Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għajnuna lill-vittmi ta’ traffikar ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jingħataw l-għajnuna għaliex kienu vittmi tat-traffikar tal-persuni? Kemm minnhom huma nisa, kemm irġiel u liema huma l-pajjiżi tal-oriġini tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant(a) li t-tagħrif mitlub minnha huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Persuni mgħejjuna mis-servizz kontra t-traffikar uman Jannar - Ġunju 2021 Pajjiż Irġiel Nisa Total Bangladesh 1 0 1 Gambia 0 1 1 Hungary 0 2 2 India 1 0 1 Mauritius 0 1 1 Nigeria 0 1 1 Pakistan 0 1 1 Philippines 0 5 5 Ukraine 0 1 1 Total 2 12 14
Leg 13 PQ #22713 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

In-Naxxar — Skejjel tal-Gvern – tfal li qed jistennew LSE

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm tfal li jattendu l-iskejjel tal-Gvern fin-Naxxar li qed jistennew li jkollhom LSE?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li sad-data meta ngħatat l-informazzjoni fl-iskejjel indikati ma hemmx tfal li qed jistennew li jkollhom LSE.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — nefqa rikorrenti vutati għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — nefqa rikkorenti vutati għal pagi tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — nefqa rikorrenti vutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — nefqa rikorrenti vutati għal pagi ta' Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Leg 13 PQ #22743 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22744 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Għajnsielem Għawdex – Triq Sant’Antnin – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għalkemm Triq Sant’Antnin, f’Għajnsielem Għawdex kienet inawgurata madwar sena ilu, kellha tinqala’ mill-ġdid f'partijiet minnha, biex isiru xi xogħlijiet ta’ servizzi li ma sarux meta kienet qeda tinbena t-triq oriġinarjament? Ma jarax il-Ministru li dan ix-xogħol doppju qed jiswa lill-poplu Malti u Għawdxi mijiet ta' eluf ta' ewro żejda li setgħu intużaw għal xogħlijiet oħra?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtieġa lill-Ministeru kkonċernat.

Xogħlijiet fuq il-mini prinċipali

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22295 dwar xogħlijiet fil-mini li għandna fil-pajjiż fejn għidt li filwaqt li l-kuntratt oriġinali kien jammonta għal €12.5 miljun, l-ispiża finali tkun magħrufa meta jiġi konkluż il-proġett, jista’ l-Ministru jgħid kemm ser jiġu jiswew il-varjazzjonijiet imsemmija fir-risposta tiegħu? Jista’ jagħti risposta definittiva meta ser ikun lest ix-xogħol fuq kull mina peress li r-residenti ta' diversi lokalitajiet sofrew inkonvenjenzi kbar li tawlu għal diversi xhur kif ukoll snin sakemm dan ix-xogħol ikun lest? Jista’ jgħid id-data ta' meta suppost kellu jkun lest ix-xogħol hekk kif stipulat fil-ħruġ tal-offerta? X'raġunijiet ingħataw għal dan id-dewmien esaġerat? X'inhi r-raġuni li jekk kien hemm bżonn jgħaddu xi servizzi minn taħt wiċċ it-triq dawn ma kenux ippjanati qabel beda x-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Filwaqt li t-tweġibiet għal ħafna minn dawn il-mistoqsijiet diġà tajthom meta weġibt il-mistoqsijiet parlamentari 22295 u 22801, inżid nispjega li skont il-kuntratt oriġinali, ix-xogħlijiet kellhom ikunu lesti f’Diċembru 2020. Minħabba x-xogħlijiet addizzjonali li ma kienux magħrufa meta ħarġet is-sejħa għall-offerti, il-kuntratt ġie estiż sal-aħħar ta’ Settembru 2021. Għaldaqstant, mhux minnu li x-xogħol fuq il-mini tawwal “għal diversi snin” biex ikun lest kif qal l-Onorevoli Bezzina.

Xogħlijiet fuq toroq – nuqqasijiet fuq ippjanar u koordinament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għal diversi nuqqasijiet fi kważi x-xogħlijiet kollha li jirrigwardaw toroq f'dak li hu ppjanar u koordinament?

Response (BORG, IAN)

Peress li l-Gvern qed iwettaq investiment bla preċedent fit-toroq, b’ħafna u ħafna xogħlijiet f’kull lokalità biex ikollna infrastruttura ta’ kwalità ogħla wara għexieren ta’ snin ta’ telqa, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Bezzina jispeċifika liema toroq e¿attament qed jagħmel referenza għalihom u anke jgħid b’mod speċifiku wkoll x’inhuma n-nuqqasijiet li qed jalludi għalihom.

