unit f’Malta biex ikun jista’ jifhem aħjar il-pożizzjoni tar-Renju Unit f’dawn in-negozjati;
- Ikkonsulta mal-Ministeri kollha l-oħra biex jistudja x’jista’ jkun l-impatt fuq Malta fid-dekasteri differenti;
- Ikkonsulta ma’ Ministeri differenti biex fassal il-pożizzjonijiet tal-Gvern għal-laqgħat dwar in-negozjati li saru dwar temi differenti fil-konfigurazzjoni ta’ Artiklu 50;
- Kien parteċipi, flimkien ma’ esperti minn Ministeri differenti, f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni dwar l-impatt li
Brexit
jista’ jkollu f’setturi differenti;
- Kien parteċipi f’laqgħat mal-imsieħba soċjali biex jispjega x’kien għaddej fil-laqgħat li qed isiru fi Brussel b’rabta ma’ dawn in-negozjati u kif jistgħu jintlaqtu n-negozji u ċ-ċittadini Maltin;
- Kien parteċipi f’laqgħat tat-
Task Force
tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru imwaqqfa
biex tattira l-investiment mir-Renju Unit biex jispjega l-mod kif qiegħda tiġi mfassla r-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, u biex jagħti rendikont ta’ fejn waslu n-negozjati;
- Iċċirkola materjal informattiv mħejji mill-Kummissjoni Ewropea lill-Ministeri differenti tal-Gvern u l-entitajiet tagħhom b’rabta mal-impatt li diversi xenarji marbuta ma’
Brexit
jista’ jkollhom;
- Beda proċess ta’ koordinazzjoni interna fil-Gvern biex jibdew il-preparamenti fil-każ li ma jkunx hemm qbil fin-negozjati mal-Unjoni Ewropea;
- Ħadem mill-qrib mal-Aġenzija
Identity Malta
biex ikunu mħejjija l-proċeduri interni tal-Gvern biex ikun implimentat l-arranġament tat-tluq;
- Beda ħidma flimkien mal-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jidentifika liġijiet nazzjonali li jista’ jkun jeħtieġ li jiġu riveduti minħabba t-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea;
F’din il-ħidma, l-uffiċjali fil-Ministeru ħadmu u ħejjew diversi analiżi – skont il-ħtieġa tan-negozjati f’dak iż-żmien u l-proposti mressqa (kemm mill-Kummissjoni u kif ukoll mit-tim tan-Negozjatur Ewlieni tal-Unjoni) f’perjodi differenti. Uħud minn dawn l-analiżi kienu settorali u saru f’konsultazzjoni ma’ esperti f’oqsma differenti bi tħejjija għal-laqgħat li kienu qed isiru fi Brussell, filwaqt li oħrajn kienu aktar orizzontali. Dan ix-xogħol hu kontinwu u se jibqa’ għaddej sakemm ir-Renju Unit jitlaq mill-Unjoni Ewropea.
Navy Ċiniża u Malta – koperazzjoni u diskussjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'koperazzjoni teżisti jew qed tiġi diskussa bejn in-Navy Ċiniża u Malta?
Response (ABELA, CARMELO)
Nistieden lill-Onor. Interpellent jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat minħabba li din il-mistoqsija ma taqax taħt il-kompetenza tal-Ministeru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-belt tal-Imdina? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif jaf tajjeb hu ir-Regolament Ewropew dwar il-Protezzjoni tad-Dejta bdiet tapplika mill-25 ta' Mejju, 2018 fl-Istati Membri kollha sabiex nipproteġu il-privatezza tad-data. Żgur japprezza li dawn tip ta’ domandi mressqa jitlobu dejta personali li teħtieg prudenza fit-tweġibiet minħabba dejta protetta mill-liġi Ewropeja (Regulation 2016/679/EU) u li mniżżlha f’Kapitlu 586 tal-Liġijiet ta’ Malta.
Trasport tal-iskola b’xejn – studenti li għadhom mingħajr is-servizz ta’ trasport
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom? Jista' jgħid minn liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu? Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha u għandha reġistrati ħaddiema l-kumpanija li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament mal-Korporazzjoni Jobsplus mis-sena 2015 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Peress li l-kumpanija indikata mill-Onor. Interpellant hija kumpanija privata, qed ngħaddi l-informazzjoni li ngħatajt lill-Onor. Interpellant separatament u b'mod kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm irġiel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin xahar b’xahar minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri rġiel fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin minn Jannar 2018 sa Ottubru 2018 huwa kif indikat:
Jannar 528
Frar 526
Marzu 525
April 525
Mejju 523
Ġunju 511
Lulju 507
Awwissu 501
Settembru 520
Ottubru 518
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni ta’ nazzjonalità barranija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija (mhux Maltija) fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm mitejn tmienja u tletin (238) persuni ta’ nazzjonalità barranija ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f’overtime l-uffiċjali ta’ detenzjoni xahar b’xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-uffiċjali ta’ detenzjoni tħallsu f’overtime xahar b’xahar matul is-sena 2017 kollha u minn Jannar 2018 sa Settembru 2018 kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Sena 2017
Sena 2018
Pay No.
