Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7248 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħlu mill-eco-tax tat-turiżmu? Jista' jagħti break down tal-lokalitajiet minn fejn inġabret din it-taxxa u l-ammont li nġabar minn kull lokalità?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġa magħruf bħala 31 ta’ Marzu, se jiżżarma kompletament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġia, magħruf bħala l-31 ta’ Marzu, se jieqaf jintuża mill-Enemed f’Diċembru 2019, meta huwa maħsub li l-impjant il-ġdid ta’ Ħas-Saptan ikun ‘fully operational’. Fl-istess żmien l-impjant jingħata lura lis-sidien tiegħu, jiġifieri l-Enemalta biex ikompli d-decommissioning tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet marbuta maż-żarmar tal-impjant tal-Enemed 31 ta’ Marzu f’Birżebbuġa saru minn mindu l-Gvern ħabbar li se jiġi żarmat?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta l-Gvern ħabbar li ser jiġi żarmat l-impjant tal-Enemed f’Birżebbuġa, diġa żżarma wieħed mit-tankijiet u l-Head Office Buildings li ġew ukoll ippreparati biex ikunu jistgħu jitwaqqgħu meta jitlaq l-proġett ta’ decommissioning.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella u ż-żewġ annessi 'A' u 'B' li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ismijiet qed jingħataw lill-Onor interpellant separatament.
Ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ma jingaġġaw ebda konsulenti. Irid jingħad però li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tuża s-servizzi ta' 21 persuna b'konnessjoni mal-Assigurazzjoni ta' Kwalità. Is-servizz li jagħtu dawn l-individwi huwa ta’ natura ‘short term’ marbut ma’ dmirijiet ta’ Quality Assurance u National Occupational Standards b’medja ta’ total massimu ta’ bejn tlett u ħamest ijiem konsulenza.
MCCAA — Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur - każijiet ta’ kanċellament ta’ titjiriet bl-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti d-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fir-rigward ta’ każijiet ta’ kanċellament ta’ titjiriet bl-ajru u dan billi jelenka l-kumpaniji konċernati u n-numru ta’ ilmenti magħmula fir-rigward ta’ kull kumpanija tal-ajru mill-bidu tal-2018 sa kemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm 22 ilment reġistrati dwar kanċellament ta’ titjiriet bejn Jannar 2018 u t-30 ta’ Settembru, 2018 skont Regolament APR 261/2004. Qed nannetti tabella iktar dettaljata bl-informazzjoni mitluba.
January
Turkish Airlines
1 X Cancelled
February
Lufthansa
1 X Cancelled
March
Easy Jet
1 X Cancelled
Lufthansa
1 X Cancelled
Ryan Air
2 X Cancelled
April
Ryan Air
1 X Cancelled
May
Lufthansa
1 X Cancelled
Ryan Air
2 X Cancelled
June
Ryan Air
2 X Cancelled
Lufthansa
1 X Cancelled
July
Ryan Air
1 X Cancelled
August
Ryan Air
3 X Cancelled
Lufthansa
1 X Cancelled
September
Ryan Air
3 X Cancelled
Lufthansa
1 X Cancelled
Institute for the Public Services – kors għal Principal
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-kors li huwa rikjest biex wieħed ikun eleġibbli għall-post ta' Principal fiċ-Ċivil bit-titlu “What is Expected of a Principal” offrut mill-Institute for the Public Services u ppjanat li jsir f'Ottubru li ġej u mhux se jsir ukoll f'Għawdex għall-parteċipanti Għawdxin u dan biex jiġi evitat skariġġ u inkonvenjent bla bżonn għall-ħaddiema taċ-Ċivil li ser japplikaw?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li l-kors imsemmi mhux talli mhux ser isir f’Għawdex talli l-applikanti Għawdxin ingħataw l-għażla fejn jixtiequ jagħmlu l-kors permezz ta’ email datata l-1 ta'Awwissu 2018.
