Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Tlabt biex it-tagħrif jinġabar.

Kunsill Malti għall-Arti — Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza

Question

Jista’ l-Ministru jindika meta beda jitħaddem il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti? Kemm-il artist jew professjonist irċieva għotjiet minn dan il-fond għal kull sena li ilu jopera dan il-fond u x’kienu l-proġetti li ġew megħjuna b’dan il-fond?

Response (BONNICI, OWEN)

Jiena konsapevoli li dan il-Gvern qed iwettaq hafna, izda ma kontx naf li l-Oppozizzjoni m'hijiex tlahhaq mar-ritmu tax-xoghol tal-Gvern. Il-Fond Nazzjonali għall-Eċċellenza mmexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti beda jitħaddem fl-2017. Fl-2017, tlieta u erbgħin artist irċevew għotjiet minn dan il-fond filwaqt li fl-2018 sal-aħħar tal-Ottubru sitta u tletin artista ibbenefikaw minn dan il-fond. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proġetti li ġew megħjuna b’dan il-fond.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tingabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba minnu.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entità li taqa taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ m’għamlitx nefqiet f’festini, parties, ikliet, ricevimenti u xiri ta’ alkoħol mit-twaqqif tagħha s’issa.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti. Nixtieq inżid li l-maġġoranza assoluta tan-nefqa kienet relatata mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Dipartiment / Entità / Agenzija: Marzu 2013 - Diċembru 2013 Jannar - Diċembru 2014 Jannar - Diċembru 2015 Jannar - Diċembru 2016 Jannar - Diċembru 2017 Jannar - Settembru 2018 € € € € € € Transport Malta 1,903 5,722 7,303 6,826 30,842 5,113 Infrastucture Malta 0 0 0 0 0 0 Planning Authority 3,602 2,947 4,095 127 2,742 300 Lands Authority 0 0 0 0 483.2 0 Land Registry 0 0 0 0 0 0 BICC 0 757.8 1,057.23 1,057.70 1,075.45 550 BRO 0 0 0 2,970.40 0 0 Property Malta 0 0 0 0 0 0
Leg 13 PQ #4387 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hi responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li jsofru mill-Anorexia jew Bulimja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandux data rigward kemm mill-popolazzjoni Maltija, issofri mill-kundizzjonijiet tal-Anorexia jew Bulimja?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda statistika regolari ma tinżamm fuq il-prevalenza ta’ kundizzjonijiet relatati mal-ikel, bħall-anoressja, bulimja jew inkella ikel f’daqqa, apparti n-numru ta’ klijenti li jagħmlu użu mis-servizzi ta’ Dar Kenn għal Saħħtek.

Aġenzija Appoġġ – każijiet ta’ tfal li jitħallew waħedhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħda tagħmel l-Aġenzija Appoġġ kontra l-ġenitur/i li jħallu t-tfal iż-żgħar tagħhom waħedhom mingħajr superviżjoni waqt li huma jkunu qed jaħdmu? Kemm-il każ kien hemm matul dawn il-ħames snin li għaddew? Min jista’ jieħu ħsieb it-tfal iż-żgħar meta l-ġenituri tagħhom ma jkunux id-dar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, każijiet bħal dawk li qiegħed jirreferi għalihom, huma rari ħafna, hekk kif illum il-ġurnata, l-Gvern investa f'child care centres bla ħlas, kif ukoll f'ċentri mmexxija mill-FES għal wara l-ħin tal-iskola. F'każijiet rari fejn sitwazzjonijiet bħal dawn jiġu għall-attenzjoni tal-Aġenzija Appoġġ, issir ħidma sabiex nedukaw lill-ġenituri, dwar is-servizzi offruti. Każijiet ta’ individwi li jirriżulta li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet fil-ħajja tagħhom, jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mill-ħaddiema tas-servizzi fil-komunità, hekk kif il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, taħdem man-nies biex tgħinhom jegħlbu l-isfidi li jkunu għaddejjin minnhom u jirrealizzaw il-potenzjal u l-aspirazzjonijiet tagħhom.

Sptar Monte Karmeli – pazjenti barranin jew immigranti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma immigranti u/jew barranin li qed jieħdu kura fl-Isptar Monte Karmeli u jista’ jgħid x’kundizzjonijiet qed ibatu minnhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentament hemm 49 persuni barranin għall-kura fl-Isptar Monte Carmeli.

