Tista’ l-Ministru tgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sal-lum, kemm ġew ingaġġati periti ġodda mal-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid fl-istess perjodu kemm minnhom ingħataw promozzjonijiet u kemm hemm ippjanati li jidħlu periti ġodda fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ġew ingaġġati tliet periti ġodda. Dawn daħlu fis-snin 2013, 2016 u 2017 rispettivament. Fl-istess perjodu ma kien hemm ħadd minnhom li ngħata promozzjoni. F’Settembru 2018 ħarġet sejħa għal ingaġġ ta’ periti ġodda.
Każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membru tal-Korp tal-Pulizija
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu l-każijiet ta' dixxiplina fil-konfront tal-membru tal-Korp tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, għadhom pendenti għal raġunijiet mediċi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena, 2017 u sal-aħħar ta' Settembru 2018, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt, u cioè erbgħin (40) fis-sena 2017 u ħdax (11) fis-sena 2018. Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Fejn il-każ ġie deċiż il-pieni li ngħataw, kienu jikkonsistu f’multi – multi b’sospenzjoni tal-liċenzja u kien hemm każi fejn ġew konfiskati l-oġġetti esebiti u xi drabi anke l-armi.
2017
2018
Sas-17 ta' Ottubru
Persuni mressqa
40
11
Persuni misjuba ħatja
28
1
Persuni lliberati
10
7
Persuni b'sentenzi pendenti
2
3
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar l-Onor. Interpellant li huwa obbligu li din il-lista tkun ippubblikata kull sena. Hekk se jsir għall-perjodu li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant.
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – direct order
Question
Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u tal-kumpanija li lilha ngħatat, matul is-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — impjegati
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mit-twaqqif tagħha fis-sena 2018? Jista' jagħti l-kariga u d-data ta' meta beda l-impjieg tiegħu kull impjegat mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza hemm 24 impjegat fil-karigi kif ġej:
CEO
Clerk
Manager (Analyst)
Messenger / Driver
Advisor (Due Dilligence)
Senior Administrative Officer
Manager (Case processing / Client relationship) Administrative Officer ICT Professional Officer HR Professional Officer
Numru minn dawn il-ħaddiema bdew jaħdmu fl-MRVA fl-2016 meta bdiet tiffunzjona taħt il-kappa ta' Identity Malta.
Permezz tal-Avviż Legali 97 tal-2018 dawn l-impjegati ta' Identity Malta ġew kollha fuq il-kotba tal-MRVA.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-inizjattiva hix abbinata mal-pożizzjoni ta' Head (Corporate Services & ICT) li Heritage Malta beħsiebha toħroġ fil-futur qarib?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li dawn l-inizzjattivi u l-pożizzjoni ta’ “Head ICT & Corporate Services” mhumiex relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx sejħa għal Head (Corporate Services & ICT) mal-Heritage Malta, u jekk ġietx ingaġġata persuna għal dan il-post, u jekk fil-pożittiv min hija din il-persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma ħarġitx sejħa għal din il-pożizzjoni u sa issa l-ebda persuna ma ġiet ngaġġata f’dan il-post.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events – direct order
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jinħarġu u jekk hux diġà nħarġu direct orders relatati mal-avveniment Taste of History and Events u jikkonferma jekk hux diġà ġie avviċinat xi kuntrattur sabiex jiġu esplorati possibiltajiet li jinħareġ direct order abbinat ma’ dawn l-attivitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li mhux fil-ħsieb li HMSL tagħti direct orders sabiex isiru dawn l-avvenimenti iżda ma neskludix li dan jista’ jsir skont l-eżiġenza.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm ħsieb li din l-expression of interest tinħareġ ukoll għas-settur pubbliku u jekk hux diġà inħarġet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma kienx hemm il-ħsieb li din toħrog għas-settur pubbliku, iżda ma neskludix li dan ikun possibli skont l-eżiġenza.
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopji tal-minuti relatati mad-deċiżjoni li tinħareġ din l-espressjoni ta' interess? Jista' jgħid min kien involut f'dawn il-laqgħat u deċiżjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-parti relata mal-espressjoni ta’ interess tinsab hawn taħt. Ninforma ukoll li għal din id-deċiżjoni kienu involuti id-diretturi kollha ta’ HMSL.
- An
internal call for application
should be sent to all HM staff. All those interested should sit for an interview with a selection process
OS/RM thru HR
Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events
Question
B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ job descriptions relatati ma’ kull job title imniżżel fl-Expression of Interest.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema pożizzjoni wasal il-proġett sabiex l-Auberge d’Italie ġewwa Triq il-Merkanti l-Belt Valletta ssir mużew tal-arti? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm intefqu spejjeż s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proġett wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu u li s’issa intefqu aktar min €6 miljun minn fondi Ewropej. Kif diġà ntqal, dan il-Muzew se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fil-ġimgħat li ġejjien.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5399, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien ġietx ippjanata li ssir tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern qed iwettaq pjan biex gradwalment it-toroq kollha, anke dawk li bħalissa jaqgħu taħt ir-responsabilità tal-kunsilli lokali, jinbnew mill-ġdid kif meħtieġ minn Infrastructure Malta. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser jinbnew mill-ġdid is-sena d-dieħla, bħala parti mill-investiment bla preċedent ta' €700 miljun li l-Gvern qed jalloka għal infrastruttura ta' kwalità fit-toroq Maltin.
Sadanittant, sakemm triq tinbena mill-ġdid, il-kunsilli lokali ser jibqgħu jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u t-tiswijiet meħtieġa biex jiġu evitati perikli jew diffikultajiet oħra.
Kunsill tal-Ewropa — European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches- trattati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5355 rigward it-trattati tal-Kunsill tal-Ewropa, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra x’passi ttieħdu biex dik magħrufa bħala 120 - European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches, tiġi fis-seħħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar jekk Malta għandiex tirratifika din il-Konvenzjoni għadu għaddej.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra liema pitturi qed jiġu preżentement restawrati mill-kollezzjoni li għandna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-laboratorju tar-restawr tal-pitturi ta’ Heritage Malta jirrestawra kostantement pitturi mill-mużewijiet kollha amministrati minnha. Madankollu l-enfasi tvarja skont il-proġetti ewlenin li jkunu għaddejjin. Għaldaqstant, f’dawn l-aħħar snin sar ħafna xogħol fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi li se tkun esibita fil-mużew ġdid il-MUZA, filwaqt li fis-snin li ġejjin l-enfasi se tkun fuq il-kollezzjoni ta’ pitturi tal-Palazz tal-Gran Mastru, fost l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hemmx il-ħsieb li l-pitturi kollha li jinsabu fl-arkivji tagħna, jiġu esebiti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ebda mużew ma jesibixxi l-pitturi kollha fi ħdan il-kollezzjoni tiegħu, għal għadd ta’ raġunijiet, li fost oħrajn jinkludu spazju, kwalita’ ta’ studju, konservazzjoni, u rotazzjoni ta’ opri skond wirjiet temporanji skond il-każ.