Pay No.
1
1,269.35
1
11,666.00
2
1,263.36
2
7,550.00
3
0
3
7,921.00
4
0
4
15,356.00
5
0
5
16,203.00
6
0
6
14,355.00
7
0
7
52,286.00
8
19,339.40
8
49,987.68
9
5,118.32
9
56,700.78
10
8,041.00
11
9,499.00
12
8,566.00
13
9,807.00
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – investiment kapitali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment kapitali sar ġewwa l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2018? Jista’ l-Ministru jelenka l-investiment li sar wieħed b’wieħed, u kemm sewa fi ħlas?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment kapitali ġewwa l-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin għas-sena 2018 jammonta total globali ta’ €148,948.07. Dettalji tal-proġetti kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fil-preżent qed isir “prison brief” u eventwalment għandu jsir “design brief” ħalli l-awtoritajiet jiddeeċiedu l-bidliet infrastrutturali kollha neċessarji fil-faċilita.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu direct orders mill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2018 sa issa, lil min ingħataw dawn id-direct orders u kemm swew?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Direct Orders li ħarġu mill awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2018 s'issa huma dawn imsemmija:
Description
Awarded to
Value
Provision of a prison chaplain at CCF for a period of 12 months
Capuchin Province of Malta
€14,734.00
Procurement of SEAT Toledo Style
Continental Cars Ltd
€19,600.00
Provision of service for Sports Co-ordinator within the Correctional Services
€24,440.00
Supply and delivery of six fully automatic external defibrillators
Technoline
€9,784.27
Procurement of equipment for security purposes
€18,256.00
Forzi Armati ta’ Malta – missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba kien hemm missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta tul is-sena 2017 xahar b’xahar u fl-2018 xahar b’xahar sa Settembru 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-missjonijiet ta’ salvataġġ ta’ immigranti fuq il-baħar imwettqa mill-Forzi Armati ta’ Malta matul l-2017 u sa Settembru 2018, huwa kif ġej:
Sena 2017
Sena 2018
Xahar
Missjonijiet
Xahar
Missjonijet
Jannar
1
Jannar
1
Frar
1
Marzu
1
April
1
Mejju
1
Mejju
2
Ġunju
2
Ġunju
2
Lulju
1
Lulju
1
Awwissu
4
Awwissu
1
Total
10
Novembru
1
Total
10
Kummissjoni Nazzjonali Għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità – approvazzjoni għax-xogħol fuq bankina fuq il-pont tal-Mistra
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali Għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità għax-xogħlijiet li saru reċentement minn Transport Malta fuq il-bankina li tinsab fuq iż-żewġ naħat tat-triq ta' fuq il-Pont tal-Mistra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ma tapprovax proġetti jew pjanti, iżda sservi bħala waħda mill-entitajiet illi l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonsulta magħha. Għal dan il-għan, meta mitluba, hija tindika jekk għandhiex oġġezzjoni jew le għall-pjanti li jiġu sottomessi lilha.
Jista' l-Ministru jindika jekk fuq is-sit fin-Naxxar fejn bħalissa għaddejjin xogħlijiet mal-proġett "Reach " ( PA 04152/16) kienx hemm xi problemi relatati mal-qerda ta' speċi ta' pjanti protetti jew inkella kumplikazzjonijiet oħra li setgħu nqalgħu waqt li kien qiegħed isir tħaffir/skavar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, waqt ix-xogħlijiet fuq is-sit tal-proġett REACH fin-Naxxar, ma kienx hemm qerda ta’ speċi protetti u lanqas kumpikazzjonijiet oħra matul il-proċess ta’ skavar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, il-permessi approvati u l-istudji kollha relatati mal-proġett tal-estensjoni tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa?
Jista' l-Ministru jindika liema żona jew żoni fl-akkwati tal-Bajja tal-Għadira fil-Mellieħa li kienu identifikati bħala siti li fuqhom ser isir ix-xogħol sabiex ikunu allokati għal spazju ta' parkeġġ fl-istess żona?