Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College, għas-sena skolastika 2018/2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' studenti tal-ewwel u tat-tieni sena fil-G.F. Abela Junior College fis-sena akkademika 2018/2019 huwa kif ġej:
Studenti tal-ewwel sena - 958.
Studenti tat-tieni sena - 785.
Jista’ l-Ministru jgħid fid-dettal fiex jikkonsisti l-Proġett JESS u meta kien twaqqaf? Kemm huwa twil dan il-kors ta’ taħriġ indirizzat l-aktar għall-persuni b’diżabilità? Kemm hija l-allowance fil-ġimgħa mogħtija lill-parteċipanti ta’ dan il-kors? Kemm kien hemm parteċipanti s’issa li nstabilhom impjieg? X’kienu l-impjiegi li nstabulhom dawn il-persuni b’diżabilità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6593, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol taċ-Child Protection Investigation u kemm hemm professjonisti jaħdmu f’dan is-servizz? Kemm ilhom pendenti l-każijiet li hemm indikat f’din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, s-Servizz ta’ Child Protection Investigation huwa wieħed mit-Taqsimiet speċjalizzati fuq ħarsien tat-tfal. L-Investigation, fiż-żmien li fih ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari li qed issir referenza għaliha, kien is-servizz responsabbli mill-investigazzjonijiet ta’ allegat abbuż fuq minuri. Dan is-servizz isegwi lill-familji għall-perjodu ta’ 30 sa 60 ġurnata, sabiex jiddetermina l-ħtieġa ta’ intervent għall-protezzjoni tal-minuri in-kwistjoni.
Fil-preżent, it-taqsimiet taċ-Child Protection Investigation u Child Protection Monitoring ġew re-integrati flimkien. Din id-deċiżjoni saret sabiex jiġu kkonsolidati r-riżorsi tas-Servizzi sabiex jintlaħaq livell ta’ effiċjenza u jingħata servizz ta’ kwalita` aħjar.
F’dan l-istadju, s-Servizz għall-Ħarsien tat-Tfal (Child Protection Services), għandu r-responsabbiltà li jinvestiga kull allegazzjoni jew rapport ta’ abbuż fuq minuri, f’Malta jew f’Għawdex. Wara l-investigazzjonijiet preliminari, l-ħaddiema soċjali jiddeterminaw il-pjan ta’ azzjoni li jista’ jiffoka fuq sapport lill-familja jew f’każijiet estremi, saħansitra jaħdmu sabiex il-minuri jitneħħew mill-familja materna.
Bħalissa dan is-servizz qiegħed jingħata minn Service Manager, 2 Leaders, 5 Coorindators u 20 social workers.
Wied il-Għajn – anzjani li qed jibbenefikaw mill-iskema tat-tqassim tal-ikel
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6469, jista’ l-Ministru jgħid mill-513 familja li joqogħdu Wied il-Għajn, kemm huma anzjani u li qed jibbenefikaw minn xi waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel mill-Gvern?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, minn 513-il familja minn Wied il-Għajn li jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi tat-tqassim tal-ikel, SFFD (State Funded Food Distribtion) u mill-iskema FEAD (Fund for the European Aid for the Most Deprived), hemm 97 anzjan li qed jibbenefikaw, imqassma kif ġej :
1. Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel miill-fond nazzjonali(SFFD), kien hemm total ta’ 78 li minnom 44-il anzjan/a li jgħixu waħedhom u jirċievu pensjoni tal-eta`(pensjoni mhux kontributorja), filwaqt illi 34 persuna li tgħix waħeda u tirċievi pensjoni kontributorja u l-beneficcju tal-enerġija.
2. Mill-iskema tat-tqassim tal-ikel ko-finanzjant mill-Unjoni Ewropea(FEAD), hemm total ta’ 19-il anjzan illi huma fuq l-pensjoni tal-età (pensjoni mhux kontributorja).
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li huma taħt kura psikjatrika
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri li qegħdin fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li huma taħt kura psikjatrika? Kemm hemm priġunieri li qegħdin fit-Taqsima Forensika ta’ Mount Carmel?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-24 ta’ Ottubru 2018, kien hemm 161 priġunier taħt il-kura psikjatrika. Minn dawn hemm 28 priġunier li huma fit-Taqsima Forensika ta’ Mount Carmel u l-kumplament qed ikunu segwiti minn psikjatra li żżur il-ħabs fuq bażi regolari.
Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jattendu regolarment f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum? X’etajiet għandhom u minn liema lokalità ġejjin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Mosta preżentament jattendu 677 persuni, dak ta’ Bormla 327, tal-Furjana 748, tal-Mosta 253, tal- Gżira 125, ta’ Ħal Qormi 1,002 u ta’ Raħal Ġdid 1,266. Dawn il-persuni ġejjin mill-maġġoranza tal-lokalitajiet f’Malta.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Person of trust – bejgħ ta’ medical visas
Question
Peress li l-media kemm dik internazzjonali kif ukoll nazzjonali rraportaw li fil-qrati ntqal li persuna appuntata bħala person of trust fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biegħet medical visas u li l-Ambaxxati ta’ Tripoli u tal-Alġerija kienu involuti wkoll, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi ttieħdu dwar dan?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-każ li qed isemmi kien investigat fl-ahhar xhur mill-pulizija Maltija fejn kif anki sar magħruf pubblikament, instab li ma kien hemm ebda evidenza ta’ xi reat kriminali. Fl-ahhar gimghat ukoll il-Kummissjoni Ewropea fi tweġiba pubblika mogħtija mill-Kummissarju Dimitris Avramopoulos intqal li l-istess Kummissjoni m’għandha ebda informazzjoni illi tikkonferma l-istess allegazzjonijiet li qed jerggħu jkunu ripetuti fil-mistoqsija tal-Onor. Farrugia.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti ntilef fis-sena 2015, 2016 u 2017 għal kull sena? Kemm huma dawk il-persuni li tilfu l-passaport darbtejn, tliet darbiet jew aktar drabi minn hekk, mis-sena 2012 sal-2017 (perjodu ta’ ħames snin)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skont l-informazzjoni mogħtija lili, in-numru ta’ persuni li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt għal darba wahda kien jammonta għal 653 fl-2017, 513 fl-2016 u 555 fl-2015.
Bejn l-2012 u l-2017 kien hemm 26 persuna li kellhom il-passaport tagħhom mitluf, misruq jew distrutt f’aktar minn oka¿¿joni waħda, kif muri hawn taht :
2012 – 4
2013 – 8
2014 – 4
2015 – 6
2016 – 0
2017 – 4
Peress li l-Europol arrestat 79 persuna fi Spanja wara ħidma internazzjonali bejn Franza, l-Italja, Malta, Spanja u l-Portugal dwar allegat involviment ta’ traffikar illegali ta’ tonn aħmar fl-Ewropa li jkun inqabad f’ibħra Maltin u Taljani, jista’ l-Ministru jgħid x’kien eżatt l-involviment tal-Pulizija Maltija? X’prekawzjonijiet se jittieħdu mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali biex dan ma jseħħx aktar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li peress illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Membru tista’ tippreġudika l-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet, inklużi l-Pulizija, ma jkunx prudenti u ma jinħassx li tagħrif aktar dettaljat dwar l-operat tal-awtoritajiet f’dan il-każ għandu jkun ippubblikat. Infurmat iżda li kull assistenza mitluba ngħatat, bħal dejjem, fid-dawl ta’ koperazzjoni ma’ awtoritajiet barranin. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant iressaq il-mistoqsija lill-Onor. Ministru tal-Agrikoltura u Sajd.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-complement tal-paramedicals tal-ambulanzi li jaqgħa bħala pre-hospital? Kif inhuma maqsuma bħala organizzazzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ Emergency Ambulance Responders bħalissa huwa dak ta’ 63 u 7 Team Leaders. L-EARs jagħmlu parti mill-istruttura tad-Dipartiment tal-Emerġenza. Ninfurmah ukoll illi fid-dipartiment tal-Kura Primarja hemm 14 infermiera mħarrġa fil-Prehospital Care sabiex jassistu l-ambulanzi li jkunu fuq standby maċ-Ċentri tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid u tal-Mosta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ xarabank li bħalissa qed jintużaw ta’ kuljum bħala trasport pubbliku f’Malta? Kemm-il xarabank minn din il-flotta nxtrat ġdida fis-sena 2017 u kemm fis-sena 2018 s’issa? Kemm-il xarabank minn din il-flotta ġiet skrepjata fis-sena 2017 u fis-sena 2018 s’issa? Kemm jaħdmu sewwieqa tax-xarabank mat-trasport pubbliku?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li:
• Fil-preżent hemm 407 karozzi tal-linja li qegħdin reġistrati bħala vetturi li qed jagħmlu is-servizz tat-trasport pubbliku bi skeda;
• Fl-2017 l-operatur tat-trasport pubbliku żied 28 vettura ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz. Fl-istess sena ġew skrepjati total ta’ 7 vetturi;
• Fl- 2018, s’issa, l-operatur tat-trasport pubbliku żied vettura waħda ġdida mal-flotta tal-vetturi li joperaw fuq is-servizz. Mill-bidu ta’ din is-sena s’issa ma ġiet skrepjata l-ebda xarabank.
Mill-informazzjoni miġbura mingħand l-operatur tat-trasport pubbliku jirriżulta li hemm total ta’ 1,075 sewwieqa tax-xarabank u li minnhom hemm 850 impjegati fuq bażi full-time filwaqt li l-kumplament huma fuq bazi part-time.
Spot checks u spezzjonijiet — xiri u trasport ta’ prodotti ta’ laħam
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema teżisti fi ħdan ir-responsabilità tal-Ministeru rispettiv, sabiex ikun jista’ jagħmel spot checks u spezzjonijiet oħra relatati ma’ sorveljanza fuq ix-xiri u trasport ta’ prodotti tal-laħam li jaslu f’Malta bil-katamaran jew mezzi ta’ trasport ieħor, sabiex ikun garantit li f’pajjiżna ma jidħlux prodotti li ma jkunux ta’ standard sodisfaċenti għas-sigurtà u s-saħħa tal-konsumatur?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-kummerċ intrakomunitarju d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja jwettaq spot checks fuq il-post fil-punt tad-dħul jekk ikun hemm suspett ta' xi attività illegali minn, jew permezz, tat-trasportatur li jasal f'Malta bil-katamaran/bastiment għax ma jistax ixekkel il-kummerċ ħieles. Barra minn hekk, flimkien mad-Dipartiment tad-Dwana, jitwettqu spot checks fuq l-affarijiet personali tal-passiġġieri għall-prodotti illegali speċjalment dawk li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm imposti restrizzjonijiet sanitarji.
