Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill tal-Ewrtopa — European Landscape Convention - trattati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 176 - European Landscape Convention, tiġi fis-seħħ?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7346 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Istitut għall-Edukazzjoni — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jagħti assigurazzjoni li l-korsijiet kollha li joffri l-Istitut għall-Edukazzjoni huma ddisinjati, żviluppati u mogħtija minn persuni li għandhom tal-anqas il-grad akkademiku li qed jgħallmu fih?

Response (BARTOLO, EVARIST)

L-Istitut jagħti din l-assigurazzjoni skont l-istandards mitluba mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) li minnhom huma akkreditati l-korsijiet kollha.
Leg 13 PQ #7347 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

San Pawl il-Baħar – skola ġdida — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida mħabbra mill-Gvern għall-San Pawl il-Baħar waqgħet lura b’sentejn?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li nħass il-bżonn li jiżdiedu aktar faċilitajiet mal-iskola tal-Gvern għal San Pawl il-Baħar. Għaldaqstant, kien jinħtieġ li d-disinn tal-iskola jiġi rivedut u dan ukoll biex is-sala tal-iskola tkun aċċessibbli wara l-ħinijiet tal-iskola.
Leg 13 PQ #7348 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Marsaskala – skola ġdida — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-iskola ġdida f’Marsaskala, reġgħet għal darb’oħra waqgħet lura fix-xogħlijiet u ma’ kenitx lesta biex tiftaħ kif ippjanat għal din is-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li minħabba n-natura tax-xogħol, kien hemm bżonn numru ta' testijiet li ma kenux oriġinarjament ippjanati u għaldaqstant dan sarraf f'dewmien mhux programmat. Madankollu, kif ippjanat, din l-iskola sa tinfetaħ fis-sena skolastika 2018-2019.
Leg 13 PQ #7349 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rubber flooring fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti? Ta’ kemm minnhom intlaqgħet it-talba? Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #7350 Sitting 147 2018-10-23 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Malta Visual and Performing Arts School – xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol ta’ manutenzjoni u infrastrutturali inkluż xogħol fuq il-faċċata, il-music room, iċ-changing room u l-counselling rooms, li ġie mwiegħed li jsir fil-Malta Visual & Performing Arts School baqa’ ma sarx, sal-bidu tas-sena skolastika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li x-xogħol għadu ma sarx minħabba l-fatt li ħadd ma tefa' offerta għat-tender għal dawn ix-xogħlijiet - liema tender kellu deadline sat-28 ta' Awwissu, 2018. L-FTS reġgħet ippubblikat it-tender mill-ġdid. Dan se jagħlaq fid-19 ta' Novembru, 2018.

Ħ’Attard – Bypass – Central Link Project

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx irreveduti l-pjanti tal-bypass ta’ Ħ’Attard (Central Link Project)? Jekk ir-risposta hija iva, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq hekk kif proposta hux se tkun street level jew taħt il-livell tat-triq fiż-żoni ta’ Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand Inglott (li tinkludi wkoll il-parti li tgħaqqad ma’ Triq Żebbuġ) kif ukoll Triq Tumas Chetcuti, Ħ’Attard? Fil-każ li se tkun taħt il-livell tat-triq, jista’ l-Ministru jagħti kemm-il metru se tkun ‘l isfel fit-toroq imsemmija hawn fuq u jekk hemmx il-ħsieb sabiex l-istess triq ipproġettata tkun mgħottija sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tar-residenti li joqogħdu fil-viċin u dan hekk kif se jsir fi proġett separat f'Santa Venera fejn se titgħatta parti minn Triq Reġjonali hekk kif imħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima?

