Studenti li għadhom mingħajr it-trasport tal-iskola b’xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti li minkejja li l-ġenituri tagħhom applikaw għat-trasport tal-iskola b'xejn, għadhom mingħajr servizz ta' trasport minn u/jew lejn l-iskola tagħhom, fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll mil-liema lokalità huma l-istudenti, l-età tagħhom u f'liema skejjel jattendu? Jista' jagħti data definittiva meta dawn l-istudenti se jingħataw trasport tal-iskola b'xejn?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-inizjattiva tas-Servizz ta’ Trasport b’xejn għall-istudenti kollha, il-ġenituri/legal guardians tal-istudenti applikaw direttament mal-operaturi bħas-snin l-imgħoddija. Ġenituri li informaw lill-Ministeru li sal-lum (30/10/2018) għad ma nstabilhomx trasport, jammonta għal 810 student. Dan in-numru jiġi aġġornat kontinwament minħabba r-raġuni spjegata fl-istqarrija maħruġa PR 182235.
L-istudenti li jattendu skejjel tal-Knisja u Indipendenti u li għadhom fuq il-pending list huma minn lokalitajiet varji. Il-Ministeru jibqa’ impenjat sabiex dawn l-istudenti jsibu trasport.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt tal-Imdina mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetà? Jista' jgħid f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li jitħallas lill-Gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti:-
PQ 7358 - L-Imdina – proprjetajiet li għandu l-Gvern
numru ta' propjeta'
Triq L-Imhazen
Mdina
Residential / non-residential / commercial
16
Lease
Strada Lunga
Mdina
Residential
3
Perpetual Emphyteusis
Misrah Il-Mina Tal-Griegi
Mdina
Residential / non-residential / commercial
4
Lease / Encroachment
Telgha Tas-Saqqajja
Mdina
commercial
1
Triq L-Infetti
Mdina
Non-Residential
1
Triq Mesquita
Mdina
Residential
3
Lease
Pjazza San Publiju
Mdina
Non-Residential
4
Lease
Triq Inguanez
Mdina
Residential
5
Perpetual Emphyteusis / lease
Triq San Nikola
Mdina
Residential
6
Lease
Triq is-Salib Imqaddes
Mdina
Residential
2
Lease
Triq Santu Rokku
Mdina
Residential
1
Lease
Triq Notabile
Mdina
Non-Residential
1
Encroachments
Triq Santa Sophia
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Mdina Gate
Mdina
Non-Residential
4
Encroachment / lease
Bastion Square
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Il-Mina Principali
Mdina
Residential
1
Triq Il-Muzew
Mdina
Non-Residential
4
Lease / Encroachment
Mdina Ditch
Mdina
Non-Residential
2
Lease
Triq is-Salvatur
Mdina
Residential
1
Perpetual Emphyteusis
Villegaignon Str
Mdina
Residential
1
Lease
Misrah il-Kunsill
Mdina
Non-Residential
1
Encroachment
Il-Giardin Tas-Sindku
Mdina
Commercial
1
Lease
It-Tafal il-Kbir
Mdina
Residential
1
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7048, jista' l-Ministru jgħid f'liema port Malti daħal kull wieħed mill-bastimenti Ċiniżi msemmija fl-istess tweġiba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tlett basitimenti imsemmija fil-mistoqsija parlamentari 7048 daħlu fil-Port tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex hekk kif tiġi skavata l-ħamrija minn sit mogħti għall-bini, din titħares u tintefa’ f’postijiet ta’ ħażna jew fuq art qasbija? Kemm inqabdu kuntratturi jarmu ħamrija flimkien ma’ skart tal-kostruzzjoni fis-sena 2017 u fis-sena 2018 sa Settembru?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru responsabbli mill-ambjent.
Jista’ l-Ministru jgħid liema hu d-dipartiment li jieħu ħsieb li l-ħamrija li tiġi skavata minħabba bini, tintefa’ f’postijiet ta’ ħażna? Kemm-il tunnellata ħamrija ntefgħet fuq raba’ qasbija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat tal-Agrikoltura huwa responsabbli li jilqa’ t-talbiet għall-permessi biex ħamrija tiġi trasferita minn post għall-ieħor. Il-permess jinkludi dettalji tal-applikant u tal-kuntrattur, kif ukoll in-numri tar-reġistrazzjoni tat-trakkijiet.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-iskeda ta’ kif qed jitqassmu l-magni taz-zokkor lill-persuni li huma dijabetiċi biex huma stess jiċċekkjaw iz-zokkor, lokalità waħda wara l-oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ din is-sena l-magni taz-zokkor ser jitqassmu fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Birkirkara, Birżebbuġia, Fleur-de-Lys, l-Iklin, Ħal Luqa, l-Mosta, Paceville, Pembroke, Tas-Sliema, u Sant Andrija San Ġiljan. B’hekk dawn il-magni ikunu tqassmu fil-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex sal-aħħar ta din is-sena, kif kien dejjem ippjanat.
