Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7443 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315, fejn saret talba biex jingħad kemm għaddew persuni mill-aħħar eżamijiet li saru għall-postijiet ta' Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals kif ukoll kemm hu n-numru ta' dawk li ġew ingaġġati, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post, u peress li fit-tweġiba ngħad biss kemm ġew ingaġġati f'kull post, jista' l-Prim Ministru jagħti tweġiba għall-informazzjoni l-oħra u ċjoè jgħid kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, meta kienet l-aħħar data li ġew ingaġġati u l-postijiet li għadhom vakanti f'kull post?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar kemm kien in-numru ta' dawk li għaddew f'kull post, it-tagħrif ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7315. Ninsab informat li l-ahhar dati li gew ingaġġati kienu hekk : Uffiċjal Eżekuttiv - Gunju 2018, Prinċipal - Novembru 2017 u Prinċipal Anżjan - Marzu 2018 Ninsab informat ukoll illi l-postijiet vakanti jimtlew skont l-esiġenzi tas-servizz.

Żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni żgħażagħ jirreġistraw għax-xogħol, xahar b'xahar, minn Jannar 2012 sa Settembru 2018?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta’ persuni żgħażagħ li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru xahar b’xahar minn Jannar 2012 sa Settembru 2018 hu kif muri fit-tabella hawn taħt: 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018 Jannar 1,282 1,230 1,289 889 487 337 228 Frar 1,278 1,252 1,270 800 454 351 210 Marzu 1,269 1,248 1,221 721 388 341 211 April 1,191 1,198 1,083 663 353 322 176 Mejju 1,178 1,153 1,032 660 317 310 164 Ġunju 1,125 1,119 930 602 308 289 166 Lulju 1,148 1,175 1,013 604 339 285 191 Awwissu 1,189 1,245 965 572 326 291 188 Settembru 1,230 1,295 936 579 318 294 210 Ottubru 1,346 1,261 891 566 372 258 Novembru 1,324 1,383 902 491 360 226 Diċembru 1,147 1,174 809 431 340 219

Trasport Pubbliku – Tibdil fir-rotot 81, 84 u 206

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk reċentement kienx hemm tibdil fir-rotot 81, 84, u 206 tat-Trasport Pubbliku, marbut mal-passaġġ tal-istess rotot mil-lokalità tal-Fgura?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba ix-xogħlijiet li għaddejjin fil-preżent fi Triq Bormla (Ta’ Ċawsli) iż-Żejtun, ir-rotot 81, 84 u 206 fi triqthom mill-Belt Valletta jew l-Isptar Mater Dei qed jaslu sa bus stop li jġib l-isem “San Xmun” fi Triq San Anard fejn wara jiġu devjati għat-triq tal-Barrani. Il-vjaġġi fuq dawn ir-rotot fid-direzzjoni opposta m’humiex qegħdin jiġu affettwati. Dawn id-devjazzjonijiet fuq dawn ir-rotot huma temporanji u mistennija li jerġgħu jiġu għan-normal ġaladarba ix-xogħolijiet fl-inħawi msemmija jippermettu li l-karozzi tal-linja jkunu jistgħu jgħaddu.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif muri fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hi responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 13 PQ #4379 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #4380 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif minn meta l-entitajiet inkwistjoni ġew taħt ir-responsabbiltà tiegħi.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Supportline 179 — telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ telefonati ġenwini fuq is-Supportline 179 li saru s-sena l-oħra mqassma skont il-problema preżentata? Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz tant importanti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent, hemm żewġ linji tat-telefon biex ikun jista’ jitmexxa dan is-servizz. Is-Supportline 179 kellu 8,899-il telefonata ġenwina matul is-sena 2017. It-telefonati huma mqassmin hekk kif gej ; Suġġett (Presenting Problem) Numru ta’ telefonati Aids/HIV 1 Alkohol 86 Aansjeta’ 96 Problemi ta’ mġieba 118 Luttu 4 Bulljar 52 Abbuż minn tfal - Emozzjonali 53 Abbuż minn tfal - Internet 10 Abbuż minn tfal - Negliġenza 111 Abbuż minn tfal - Fiżiku 82 Abbuż minn tfal - Sesswali 14 Dipressjoni 369 Diffikultajiet Relatati ma Diżabilita’ 39 Vjolenza Domestika- Emozzjonali 243 Vjolenza Domestika - Negliġenza 16 Vjolenza Domestika - Fiżika 188 Vjolenza Domestika - Sesswali 1 Drogi 138 Anzjanita’ 366 Finanzjarji 25 Fostering 26 Logħob ta’ l- Ażżard 16 Diffikultajiet relatati ma’ LGBTI 13 Bla Saqaf 236 Housing 39 Informazzjoni Internet 24 Servizzi ta’ Informazzjoni 746 Kwistjonijiet Legali 53 Smigħ 2561 Solitudni 684 Konjugali/ Sieħeb/Sieħba 69 Medici/Mard Terminali 173 Saħħa Mentali 1040 Oħrajn 477 Genitur- Wild 252 Nies fil- Fażi ta’ Separazzjioni 54 Diffikultajiet Relatati ma Tqala 4 Stupru 0 Rifuġjati 2 Problemi ta’ Relazzjoni u Problemi Familjari 249 Djar Residenzjali 13 Problemi Relatati ma’ Skola 20 Problemi Relatati ma’ Sesswalita’ 6 Ġenituri Waħedhom 22 Persuni Single 6 Suwiċidji 54 Mingħajr Impjieg 3 Użura 10 Telefonata minn Voluntier 35