Mqabba – Triq il-Ħajt tal-Matla – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jitlesta x-xogħol fi Triq il-Ħajt tal-Matla, fl-Mqabba peress li x-xogħol beda aktar minn 4 xhur ilu u sal-lum dan ix-xogħol għadu mhux lest b'inkonvenjent kbir għar-residenti li joqogħdu f'din it-triq tant li hemm min lanqas jista’ jidħol jew joħroġ mill-garaxx tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Fil-lokalità ta’ l-Imqabba Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq ġdida fi Triq Innoċenzju, Triq is-Serrer, Triq il-Familja Brincati, Sqaq Buħar, Sqaq tas-Sejba, Triq ix-Xatba l-Ħamra, Sqaq fi Triq il-Parroċċa u Triq tal-Isqof. Bħalissa qegħdin isiru Triq il-Belt Valletta kif ukoll Triq George Martin u Triq il-Ħajt tal-Matla li t-tnejn daqt ikunu lesti. Bħala xogħlijiet Triq il-Ħajt tal-Matla kellha tiġi ffurmata u anke nbnew ħitan, u ġew mgħoddijin sistemi ġodda taħt l-art għad-drenaġġ, ilma u servizzi ta’ telekomunikazzjoni qabel mhi se tinkesa bl-asfalt fil-jiem li ġejjin. Dan l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

Mqabba – bini ta’ ġibjun tal-ilma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-assigurazzjonijiet tiegħu li ġibjun tal-ilma li inbena reċentement fl-Imqabba minn Infrastructure Malta ma ġiex ikkontaminat bid-dranaġġ wara li d-dranaġġ fil-Pjazza tal-Imqabba u t-toroq tal-madwar, faru fil-water culvert li jagħti għal ġo dan il-ġibjun?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet kampjuni tal-ilma minn dan il-ġibjun biex jiġi stabbilit jekk hemmx kontaminazzjoni, u li dawn it-testijiet għadhom għaddejjin.

Pjazza tal-Imqabba – fawran tad-drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li d-dranaġġ fil-Pjazza tal-Mqabba u t-toroq tal-madwar xi ġimgħat ilu faru fil-water culvert li hemm fl-istess pjazza? Tista’ tgħid fiex kienu jikkonsistu dawn il-ħsarat u jekk dawn tranġawx? Tista’ tgħid jekk il-ġibjun li fihom jagħtu dawn il-water culverts ġiex ikkontaminat bid-dranaġġ, u jekk fl-affermattiv x'sar biex ma tiġix ikkontaminata l-water table peress li dan il-ġibjun huwa tat-tip 'soak away'?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona ndikata kien hemm xi ħsarat fin-network tad-drenaġġ li ġie kkaġunat minn materjal sanitarju u li dan ma jiddisolvix fl-ilma. Din il-ħsara ġiet solvuta immedjatament skond il-proċedura stabilita tal-Korporazzjoni. Testijiet għadhom għaddejin biex jiġi ddentifikat jekk kienx hemm kontaminazzjoni tal-ġibjun fl-akkwati.

Enemalta — Talba għal ħsarat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22733 u tgħid kemm kienet it-talba għal ħsarat lill-Enemalta mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm kien l-ammont approvat mill-Enemalta? Kemm kien l-ammont rifjutat? Kemm hija t-talba li s’issa għad m’hemmx deċiżjoni fuqha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Enemalta – rapporti ta’ ħsarat f’apparat tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22732 u tgħid kemm daħlu rapporti għand l-Enemalta ta' ħsarat f'apparat tal-elettriku mill-1 ta' Jannar 2018 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b'sena? Kemm minn dawn it-talbiet ġew minn djar residenzjali u kemm minn mhux residenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħal Għaxaq – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Ħal Għaxaq ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Raħal Ġdid – servizzi ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern f’Raħal Ġdid li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar installat 2 liftijiet f’Raħal Ġdid u qegħda fil-proċess li tinstalla 6 liftijiet oħra (3 minnhom qed issir analiżi teknika preliminari, u t-3 l-oħra qegħdin fil-proċess li tinħareġ l-offerta u/jew l-għoti tax-xogħlijiet).
Leg 13 PQ #22853 Sitting 516 2021-11-09 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Santa Luċija – Skola Sekondarja — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet saru fl-iskola sekondarja ġewwa Santa Luċija (Malta) senjatament fil-bini ta’ sala ġdida u kemm sa issa ntefaq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola Sekondarja li tifforma parti mil-Kulleġġ San Tumas More f’Santa Luċija qegħdin nibnu żewġ swali, waħda biex isservi bħala multi-purpose hall u l-oħra għall-attivitajiet sportivi. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni hu lest filwaqt li s-sejħa pubblika għax-xogħlijiet mekkaniċi, elettriċi u dawk ta’ finishes se tkun ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin. L-ispiża s’issa eċċediet iż-€2 miljun.

Raħal Ġdid — Knisja ta’ Sant Ubaldeska - ħidma

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20718, jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-programm ta’ ħidma tas-sena li ġejja humiex ser isiru t-toroq madwar il-Knisja ta’ San Ubaldeska f’Raħal Ġdid?

Response (BORG, IAN)

Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’aktar minn 750 toroq residenzjali u rurali minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa f’dawn l-aħħar snin. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna, bħal Marsa Junction Project u l-Breakwater tal-Qrejten, f’Marsaxlokk, filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn. Apparti li Raħal Ġdid qed igwadi mill-proġetti multimiljunari li Infrastructure Malta wettqet fit-toroq arterjali partikolarment il-Marsa Junction Project u l-Mini ta’ Santa Luċija, bħala toroq residenzjali f’din il-lokalità diġà saru Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran u Triq Sammat, waqt li bħalissa qegħdin isiru wkoll xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. It-toroq indikati qegħdin ikunu ppjanati mill-aġenzija biex isiru fiż-żmien li ġej, hekk kif l-investiment biex titjieb il-kwalità tat-toroq se jissokta fis-snin li ġejjin bil-bini mill-ġdid t’aktar toroq fil-lokalitajiet madwar Malta biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.