Peress li għal diversi drabi r-rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni, u possibbilment anke ħamrija, qed kontinwament jintrema+ f’barriera li qiegħda bejn il-Qrendi u l-Imqabba fl-inħawi ta’ Misraħ is-Sinjura u tal-Għariex, u peress li l-barriera li r-ritratt tagħha qed jingħata separatament ilha ferm li mtliet u faret tant bit-terrapin li ħasret id-dehra tal-madwar, jista’ l-Ministru jgħid x’permessi għandha l-barriera biex dan isir? Jekk ma hemmx permessi, x’enforcements ħarġu mill-Awtorità għall-Ippjanar u meta? Kemm hu l-caping tal-multa jekk ħareġ l-enforcement? Il-multa tħallset? X’se jsir biex is-sit tal-barriera jirritorna għal-livelli aċċettabbli ta’ rimi?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-barriera in kwistjoni hija kolpita b’żewġt azzjonijiet ta’ infurzar waħda ħarġet fl-2005 u oħra fl-2016, li kollettivament qed iġorru multa ta’ mitt Ewro kuljum li jaslu sa massimu ta’ mitt elf Ewro, u li sal-lum għadha tiddekorri. L-Awtorita’ se tuża l-mezzi disponibbli fil-ligi biex din il-barriera tirritorna għal livelli aċċettabli. Nixtieq ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-aħħar li saret spezzjoni fuq dan is-sit mill-uffiċjali tal-infurzar kien fit-18 ta’ Ottubru 2018 fejn ma ġietx innotata xi attivita’ ta’ tfieh ta’aktar materjal.
Peress li hu nnotat li art pubblika quddiem il-lukanda Riviera fil-Marfa, ġiet meħuda, billi tneħħa t-tarmak tat-triq u tqiegħdet art imħaġra, jista’ l-Ministru jgħid x’permess ingħata mill-Awtorità tal-Artijiet biex sar hekk? X’kien l-akkwist tal-poplu Malti?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun iktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu u jindika b’mod iktar preċiż għal liema biċċa art qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fis-16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tagħha fit-28 ta’ Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena.
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant qatt ma kien jinżamm u għadu ma jinżammx.
Skola Primarja tal-Mellieħa – pulizija ħdejn id-daħla
Question
Jista’ l-Ministru jara li kuljum jattendi pulizija ħdejn id-daħla tal-Iskola Primarja tal-Mellieħa fi Triq il-Mitħna l-Ġdida u dan sabiex ikun jista’ jikkontrolla t-traffiku u jenforza r-regolamenti tat-traffiku fis-seħħ fil-ħinijiet tad-dħul u l-ħruġ tat-tfal mill-istess iskola, hekk kif indikat b’diversi tabelli f’din l-istess triq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi saru l-verifiki ma’ uffiċjali responsabbli mid-duties fil-Mellieħa, u ġie kkonfermat illi fil-ħin ta' dħul u ħruġ mill-Iskola Primarja tal-istess lokalità. Il-Pulizija tagħmel minn kollox biex dan id-dover taqdih kuljum, anke jekk legalment dawn id-doveri jaqgħu wkoll fir-responsabilità ta’ entità oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt taghħa fis-16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli, jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża tal-pulizija fuq l-investigazzjoni tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt tiegħu fil-5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista’ jagħti d-dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża, maqsuma sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa ġentilment jgħid x’ħinjiet jiftaħ iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop? X’ħinijiet ikun hemm tabib? X’ħinijiet ikun hemm nurse?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Kirkop jiftah kuljum bejn is-7 ta’ fil-għodu sat-8 ta’ fil-għaxija. It-Tabib tal-Familja jara l-pazjenti mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 ta’ fil-għodu sat-8 ta’ fil-għaxija u s-Sibtijiet mit-8 ta’ fil-għodu sas-1 ta’ wara nofsinhar. L-infermiera tkun qed tagħti servizz fiċ-ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop, mit-Tnejn sal-Ħadd mis-7 ta’ fil-għodu sat-8 ta’ fil-għaxija.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn meta beda jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Kirkop? Kemm attendew pazjenti s’issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn meta beda’ jopera ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal-Kirkop igifieri mit-Tnejn 17 ta’ Settembru 2018 sas-29 t’ Ottubru 2018 attendew 7,050 persuna.
Bormla — Kulleġġ Santa Margerita - Skola sekondarja Verdala - użu ta' trakka
Question
Jista' l-Ministru jara għalfejn fl-iskola sekondarja Verdala tal-Kulleġġ Santa Margerita f'Bormla fil-ħin ta' wara l-iskola fl-użu tat-trakka u l-grawd tal-futbol, filwaqt li jeżistu changing rooms, mhemmx aċċessibilità għal toilets?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn SportMalta li fl-iskola msemmija mill-Onor. Interpellant hemm provduti żewġ mobile toilets għal min juża l-faċilitajiet sportivi wara l-ħin tal-iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ħa jew beħsiebu jieħu fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti Kostituzzjonali nhar is-26 ta’ Jannar 2018 fil-kawża li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kopja tagħha ġiet impoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra u li permezz tagħha ġie ddikjarat li l-proviso tal-artikolu 28(1)(c)(i) tal-Att dwar il-Professjoni Nutarili u Arkivji Nutarili (Kap. 55 tal-Liġijiet ta' Malta) hi nkonsistenti mad-dritt fundamentali taħt l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni ta' Malta u l-Artikoli 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-proviso imsemmi fl-interpellanza illum ma għadx hemm skop għalih u dan wisq iżjed wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-ħsieb hu li wara li jsiru l-konsultazzjonijiet meħtiega speċjalment mal-Kunsill Notarili issir l-emenda neċessarja sabiex il-liġi tkun konformi mas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali.
Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet:
a) kriminali u
b) ċivili
fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin?
Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?