Family Resource Centres — każijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27114 tat-12-il leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet li ġew segwiti mill-professjonisti matul l-2017 u f’liema Ċentri kienu dawn il-każijiet? X’tip ta’ każijiet kellhom dawn it-timijiet multidixxiplinarji? X’għandhom jagħmlu l-familji li jixtiequ jagħmlu użu minn dawn il-professjonisti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellantli illi, l-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali matul l-2017, impjegat 13-il professjonist sabiex jaħdmu fil-‘Home Based Therapeutic Services’ (HBTS). Sa l-aħħar tas-sena tal-2017, kien hemm 21 professjonist jaħdmu fis-servizz. Dawn il-professjonisti ħadmu minn dawn iċ-Ċentri: · Cottonera – Ċentru LEAP · Għargħur – Ċentru LEAP · Qawra – Ċentru LEAP · Għajnsielem Għawdex – Ċentru tas-servizzi tal-FSWS f’Għawdex L-għan ta’ dan is-servizz huwa li nipprovdu għajnuna terapewtika lill-familji ‘multi-stressed’ fil-kommunita` tagħhom. Fl-2017, ġew riferuti 81 każ ġdid għas-servizz tal-HBTS. F’din l-istess sena is-servizz ħadem b’kollox ma’ 111-il familja, li jikkonsistu minn 321 individwu. Dawn il-familji kellhom diversi problemi kumplessi relatati ma’ faqar, vizzji ta’ droga, xorb eċċessiv, vjolenza fil-familja, problem ta’ saħħa mentali u riskju li t-tfal li jitneħħew mill-familji naturali tagħhom. Il-familji li ħadmu magħhom il-professjonisti tal HBTS, ġew riferuti minn diversi servizzi oħra, fosthom; · ‘Community Social Work Service’ u ‘Intake and Family Support Services’; · ‘Child Protection Services’; · ‘Looked After Children’; u · ‘Home Start’ Biex wieħed ikun jista’ jagħmel użu minn dan is-servizz, l-familji jridu jkunu qed jiġu segwiti minn social workers fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ.

Servizz ta’ Respite

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta’ Respite u x’joffri dan is-servizz lil min jużah? X’għandu wieħed jagħmel biex japplika għal dan is-servizz?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-servizz ta’ Respite jingħata minn dawn id-Dipartimenti u Entitajiet, id-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, ir-Residenza San Vinċenz de Paule, l-Aġenzija Sapport u l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali. L-iskop tas-servizz tar-respite ivarja f’dawn l-4 entitajiet. L-għan tas-servizz Respite fil-qasam tal-anzjani, huwa li jipprovdi servizz lill-familji li jieħdu ħsieb lill-anzjani tagħhom fid-dar, bl-iskop li min jieħu ħsieb l-anzjani b’mod informali jkun jista’ jieħu ftit ħin ta’ mistrieħ. L-informazzjoni dwar is-servizz tar-Respite mgħotija mid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, tista’ tinkiseb mis-sit www.activeageing.gov.mt. Filwaqt illi l-applikazzjonijiet ta’ respite huma f’idejn id-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, l-Faċilita` għall-Kura fit-Tul San Vinċenz De Paule, tara li tirriserva żewġ sodod għal respite. Is-servizz ta’ respite mgħoti mill-Aġenzija Sapport, iservi sabiex joffri perjodu stipulat u mhux fit-tul ta’ mistrieħ lill-persuni b’diżabilità u l-familjari tagħhom. Familjari ta’ persuni b’diżabilità jagħmlu użu minn dan is-servizz ukoll f’każijiet fejn għal xi perjodu ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb il-membru tal-familja b’diżabilità, bħal fil-każ ta’ sptar u safar. Familjari ta’ persuni b’diżabilità li jkunu qed jirċievu servizzi oħra mill-Aġenzija Sapport, jiġu ggwidati sabiex jaċċessaw is-servizz ta’ respite provdut minn dawn l-organizzazzjonijiet, skont il-bżonn. Is-servizz tar-respite fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ huwa servizz li jingħata lill-ġenituri jew kustodji legali li għal raġunijiet speċifiċi, ma jkunux jistgħu jieħdu ħsieb lil uliedhom jew lill-minuri fil-kustodja tagħhom, għal perjodu qasir ta’ żmien. Ir-raġunijiet jistgħu jkunu diversi bħal pereżempju l-ġenitur jew kustodju legali jkollu bżonn jiġi rikoverat l-isptar iżda ma jkollux sapport familjari. Dan is-servizz jingħata wkoll lill-ġenituri jew kustodji legali li jkollhom bżonn jakkumpanjaw lil xi wild, għal trattament mediku barra minn Malta. Hemm sitwazzjonijiet ukoll, fejn dan is-servizz jingħata lill-Foster Carers, li minħabba n-natura tal-każ tal-minuri, li jkunu qed jieħdu ħsieb, ikun importanti li jingħataw sapport minn familja oħra għall-perjodu qasir ta’ żmien. Għall-informazzjoni aktar speċifika dwar is-servizz ta’ respite fostering, wieħed għandu jagħmel kuntatt mal-Aġenzija Appoġġ minn fejn ikun jista’ jiġi assistit mill-ħaddiema soċjali responsabbli minn dan il-qasam.