Response (BORG, IAN)

Il-pjan ta’ Bypass f’Ħ’Attard kien tfassal fl-2006 minn amministrazzjoni preċedenti. Dan il-pjan kien jinkludi Bypass sħiħa b’erba’ jew sitt korsiji. Permezz ta’ Central Link Project, dan il-Gvern qed jipproponi li minflok Bypass sħiħa ta’ erba’ jew sitt korsiji ssir biss karreġġjata waħda b’żewġ korsiji u triq residenzjali ġdida lil hinn minnha, b’diversi faċilitajiet li jħarsu l-ambjent tar-residenti. Central Link Project jinkludi disinn ġdid tar-rotta sħiħa bejn l-Imrieħel, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali, lejn Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, r-Rabat u l-Imġarr. Permezz tiegħu ser jitneħħew erba’ sistemi ta’ traffic lights u diversi bottlenecks, fosthom id-diffikultà ta’ Triq in-Nutar Zarb, fejn dawk kollha ġejjin min naħa tal-Mosta, Ta’ Qali u r-Rabat jkollhom jgħaddu minn lembut ta’ korsija waħda dejqa bil-bini maż-żewġ naħat. Ser jitneħħew ukoll ostakli li saru minn amminstrazzjonijiet preċedenti meta fl-inħawi ta’ Wied Inċita ċċekknu l-karreġġjati billi twessgħu is-central strips. Bħalissa, dawn l-ostakli fir-rotta arterjali u¿ata minn madwar 30,000 vettura kuljum qed joħolqu diffikultajiet kbar fl-ivjaġġar. Qed jolqtu ħażin ukoll lir-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, speċjalment minħabba l-ammont kbir ta’ karozzi li jgħaddu mit-toroq residenzjali dojoq fejn jgħixu, b’aktar riskji ta’ aċċidenti, kif ukoll storbju u tniġġis tal-arja. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini ta’ 10 kilometri ta’ bankini u passaġġi għall-mixi, mas-7.6 kilometri ta’ korsiji għar-roti u aktar minn 19,000 metru kwadru ta’ żoni bis-siġar u pjanti oħra (landscaped areas). Mill-ewwel riżultati tal-istudji tekniċi li għaddejjin bħalissa, nistqarr li l-proġett ser iwassal għal tnaqqis drastiku ta’ 50% fil-ħin tal-ivvjaġġar bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali, li jfisser tnaqqis kbir fid-diffikultajiet tar-residenti ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara. L-istudji jħarsu wkoll lejn xenarji tal-futur, u jikkonfermaw li jekk l-infrastruttura tal-inħawi tibqa’ kif inhi, il-ħin tal-ivvjaġġar f’dawn l-inħawi ser jiżdied b’250% Fost it-tagħrif tekniku li qed jinġabar bħala parti mit-tħejjija għal dan l-investiment, sar magħruf li l-proġett ser iwassal għal titjib ta’ madwar 13% fil-kwalità tal-arja fl-inħawi ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara, bi tnaqqis kbir fl-emissjonijiet tal-vetturi li bħalissa jqattgħu aktar ħin fl-inħawi mwaħħlin fit-traffiku. Fost oħrajn, il-proġett ser iwassal għal tnaqqis ta’ 13% fl-emissjonijiet tat-trabijiet fini (particulate matter), 16% fl-emissjonijiet tad-diossidju tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u 67% fl-emissjonijiet tal-volatile organic compounds. Dawn l-emissjonijiet jikkaw¿aw diversi diffikultajiet tas-saħħa u oħrajn ambjentali. Fl-istess waqt, l-emissjonijiet tad-diossidju tal-karbonju, li jikkawżaw it-tibdil fil-klima, mistennija jonqsu sa tunnellata fis-siegħa. L-istudji jikkonfermaw ukoll li permezz ta’ Central Link Project, it-tniġġis tal-arja mill-karozzi ser jonqos bi 13%. Jekk ma jsir xejn, fi-snin li ġejjin it-tniġġis ser jittripplika, b’żieda ta’ 300%. Tajjeb jiġi ċċarat li ma kienx hemm għalfejn jiġu riveduti l-pjanti sabiex isir dak li qed jissemma f’din il-mistoqsija. Dan hekk kif il-pjanti ta’ Central Link Project minn dejjem kienu jinkludu l-karreġġjata ġdida (żewġ korsiji minflok erba’ jew sitta kif oriġinarjament propost minn amministrazzjonijiet preċedenti) lilhinn mit-tliet toroq residenzjali indikati diversi metri taħt il-livell tal-istess toroq residenzjali. Il-qisien ta’ kemm it-triq ġdida ser tkun aktar baxxa mit-toroq residenzjali jvarjaw minn post għal ieħor, skont diversi esiġenzi tekniċi kif ukoll skont il-livelli eżistenti ta’ toroq oħra fl-inħawi. Fl-istess waqt, fejn huwa possibbli, bejn it-toroq residenzjali u t-triq il-ġdida ser ikun hemm żona ta’ siġar u pjanti sabiex tkompli tisseparahom. Infrastructure Malta għadha għaddejja bil-konsultazzjonijiet u l-istudji meħtieġa sabiex tkompli ttejjeb il-benefiċċji ta’ dan l-investiment li tant ilhom jistennew ir-residenti ta’ Birkirkara, Ħal Balzan u Ħ’Attard, kif ukoll eluf ta’ persuni li ta’ kuljum jivvjaġġaw f’din ir-rotta. L-aġenzija ser tibqa’ tilqa’ proposti u suġġerimenti teknikament fattibbli u sostenibbli li jistgħu jsaħħu l-pjanijiet ta’ Central Link Project, sakemm jintemm il-proċess tal-applikazzjoni għall-permessi tal-iżvilupp fix-xhur li ġejjin, u jkun jista’ jibda x-xogħol biex dan il-proġett jitwettaq.

