Legislature:
Category:
Reset
Active:

Blue Badge Stickers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu blue badge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jgħid kemm ittieħdu blue bladge stickers mis-sena 2008 sal-lum, sena b’sena? Jista’ jagħti anke total ta’ blue badge stickers li kienu maħruġa f’Malta u Għawdex mis-sena 2008 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej ; Blue Badges Ġodda Sena Malta Għawdex Total Ritornati 2008 705 57 762 147 2009 634 52 686 180 2010 685 53 738 655 2011 846 60 906 840 2012 828 65 893 979 2013 875 73 948 976 2014 889 85 974 948 2015 1065 98 1163 805 2016 1100 96 1196 1155 2017 1222 124 1346 1066 Sal-aħħar ta' Ottubru 2018 960 117 1077 800 Nota : Tiġdid ta' Blue Badges mhumiex inklużi fit-tabella .
Leg 13 PQ #7460 Sitting 153 2018-10-31 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Piloti — sigħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-massimu ta’ sigħat li jistgħu jaħdmu l-piloti skont liġijiet internazzjonali? Jista’ jgħid kemm qegħdin jaħdmu sigħat il-piloti tal-Air Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bil-liġijiet tal-EASA (European Aviation Safety Agency), il-piloti jistgħu itiru kif spjegat hawn taħt: · Mhux aktar minn 100 siegħa ta’ titjir fi 28 ġurnata konsekuttiva · Mhux aktar minn 900 siegħa ta’ titjir f’sena kalendarja minn Jannar sa Diċembru · Mhux aktar minn 1000 siegħa ta’ titjir fi tnax-il xahar konsekuttiv. Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq it-tul tal-perjodu ta’ duty, skont kemm ikun hemm titjiriet fl-istess perjodu ta’ duty, u kemm il-ġurnata konsekuttiva jistgħu jaħdmu. Il-piloti tal-Air Malta qed jaħdmu medja ta’ 650 siegħa fis-sena.

Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess fi skemi ta’ sigurtà soċjali

Question

Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara u eżempju ta’ dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP. 218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta "€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, tista’ l-Ministru tgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Ministeru għaddej b’eżerċizzju sabiex kwalunkwe dispkrepanza abbażi tal-ġeneru fil-liġi Maltija titneħħa. Dan l-eżerċizzju ma sarx biss fir-rigward tal-liġi taż-żwieġ iżda għaddej fir-rigward ta’ numru ta’ liġijiet oħra li kif elenkat għadhom jiddiffernzjaw jew saħansitra jiddiskriminaw bejn irġiel u nisa mingħajr raġuni valida.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 1

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex jitnaqqsu l-isterjotipi tal-ġeneru u s-sessiżmu hekk kif identifikat fl-istrategic objective 1 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Twaqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 2

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna nipprevjenu u niġġieldu l-vjolenza fuq in-nisa u l-Vjolenza Domestika hekk kif identifikat fl-istrategic objective 2 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Gvern qed jaħdem bla sfiq sabiex il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika ikunu miġġielda bl-aktar mod effettiv possibbli. Kien għalhekk li dan il-Gvern: - Irratifika l-Konvenzjoni ta’ Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa; - Ħadem fuq livell Ewropew sabiex l-Unjoni Ewropea tiffirma l-Konvenzjoni ta’ Istanbul waqt il-Presidenza Maltija; - Addotta strateġija nazzjonali sabiex il-ġlieda kontra l-vjolenza tkun waħda sistematika; - Addotta liġi dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika li tilħaq l-għola standards internazzjonali ; - Qed imexxi diversi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea sabiex jitjiebu s-servizzi li jingħataw lill-publiku u jkun hemm koordinazzjoni bejniethom fost l-oħrajn. Kampanji ta’ għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru Id-Direttorat għad-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni nieda żewg kampanji ta’ għarfien dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul l-2017 u l-2018 (b’din tal-aħħar għadha għaddejja fil-preżent). L-għan ta’ dawn il-kampanji kien sabiex titqajjem kuxjenza u għarfien, kemm mal-persuni li għaddejin minn xi forma ta’ vjolenza domestika, kif ukoll persuni li potenzjalment jistgħu jgħaddu minn każijiet simili. Il-kampanji kienu indirizzati wkoll lejn il-pubbliku in ġenerali sabiex jiġu mħeġġa jitkellmu dwar il-kwistjoni u jirrappurtaw dan it-tip ta’ abbuż. Dawn il-kampanji saru permezz ta’ video clips fuq midja soċjali, gazzetti online, kennijiet tal-karozzi tal-linja, posters f’postijiet ta’ divertiment, kif ukoll avviżi fuq ir-radju. Dawn il-kampanji huma parti mill-implimentazzjoni tal-proġett ‘Full Cooperation: Zero Violence’, li huwa kofinanzjat mill-UE. Proġett ieħor kofinanzjat mill-UE huwa dak bl-isem ‘Breaking the cycle of violence’, li permezz tiegħu ġew organizzati laqgħat ta’ għarfien ma’ gruppi vulnerabbli, bħal nisa immigranti, nisa b’diżabilità u persuni mill-kommunità LGBTIQ bl-għan illi dawn il-gruppi jiġu mħeġġa u jkunu infurmati dwar id-drittijiet tagħhom u x’servizzi jeżistu. Dawn saru matul is-sajf tal-2018. Dan l-istess proġett fassal video clips, li dehru fuq gazzetti online, flimkien ma’ avviżi ta’ għarfien fuq il-midja soċjali dwar il-vjolenza domestika bi skop li jitkisser iċ-ċiklu ta’ vjolenza. Matul l-2017, il-Kummissjoni dwar il-vjolenza domestika nediet kampanja ta’ għarfien ta’ 16-il ġurnata sabiex tlaqqa’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam u b’hekk jitkellmu dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq il-mezzi tax-xandir. Il-berġa ta’ Kastilja u Porte des Bombes nxtiegħlu bil-kulur oranġjo bħala simbolu ta’ solidarjetà ma’ dawk il-persuni li għaddejin minn xi tip ta’ vjolenza. L-istess kampanja ta’ 16-il jum ser titnieda wkoll din is-sena fit-23 ta’ November 2018.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 3

