Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6972 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

MFSA – lista ta’ konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta’ konsulenti Maltin u barranin (individwi jew kumpaniji) li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta għamlet użu minnhom minn Marzu 2013 sal-lum? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti ġiex magħżul wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw? Għal kemm perjodu ta' żmien kienu ingaġġati? Jekk iżjed minn sena jew term wieħed, għal kemm-il term jew sena mill-ewwel darba li ġew appuntati biex jagħtu dan is-servizz, ilhom jagħmlu dan? Kemm kienu l-fees u spejjeż oħra relatati li tħallsu? Kemm tħallsu globalment fuq medda ta' żmien minn mindu ġew appuntati biex jipprovdu dan is-servizz l-ewwel darba? Kemm kienet ir-rata kull siegħa tal-fees li tħallsu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #6973 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għat-Turiżmu

Kemmuna – Twettiq ta’ Natura 2000 Management Plan

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-istrateġija għal Kemmuna mħabbra fil-Baġit għas-sena 2017? Jista' jgħid min huma l-membri tal-Kumitat Operattiv għal Kemmuna li ssemma fl-istess baġit? Jista' jgħid kemm-il darba ltaqa' dan il-kumitat? Fiex wasal il-proċess imħabbar dakinhar ukoll biex Kemmuna tingħata l-istatus ta' Park Nazzjonali? In-Natura 2000 Management Plan għal Kemmuna ġie mwettaq u jekk iva, kif?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istrateġija għal Kemmuna bdiet tiġi attwata bit-twaqqif tal-Kumitat Operattiv ta’ Kemmuna. Il-Kumitat jiltaqa’ fuq bażi regolari u jindirizza affarijiet amministrattivi. Għaddej ukoll xogħol regolari minn diversi entitatjiet li jiffurmaw dan il-Kumitat. Il-membri ta’ dan il-Kumitat huma uffiċċjali mill-Ministeru tat-Turiżmu, l-Awtorita’ tat-Turiżmu, il-Ministeru għal Għawdex, l-ERA, Transport Malta, kif ukoll uffiċċjali ta’ Ministeri u entitajiet oħra li jiġu mistiedna għal xi laqgħat skont il-bżonn li jkun hemm. Matul din l-aħħar sena l-Kumitat iltaqa’ madwar 19-il darba b’mod uffiċċjali, apparti laqgħat oħra li jsiru u korrispondenza kontinwa bejn il-membri tal-istess grupp. In-Natura 2000 Management Plan huwa proċess, u dan beda jiġi mwettaq propju bit-twaqqif ta’ dan il-Kumitat operattiv.
Leg 13 PQ #7268 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – person of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha person of trust.
Leg 13 PQ #7269 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta mis-sena 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-dati ta' meta l-persuni li jokkupawhom bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta qatt ma kellha jew għandha position of trust.
Leg 13 PQ #7270 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — ftehim

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta skont dak li jipprovdi l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Din l-informazzjoni tinsab fl- Legal Notice 97 of 2018 li qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7271 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – struttura organizzattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7272 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – uffiċjal Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7273 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta — Bord tad-Diretturi u s-Segretarju

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi u s-Segretarju tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta? Jista' l-Prim Ministru jagħti għal kull wieħed minnhom id-data ta' meta ġie maħtur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li dawn huma d-dettalja mitluba minnu dwar l-Advisory Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta. Isem u Kunjom Data ta’ meta gie mahtur Mrs Nadette Azzopardi - Chairperson 29/03/2018 Dr Ian Castaldi Paris - Membru 29/03/2018 Mrs Diane Izzo – Membru 29/03/2018 Mrs Roberta Argento – Membru 29/03/2018 Mr Philip Vella - Membru 29/03/2018 Mr Ruben Schembri – Segretarju 29/03/2018 Id-dettalji dwar l-Approvals Bord ta’ l-Agenzija dwar Visa u Residenza f’Malta huma kif jidher hawn taht : Isem u Kunjom Data ta’ meta gie mahtur Dr Charmaine Cherrett – Chairperson 29/08/2017 Ms Ruth Micallef – Membru 29/08/2017 Mr Roderick Spiteri – Membru 29/08/217 Mr John Valencia - Membru 29/08/2017

Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5921 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji se jiġu magħżula jew ġew diġà magħżula l-ħaddiema ta' Heritage Malta għal dan il-għan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-esperjenza u l-kwalifiki ħa jkunu il-kriterji ewlenin li fuqhom se jiġu magħżula dawn il-ħaddiema.

Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5920 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid jekk individwi fi grad maniġerjali (li jinkludu senior executives, managers u principle curators/conservators) fi ħdan Heritage Malta hux se jkunu intitolati għal ħlas addizzjonali abbinat mal-attivitajiet ta' Heritage Malta?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-attivitajiet ta’ Taste of History and Events mhumiex attivitajiet ta’ Heritage Malta, għaldaqstant kull min hu interessat li jagħti kontribut għandu dritt għal ħlas.

Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5919 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest -Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħaddiema ta' Heritage Malta li ma għandhomx aċċess għall-email, ma ġewx mgħarrfa b'din l-inizjattiva? Jista' jgħid għaliex din ma ħarġitx bil-lingwa Maltija wkoll?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li kulħadd ġie mgħarraf b’din il-komunikazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni li twaħħlet fuq in-notice boards. Bi żvista tal-entità l-komunikazzjoni ħarġet biss fil-lingwa Ingliża. Madankollu infurmati li kwalunkwe mistoqsija mill-istaff setgħat ġiet ċċarata min-naħa tal-management.

Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5918 u ċjoè: B'referenza għall-internal memorandum ta’ Heritage Malta - Expression of interest - Taste of History and Events, jista' l-Ministru jgħid għaliex l-electricians ta' Heritage Malta qed ikunu mistennija li jagħmlu xogħol ta' waiters waqt l-attivitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

M'għandix xi nżid mad-domandi li weġibt ripetutament dwar dan is-suġġett.

Heritage Malta – Expression of Interest Taste of History and Events – performance bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5917 u jgħid min mill-ħaddiema ta' Heritage Malta għandu performance bonus relatat mas-suġġett ta' ‘Taste of History and Events’?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda performance bonus relatat ma’ Taste of History.

Malta International Contemporary Art Space

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm sejħa għall-pożizzjoni ta’ Chairperson u/jew membru tal-Malta International Contemporary Art Space, u jindika l-kundizzjonijiet finanzjarji mogħtija lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-ħatra tagħha u anke jindika l-esperjenza u l-kwalifiki tagħha li ġew ikkunsidrati għal ħatra tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji tagħha ingħataw seperament u li nghazlet minni biex tokkupa din il-kariga għandha l-kundizzjonijiet finanzjarji kif ġejjin: Remunerazzjoni bħala Chaiperson tal-Bord ta’ €18,000 Allowances mogħtija marbuta mal-operat tax-xogħol ta’ kuljum tal-MICAS: • Allowance €12,000 • Mobile phone allowance of €815 • Transport allowance €4659 Niehu l-opportunita' li nirringrazzja lin-nies kollha involuti f'dan il-progett fantastiku li m'ghandix dubju li se jhalli gid enormi ghas-settur kulturali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — pubblikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm saru pubblikazzjonijiet taħt il-Ministeru tul dawn l-aħħar sentejn u kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul dawn l-aħħar sentejn minn Ġunju 2016 sa Ottubru 2018 taħt il-Ministeru, saru sitt pubblikazzjonijiet u n-nefqa kienet ta’ €9,916.53

Avviż li jidher fuq gazzetti

Question

B’referenza għall-avviż li qiegħed jidher fil-gazzetti bit-titolu “Avviż importanti għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit”, jista’ l-Ministru jindika f’liema gazzetti lokali u barranin qed jidher? Kif ukoll jista’ jgħid kemm ġie jiswa sa issa u kemm persuni wieġbu għalih?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-avviż deher nhar il-Ħadd, 16 ta’ Settembru 2018, f’dawn il-gazzetti lokali: Sunday Times, Malta Today, Illum, Malta Independent, It-Torċa, Il-Mument u Kulħadd. L-avviż ma deherex f’gazzetti barranin. L-avviż fil-gazzetti lokali ta’ Malta ġie jiswa total ta’ €2542.73. S'issa, 74 persuna resqu għand il-Kummissjoni Għolja ta’ Malta f’Londra biex jitolbu iktar tagħrif dwar l-iskema, fil-waqt li 17-il persuna oħra għamlu kuntatt mad-Direttorat tal-Maltin li Jgħixu Barra fil-Ministeru stess biex jitolbu l-istess għajnuna.

Belt Valletta – Palazzo Parisio – xogħlijiet fil-basement

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li tlestew x-xogħlijiet ta’ tindif u skavar fl-hekk imsejjaħ basement ġewwa Palazzo Parisio l-Belt, għandi pjaċir ninforma li riċentement ħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Il-Ministeru beda l-preparamenti sabiex tkun tista' tiġi ppublikata t-tender.

Għoti ta’ ċittadinanza Maltija lill-persuni li jitilqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm żviluppi dwar l-għotja taċ-ċittadinanza lill-persuni ta’ Ċittadinanza Maltija li kienu telqu mill-Eġittu lejn l-Awstralja?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi ndirizzata lill-Ministeru kkonċernat.

Belt Valletta – Strada Żakkarija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fi Strada Żakkarija l-Belt?

Response (ABELA, CARMELO)

Qed nifhem li l-Onor. Interpellant, meta qed jagħmel referenza għal Strada Zakkarija ġewwa l-Belt, qed jirreferi għall-binja li l-Ministeru issa għandu u mhux għal xi xogħlijiet li jistgħu qed isiru fit-triq. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qed isiru f’din il-binja jinsabu fi stadju avvanzat.

Belt Valletta — Allied House – xogħlijiet fit-tielet sular

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet li qed isiru fit-tielet sular f’Allied House l-Belt mill-Ministeru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fuq it-tielet sular ta’ Allied House inbeda f’Ottubru 2018. Dan ikkonsista f’xogħolijiet ta’:- Trunking; Distribuzzjoni tal-Elettriku u light circuits – li huwa ippjanat li jiġi mqabbad mad-distribution board fi żmien qasir; Se jiġi wkoll komplut fi żmien qasir xogħol ta’ cabling għat-telefonija u Data. Huwa ippjanat illi fi żmien qarib jibda x-xogħol ta’ Fire detection cabling u f’Novembru għandha tiġi nstallata sistema ta’ Air Conditioning kif ukoll xi xogħol ta’ plumbing.