Madankollu, jsiru kontrolli regolari fl-istabbilimenti approvati mill-Awtoritajiet Kompetenti ta’ kull Stat Membru (inkluż dan id-Direttorat, f’Malta) fuq għalf, ikel li joriġina mill-annimali, u annimali. Dawn il-kontrolli f’Malta jsiru wkoll fuq stabbilimenti li rċevew dawn il-prodotti, u għandhom l-għan li jiggarantixxu livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa kemm għall-bniedem kif ukoll għall-annimali, u huma verifiki li jitwettqu skont l-evalwazzjoni tar-riskju.
Fir-rigward tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, il-kontrolli jsiru fil-Post tal-Ispezzjoni tal-Fruntiera li jinsabu fil-Belt Valletta, Marsaxlokk u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Dawn il-verifiki jitwettqu f'konformità mal-leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7206, jekk ikun hemm talba urġenti għal għajnuna lill-pulizija jew entitajiet oħra li għandhom jgħinu f’stat ta’ emerġenza, kif ikkordinati mill-proċess ta’ għajnuna b’urġenza taħt in-numru 112, f’każ li t-talba ta’ emerġenza tkun relatata ma’ dħul ta’ insetti bħal żnażan li jkunu qed joħolqu periklu għal min ikun jiffrekwenta l-premises jew tista’ tkun dar residenzjali, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din it-talba ma tkunx iżjed kordinata bl-urġenza mill-pulizija? (dan jista’ jwassal għal dewmien fl-għoti tal-għajnuna li tkun urġenti)
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-każ inkwistjoni mhux każ li jiġi referut lill-operaturi tan-numru 112 li kif żgur jaf l-Onor. Interpellant huwa numru li jkopri sitwazzjonijiet ferm iktar gravi mill-każ li qed isemmi u għalhekk min iċempel fuq każ ta’ din in-natura jintalab iċempel dirett lill-pulizija. Hu minnu li barra l-funzjonijiet tagħhom fil-ġlieda kontra l-kriminalità, u kif titlob il-liġi, meta tintalab assistenza, membri tal-Korp tal-Pulizija jassistu għal kwalunkwe rikjesta f’limiti raġonevoli anke jekk ir-responsabilità biex tiġi pprovduta għajnuna, ma tkunx tappartjeni lilhom. F’dan il-każ anke kieku ġew ikkonsultati l-pulizija mhux fuq il-112, ma seta’ jsir xejn, ħlief li jingħata parir biex tingħalaq il-propjetà msemmija mis-sidien, ġaladarba l-insetti kienu fuq ġewwa, sakemm dawn jitolbu l-assistenza ta’ kumpaniji li jagħtu servizz li jitneħħa dan it-tip ta’ insett u/jew insetti oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li għaddej f’pajjiżna fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender? Jista’ jgħid ukoll għal kull parti ta’ triq li hija parti minn dan il-proġett ta’ twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta’ twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?
B’referenza għall-SME park li jaqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għal Għawdex, tista’ l-Ministru tgħid:
a. min ħa t-
tender
jew id-
direct order
biex jibni l-SME park;
b. kif se jitħallas min ħa l-inkarigu li jibni dan l-SME park;
c. jekk kienx proċess ta’
tender
jew
direct order
;
d. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta’ SMEs f’dan il-park;
e. x’kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista’ japplika għal post f’dan il-park; u
f. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f’dan il-park għall-SMEs f’Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lit l-proġett għadu fi stadju ta’ applikazzjoni quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar u għadu ma ħareġ ebda tender.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7224, jista’ l-Ministru jgħid illum xi struttura għandu l-istess Ministeru sabiex jgħinu jippjana l-ħidma tiegħu ladarba bla sistema tal-liċenzja ta' negozji u l-istess Ministru ma għandu l-ebda informazzjoni dwar x'qed jiġri fil-komunitajiet tagħna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7224.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7209, jista’ l-Ministru jgħid, fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq fejn tali proġetti bdew mill-Ministeru rispettiv (mal-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum);
a. kemm-il biċċa raba’ ġiet mittiefsa bħala numru f’kull triq li qed tiġi mwessgħa minn dan il-Ministeru;
b. jgħid ma’ min ikkonsulta għal kull biċċa art jew raba’ li qed tiġi mittiefsa;
c. jgħid x’kontribut finanzjarju Transport Malta jew il-Ministeru spiċċa ħallas bħala kumpens għal kull biċċa art li qed tiġi mittiefsa u meħuda bil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li qed jagħmel dan il-Ministeru?
Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.