Ħ’Attard – bypass – Central Link Project – fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Unjoni Ewropea hux se tagħti xi tip ta’ fondi biex issir il-bypass ta’ Ħ’Attard (Central Link Project)?

Response (BORG, IAN)

B’riferenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 7365, nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ppreżentat applikazzjoni lill-Planning & Priorities Coordination Division biex jiġu parzjalment iffinanzjati numru ta’ proġetti, fosthom is-Central Link Project, mill-fondi tal-Unjoni Ewropea. Bħalissa, din l-istess applikazzjoni qiegħda tiġi kkunsidrata mill-Project Selection Committee for Cohesion Policy 2014-2020.

Enemalta – xiri ta’ high-voltage cables

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ammont ta' high-voltage cables li nxtraw mill-Enemalta bejn l-1 ta' Jannar 2015 u t-30 ta' Settembru 2018? Jista’ jgħid għal liema prezz inxtraw, u jindika liema nxtraw b'tender, b’quotation jew b’direct order?

Response (MIZZI, JOE)

L-Informazzjoni mitluba għal perjodu ta’ Jannar 2015 sal-lum għandha valur kummerċjali għall-kumpanija Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

ARMS Ltd — CEOs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kienu s-CEOs tal-ARMS Ltd mill-2013 sal-lum? Min hu s-CEO illum u sa meta hu l-kuntratt tiegħu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skond is-segwenti tabella. Wilfred Borg 14 ta’ Ottubru 2010 – 2013 Henry Attard 18 ta’April – 31 ta’ Lulju 2013 ( Interim CEO ) James Davis 15 ta’ Awwissu 2013 – 30 ta’Mejju 2014 Carmen Ciantar 1 ta’ Ġunju 2014 – 3 ta’ Lulju 2016 David Magro 6 ta’ Ottubru 2016 – 23 ta’ Ottubru 2017 Lawrence Cauchi 15 ta’ Novembru 2017 – 16 ta’ Mejju 2018 John Attard 17 ta’ Mejju 2018 – CEO kurrenti

ARMS Ltd – kontijiet tal-klijenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-ARMS Ltd hux qed titfa’ flus direttament fil-kont tal-klijenti li għandhom il-panelli u jkollom jieħdu l-flus minn ARMS Ltd għax jikkunsmaw anqas milli jipproduċu?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ARMS Ltd għandha formoli biex kull min ikollu l-pannelli fotovoltajiċi nstallati jinformaha (lil ARMS) bl-IBAN Number ħalli fejn ikun hemm kreditu aktar minn konsum, ARMS Ltd tgħaddi l-flus dirett fil-kont bankarju tal-klijent rispettiv. Ta’ min jgħid li mhux il-klijenti kollha jagħżlu dan il-metodu ta’ refużjuni. Hemm min espressament ma jkunx irid, u għaldaqstant jinħareġ pagament b’ chequemeta tintalab refużjoni.