Skola Primarja Nadur – proġett ta’ tisbiħ — periti maħtura
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx maħtura l-Periti sabiex jaħdmu fuq il-proġett ta' tisbiħ estensiv fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada kif kien qal li ser isir fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5836? Jekk le, jista’ jgħid għaliex għadhom ma nħatrux meta din l-iskola tinsab fi stat ħażin u hemm bżonn ta’ maintenance urġenti fejn dan il-maintenance suppost beda tliet snin ilu imma sal-lum għadu ma bediex? Jista' jgħid jekk irċeviex petizzjoni mill-ġenituri tat-tfal li jattendu din l-iskola u jekk iva jista' jpoġġi kopja tal-istess petizzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada ippubblikat dik li tissejjaħ 'Dynamic Purchasing System' permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti, li hi sejħa pubblika għall-Periti li huma interessati jagħtu s-servizzi tagħhom lill-Fondazzjoni. Wara li nħarġet sejħa għall-ewwel grupp ta' Periti li huma interessati jagħtu dan is-servizz, il-Fondazzjoni se tkun qiegħda tqassam xogħlijiet differenti lill-Periti li se jintagħżlu. Fost dawn ix-xogħlijiet hemm il-proġett ta' tisbiħ tal-Iskola Primarja fin-Nadur, Għawdex.
Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, nikkonferma li rċevejt kopja ta’ petizzjoni li ntbagħtet lill-Prinċipal. Din il-petizzjoni kellha 130 firma annessi iżda minħabba protezzjoni tad-data m’iniex f’pożizzjoni li nqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra.
Miżuri għal persuni li jixtiequ jsiru sidien ta’ darhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri għamel ġodda, biex jagħti sostenn lil min jikri u jixtieq isir sid ta’ daru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fi Frar 2014 ġiet imħabbra skema bl-isem ta’ Sir Sid Darek, li permezz tagħha inkwilin ġewwa proprjeta` tal-Awtorita` tad-Djar jew tal-Gvern jista’ japplika sabiex jixtri l-fond u b’hekk isir sid ta’ daru. Taħt din l-iskema jingħata sussidju ta’ 50% fuq il-prezz, f’każ li persuna ma jkollix assi aktar minn €150,000.
L-Awtorita` tad-Djar, b’kollaborazzjoni mall-APS Bank u l-Foundation for Social Welfare Services, ipparteċipat fi Skema mħabbra fl-2017, fejn persuni setgħu jixtru proprjeta` residenzjali għall-użu personali tagħhom u b’hekk isiru sidien ta’ darhom. Permezz ta’ din l-iskema, l-applikanti setgħu jieħdu self mill-APS sa’ massimu ta’ €100,000.
Fi Frar 2018, l-Awtorita` din id-darba b’kollaborazzjoni mal-Bank of Valletta u l-Foundation for Social Welfare Services, varat skema fejn il-Bank jagħti self sa massimu ta’ €120,000 sabiex tinxtara proprjeta` fi stat finished, on plan u fi stat shell, lill-applikanti li jixtiequ jsiru sidien ta’ darhom. Taħt iż-żewġ skemi jingħata sussidju sa massimu ta’ €2,000 fis-sena fejn dan jiġi depożitat fis-self mogħti lill-applikanti.
Permezz tal-iskema mħabbra f’Jannar tas-sena 2017, l-Awtorita` tad-Djar qegħda tagħti sussidju sa massimu ta’ €2,000 fis-sena, lill-inkwilini li qegħdin jikru proprjeta` mill-privat. Is-sussidju jinagħta skont il-kobor tal-familja kif ukoll id-dħul tal-applikanti.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ħa mill-elezzjoni ‘l hawn biex ikabbar il-ħidma tiegħu fil-Qasam tal-Akkomodazzjoni Soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvern jemmen fid-dritt għall-akkomodazzjoni diċenti għall-kulħadd. Din il-viżjoni, qed tħares li toħloq sistema ta’ akkomodazzjoni għal futur tal-pajjiż, fejn tara r-relazzjoni bejn il-familja u d-dar minn lenti ħolistika u kif id-dar u l-familja qed jiġu affetwati mill-ekonomija, ambjent u aspetti kulturali.
Din il-viżjoni ħolistika, hija ibbażata fuq sistema ta’ ippjanar li toħloq ambjent soċjali, inklussiv u sigur għal kulħadd, billi toffri aċċess tajjeb għal servizzi pubbliċi, faċilitajiet u spazji miftuħin.