Skejjel tal-Istat – health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm health professionals speċjalizzati fis-saħħa mentali fl-Iskejjel tal-Istat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-professjonisti li huma ingaġġati mas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel, li jipprovdu s-sapport u servizz dovut lill-istudenti, jaħdmu f’kollaborazzjoni sħiħa ma’ professjonisti oħra barra mill-MEDE li jaħdmu fil-kamp tas-saħħa mentali, dejjem skont in-natura tal-każ. In-numru ta’ professjonisti huwa: · Team ta’: 1 Managing Psychologist, 10 Psikologi, 15-il Psychology Assistant · Team ta’: 5 Psikoterapisti (2 bir- reduced ) · Team ta’: 1 Education Officer, 15-il Principal Counsellor, 3 Senior Counsellors u 14-il Counselling Trainee
Leg 13 PQ #6802 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: IVAN BARTOLO To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – flus miġbura minn arretrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irnexxielu jiġbor flus il-Gvern minn arretrati dovuti lilu mid-Dipartiment tat-Taxxi mis-sena 2013 sas-sena 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-priġunieri reġgħu saru reċidivi sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ priġunieri ġewwa il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-snin 2015, 2016 u2017 huwa kif indikat: Fis-sena 2015 – kien hemm total ta’ 527 priġunieri li minnhom 13% (68) kienu reċidivi . Fis-sena 2016 – kien hemm total ta’ 575 priġunieri li minnhom 12% (69) kienu reċidivi, u Fis-sena 2017 – kien hemm total ta’ 606 priġunieri li minnhom 14% (84) kienu reċidivi

Għawdex — Impjant tat-trattament tad-drenaġġ – second class water għall-bdiewa

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett biex second class water mill-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jitwassal għand il-bdiewa Għawdxin? Jista' jgħid bħalissa kemm hemm bdiewa f'Għawdex li qed jibbenefikaw minn dan l-ilma u kemm-il kubu ta' ilma ntuża s’issa mill-bdiewa Għawdxin?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ġie inawgurat f’Awwissu ta’ din is-sena u beda jitqassam l-ilma minn tlett dispensing points. In-numru ta’ bdiewa li applikaw għal dan is-servizz huwa ta’ 68 li bejniethom ikkunsmaw 7200m3. Bħalissa l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdha fil-proċess li tipprepara t-tender ħalli tkun tista tikber il-firxa tan-network sabiex jinqdew iżjed bdiewa.
Leg 13 PQ #6969 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – sponsorships u donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-benefiċjarji minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mill-bidu tas-sena 2014 sal-lum? Kemm ingħata lil kull benefikant u għal-liema skop? Kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba dwar l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant li dwar Ministeru/Direttorati għad jonqos tinġabar xi informazzjoni mid-Dipartiment Strateġija u Sapport. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tinġabar l-informazzjoni kollha. Għotjiet taħt skemi uffiċjali mhumiex inklużi. (Informazzjoni Addizzjonali: Ara dokument PL 2482 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 165 tal-Erbgħa, 7 ta' Novembru 2018)
Leg 13 PQ #6970 Sitting 149 2018-10-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li qed jibbenefikaw minn miżuri family friendly

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly? X'tip ta' miżuri kienu u f’liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex – konsulenti fl-Isptar Ġenerali

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm bħalissa hemm konsulenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jagħti lista ta' dawn il-konsulenti u f’liema qasam qed jagħtu s-servizz tagħhom? Jista' jgħid minn dawn kemm huma full-time u kemm minnhom huma part-time? Jista' jgħid min qed iħallas għal dawn il-konsulenti? Jista' jgħid matul dawn l-aħħar tliet snin kemm kien in-numru ta' konsulenti li spiċċaw mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u x'kienet ir-raġuni f'kull każ għaliex dawn spiċċaw?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2016 kien hemm 22 konsulent li ta servizz fl-isptar Ġenerali t’Għawdex li minnhom 1 kien part time. Fl-2017 kien hemm 26 konsulent li minnhom 1 kien part time, filwaqt li matul din is-sena hemm 28 konsulenti li qed jagħtu s-servizzi tagħhom fl-istess sptar u li minn dawn 1 huwa part time. Apparti minn hekk matul din is-sena ukoll, kien hemm ukoll 32 konsulenti li kienu shared, iġifieri li kellhom sessions extra fl-isptar Ġenerali t’Għawdex speċifikament għal pazjenti għawdxin.