ARMS Ltd – differenza bejn meter reader u agent meter reader

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi d-differenza fix-xogħol u fil-paga bejn Meter Reader u Agent Meter Reader mal-ARMS Ltd fi ħdan il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma? Kemm hemm u kemm hemm bżonn li jkun hemm għal full complement għal Meter Readers u Agent Meter Readers?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol ta’ Meter Reader u Agent Meter Reader huma l-istess. L-istruttura tal- Collective Agreement fiha 7 gradi fejn il- Meter Reader jaqa’ fil-grad t’ Agent bħal ma’ huma l- clerks . Il-paga bażika fl-2018 hija ta’ €13,575 fis-sena. Ninsab infurmat li bħalissa ARMS Ltd għandha 15 il- Meter Reader li 4 minnhom ser jirtiraw fl-2019 u 2 oħra huma mpjegati tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma.
Leg 13 PQ #4307 Sitting 146 2018-10-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-persuni huma preżentament ingaġġati mal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi: · Steve McCarthy - Commercial and General Consultant, Projects Malta · Dr Salvino Grixti - Advisor Healthcare and Life Sciences PPPs, Projects Malta · Mario Attard - Policy Consultant, Malta Tourism Authority.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ghaldaqstant tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 1088.

Ministeru għas-Saħħa – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 275 konsulenti klinici li jagħtu servizzi mediċi fl-isptarijiet u ċentri tas-saħħa u li huma Professuri u Speċjalisti mpjegati mal-Ministeru għas-Saħħa. Minn Marzu ta’ din is-sena sal lum, fi ftit xhur, kien hemm żieda ta’ 17 il-konsulent. Tajjeb li nfakkru li fl-2013 kien hemm 207 konsulenti mpjegati mad-Dipartiment għas-Saħħa.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Konsulenti ngaġġati – ismijiet u ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità li taqa taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m’għandiex konsulenti ingaġġati magħha.

Skema ‘Nikru biex Nassistu’ — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn meta twaqqfet l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, kemm-il applikazzjoni daħlet fl-Awtorità tad-Djar? F’liema lokalitajiet jinsabu? Saru kuntratti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, minn meta ġiet introdotta l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 227 applikazzjoni. Dan filwaqt illi saru wkoll 23 kuntratt. L-applikazzjonijiet kienu jinkludu proprjetá minn dawn il-lokalitajiet kif ġej ; Malta - Birżebbuġa, Blata l-Bajda, Buġibba, Burmarrad, Fgura, Guardamangia, Luqa, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Msida, Poala, Qawra, San Ġwann Santa Venera, San Pawl il-Baħar, Tarxien, Xemxija, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq. Għawdex - Għajnsielem, Għarb, Marsalforn, Munxar, Nadur, Qala, Victoria, Xagħra, Xewkija, Xlendi u Żebbuġ.

Skema ‘Nikru biex Nassistu’ – miżuri ta’ trasparenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’liema miżuri tat-trasparenza qed tinħadem l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar ħatret Bord Indipendenti sabiex jistħarreġ l-applikazzjonijiet milqugħa. Il-każijiet milqugħa, li jirrispettaw il-kriterji stabbiliti fil-Gazzetta tal-Gvern u l-parametri tal-kirja stabbiliti mill-Awtorita` tad-Djar, jiġu riferuti lill-bord kompost minn Chairman, tlett periti, avukat u membru ieħor, flimkien mas-Segretarju tal-Bord. L-Avukat janalizza l-kuntratti sottomessi mal-applikazzjoni u jagħti l-opinjoni tiegħu rigward it-titlu tal-proprjeta`, filwaqt illi wieħed mill-Periti jispezzjona l-proprjeta` u jagħti r-rakomandazzjonijiet tiegħu rigward il-kundizzjoni tal-proprjeta` u jagħmel stima tal-kirja xierqa. Wara li jsir ir-rapport tal-Perit u tal-Avukat, il-bord jerġa’ jiltaqa’ u jagħmel rapport finali bir-rakomandazzjonijiet tiegħu. L-Awtorita` tad-Djar tkompli bil-proċess tal-għażla skont ir-rakomandazzjonijiet tal-bord.