Din is-sistema ħolstika, se toħloq faxx ta’ akkomodazzjoni affordabbli, li jkun imqabbad ma benefiċċji u programmi speċifiċi biex jgħinu lil persuni fi bżonn, isiru sidien ta’ darhom. L-għan huwa li tinħoloq sistema, fejn il-persuni jkunu jistgħu jimxu minn akkomodazzjoni soċjali għal dik affordabbli. Għalhekk, il-ħidma tal-Gvern f’dan is-settur, hija ffukkata li jiżdiedu l-alternativvi affordabbli fis-suq in ġenerali. B’aktar alternattivi affordabbli biss, nistgħu niffaċiltaw mobilita’ soċjali li ma tħalli lil ħadd warajha, kemm żagħżagħ, familji u nies anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu postijiet ġodda mis-sena 2013 sal-lum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perijodu msemmi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-4 ta’ Ottubru 2018, saru b’kollox 620-il allokazzjoni ta’ postijiet mill-Awtorta` tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu eviction orders minn meta ġie elett f’din il-Leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din l-leġislatura, mill-4 ta’ Ġunju 2017 sal-10 ta’ Ottubru 2018, l-Awtorita` tad-Djar ħarġet 7 Eviction Orders.
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod, l-Awtorità tad-Djar wessgħat it-threshold sabiex aktar persuni jikkwalifikaw għas-sussidju tal-kera?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi f’Jannar 2018, l-Awtorita` tad-Djar ħabbret li it-
threshold
tad-dħul tal-applikanti taħt l-iskema tas-sussidju tal-kera jiġi mwessa, sabiex nilħqu aktar familji, skont id-dħul annwali tagħhom, kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt, wara li ġiet imħabbra din l-mi¿ura.
Kategorija
Dħul Annwali Totali
Għas-sena Bażi
Kalendarja
Sussidju Massimu Mħallas fis-sena
Qabel 2018
€
Wara Jannar 2018
€
€
Persuna li tgħix waħedha
A
0,000 – 8,600
0,000 – 12,000
1,600
B
8,601 – 9,600
12,001 – 13,000
1,300
C
9,601 – 13,600
13,001 – 14,000
1,100
Familja ta’ 2 persuni (adulti)
A
0,000 – 16,000
0,000 – 18,000
1,900
B
16,001 – 20,000
18,001 – 20,000
1,700
C
20,001 – 21,000
20,001 – 22,000
1,500
Familja ta’ 3 membri u aktar (familji bi tfal)
A
0,000 – 19,000
0,000 – 20,000
2,000
B
19,001 – 20,000
20,001 – 21,000
1,800
C
20,001 – 21,000
21,001 – 22,000
1,600
D
21,001 – 22,000
22,001 – 23,000
1,400
E
22,001 – 23,000
25,001 – 26,000
1,200
Jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod, l-anzjani li għandhom 65 sena u aktar se jingħataw threshold speċjali sabiex jibbenefikaw aktar għal sussidju tal-kera?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt.
Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant illi, f’Jannar 2018, l-Awtorita` tad-Djar ħabbret li it-
threshold
tad-dħul tal-applikanti li għandhom ‘l fuq minn 65 sena, taħt l-iskema tas-sussidju tal-kera, jiġi mwessa’, kif qed ikun elenkat fit-tabella t’hawn taħt, wara li ġiet imħabbra din l-miżura.
Kategorija
Dħul Annwu Totali
Għas-sena Bażi
Kalendarja
Sussidju Massimu Mħallas fis-sena
Qabel 2018
€
Wara Jannar 2018
€
€
Persuna li tgħix waħedha
A
0,000 – 8,600
0,000 – 14,000
1,600
B
8,601 – 9,600
14,001 – 15,000
1,300
C
9,601 – 13,600
15,001 – 16,000
1,100
Familja ta’ 2 persuni (adulti)
A
0,000 – 16,000
0,000 – 20,000
1,900
B
16,001 – 20,000
20,001 – 22,000
1,700
C
20,001 – 21,000
22,001 – 24,000
1,500
Familja ta’ 3 membri u aktar (familji bi tfal)
A
0,000 – 19,000
0,000 – 22,000
2,000
B
19,001 – 20,000
22,001 – 23,000
1,800
C
20,001 – 21,000
23,001 – 24,000
1,600
D
21,001 – 22,000
24,001 – 25,000
1,400
E
22,001 – 23,000
25,001 – 26,000
1,200
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati fuq persuni residenti f'Għawdex? Kemm minn dawn il-vetturi huma kummerċjali? Jista' jgħid kemm tħallsu f'liċenzji lill-Awtorità dwar it-Trasport fis-sena 2017 fuq dawn il-vetturi reġistrati fuq persuni residenti f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Vetturi liċenzjati fuq persuni residenti f’Għawdex
36,201
Vetturi Kummerċjali
6,320
Liċenzji mħallsa lill-TM (2017) fuq vetturi reġistrati fuq persuni residenti f’Għawdex
€6,112,131.34