Family Resource Centre – social mentors

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social mentors f’kull Family Resource Centre? X’inhuwa l-irwol tagħhom u jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jiġu impjegati aktar social mentors biex jaħdmu fost il-familji fil-bżonn?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu dwar is-social mentors, diġa kien ingħata fit-tweġiba li saret għall-Mistoqsija Parlamentari numru 6706, magħmula mill-istess Onorevoli Interpellant, ftit tal-ġranet ilu. L-FSWS tingaġġa social mentors b’mod regolari, skont il-volum tax-xogħol illi jkun hemm u flimkien ma’ professjonisti oħra b’mod multi-dixxiplinarju.

Ċentru LEAP – għajnuna lill-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 31246 tat-12-il leġislatura u 2567 ta’ din il-leġislatura, jista’ l-Ministru jagħti tweġiba dwar il-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jafu bihom l-impjegati taċ-Ċentri Leap u x’qiegħed isir biex dawn il-persuni jiġu megħjuna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Dar Kenn Għal Saħħtek — pazjenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mis-servizz Dar Kenn Għal Saħħtek minn mindu twaqqfet? Kemm ingħataw fondi mill-Ministeru/Gvern biex dan is-servizz ikun jista’ jkompli jiffunzjona?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ visti sa mill-ftuħ ta’ Dar Kenn Għal Saħħtek iġifieri minn Mejju tal-2014 sa Awwissu tal-2018 kien ta’ 10, 715. Mill-2014 sal-2018 ingħataw €2,325,459 f’fondi mill-Ministeru sabiex dan is-servizz ikun jista’ jkompli jiffunzjona.
Leg 13 PQ #6962 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – taqsimiet f’dipartimenti tal-Gvern fejn ix-xogħol ta’ back-office isir f’Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid mill-1998 sal-lum, maqsmuma sena b'sena, kemm tniżżlu minn Malta lejn Għawdex taqsimiet ta' xogħol ta' back-office u tgħid f’liema sena tniżżlu? X'inhu x-xogħol ta' kull taqsima ta' back-office? Kemm kien in-numru ta' impjegati f'kull taqsima fl-ewwel ġurnata li bdiet topera f'Għawdex u kemm hu n-numru ta' impjegati f'kull taqsima llum? X'inhi r-raġuni għal dan it-tibdil fin-numru ta’ impjegati f'kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6963 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Bini ta’ Qorti ġdida

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5456, tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess għall-bini ta' Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru tal-applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar biex isir dan il-proġett u kopja tal-istess applikazzjoni li saret kif wkoll min hu l-perit inkarigat minn dan il-proġett, kif intgħażel u kemm tħallas s’issa? Tista' tgħid meta hu ppjanat li dan il-Qorti ġdid jibda jiffunzjona?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li peres li l-perit tal-Ministeru li kien inkarigat mill-proġett ħareġ b’unpaid leave, ġie maħtur perit magħżul wara li ħarġet Expression of Interest, Wara li saret il-konsultazzjoni pubblika, ġew riveduti il-pjanti u ġiet sottomessa l-applikazzjoni li għadha fi stadju ta’ tracking number.
Leg 13 PQ #6964 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ħaddiema fit-taqsima ta’ Eko Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid fit-Taqsima ta' Eko Għawdex kemm hemm ħaddiema u x’inhu l-grad tagħhom? Tista' tgħid kemm-il proġett sar mit-taqsima ta’ Eko Għawdex matul is-sena 2018 u x'hemm ippjanat sal-aħħar tas-sena? Tista', f'kull każ, tgħid kemm intefqu flus fuq kull proġett jew inizjattiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #6965 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – bini ta’ yacht marina u cruise liner terminal ġodda

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'sar minn waħda mill-wegħdiet prinċipali għal Għawdex li saret aktar minn ħames snin ilu u li ssemmiet kważi f'kull baġit li sar mill-Gvern preżenti u ċjoè, dik ta' yacht marina u cruise liner terminal ġodda f'Għawdex? Meta huma mistennija li jkunu lesti dawn il-proġetti meħtieġa għal Għawdex? X’inhu jagħmel il-Ministeru għal Għawdex biex dawn isiru?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tramite l-Privatisation Unit, qed jistenna l-eżitu ta’ diskussjonijiet bejn il-proponent u terzi.
Leg 13 PQ #6966 Sitting 148 2018-10-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati fl-aħħar ta' kull sena, f'kull taqsima jew uffiċċju ta' kull Direttorat u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u n-numru ta' impjegati f'kull grad?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.