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex in-nisa f'pajjiżna jkollhom aktar aċċess ekwu għall-ġustizzja hekk kif identifikat fl-istrategic objective 3 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern. Din l-istrateġija, bħal oħrajn qabilha se tolqot diversi Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern, inkluż il-qasam tal-ġustizzja.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 4

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jinħoloq bilanċ bejn in-nisa u l-irġiel fil-politika u fit-teħid ta' deċiżjonijiet pubbliċi hekk kif identifikat fl-istrategic objective 4 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 5

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jiġu protetti d-drittijiet ta' nisa u bniet emigranti hekk kif identifikat fl-istrategic objective 5 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Id-drittijiet tan-nisa u l-bniet migranti huma indirizzati mill-ħidma tal-Ministeru kemm permezz ta’ dik li għandha x’taqsam l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u kif ukoll permezz tal-politika ta’ integrazzjoni tal-migranti. Il-Ministeru qed jaħdem ukoll sabiex tissaħħaħ il-liġi tal-ugwaljanza u għall-ewwel darba, każijiet ta’ diskriminazzjoni multipla ikunu jistgħu ikunu kkunsidrati mill-istituzzjoni li tiggarantixxi d-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżna.

Skema ta’ investiment għal teatri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħolqitx l-iskema ta’ investiment għal teatri lokali, u jekk iva meta nħolqot u jgħid kemm-il entità gawdiet minn din l-iskema u liema huma dawn l-entitajiet li gawdew minn din l-iskema?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Arti flimkien ma’ Teatru Malta nieda l-iskema għall-ispazji teatrali f’Settembru 2018 u bħalissa miftuħin l-applikazzjonijiet. Id-dettalji kollha dwar l-iskema, inkluż il-linji gwida u l-formola ta’ applikazzjoni, jinsabu f’din il-ħolqa https://www.artscouncilmalta.org/funds/t

Proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u ċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn Forti Sant’Iermu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa ħareġ sabiex is-settur privat ikun jista’ jressaq proposti għar-riġenerazzjoni tal-Binja Evans u taċ-Ċentru tal-Eżamijiet ħdejn il-Forti Sant’Iermu? Jista’ jgħid ukoll kemm-il proposta rċieva u liema ntgħażlet?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Kunsill Malti għall-Arti – programm għal artisti żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta twaqqaf il-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti? Kemm-il proġett ġie megħjun b’dan il-programm, u kemm-il artist qiegħed isegwi programm ta’ apprentistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta’ dan il-programm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-programm għal artisti żgħażagħ immexxi mill-Kunsill Malti għall-Arti twaqqaf fl-2017. Bħalissa hemm disa’ artisti qed issegwu l-programm ta’ apprentistat u/jew mentoring bl-għajnuna ta’ dan il-programm.

Il-Belt, Triq l-Ordinanza u Kavallier ta’ San Ġwann – irranġar ta’ aperturi u gallariji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema hija dik l-iskema li kellha titnieda sabiex jiġu rranġati l-aperturi u l-gallariji tal-bini li jagħti fuq il-Kavallier ta’ San Ġwann u Triq l-Ordinanza? Jista’ jgħid kemm-il aperturi u gallariji ġew irranġati taħt din l-iskema?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f’kull entità li għaliha hu responsabbli f’festini, parties, riċevimenti, ikliet u xiri ta’ alkoħol u simili mill-2013, sena b’sena, sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha, hekk kif mitluba.

Power Station ta’ Delimara – inkjesta dwar il-kwalità tal-fuel mixtri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta li l-Imħallef li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalab jagħmel fl-aħħar leġislatura dwar il-kwalità tal-fuel mixtri għall-power station ta’ Delimara, hijiex lesta?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li l-inkjesta msemmija minnu għadha pendenti.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – environment inspector

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il environment inspector għandu l-Ministeru? Xi kwalifiki għandhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima għandu ħames (5) uffiċjali li jappartjenu għall-Inspectorate Stream tal-Klassi Ambjentali u għaldaqstant il-kwalifiċi tagħhom huma dawk li joħorġu minn dan l-istess ftehim. Erbgħa minn dawn l-uffiċjali jwettqu dmirijiet relatati mat-tmexxija ta’ siti protetti u r-responsabbiltajiet ta’ Ambjent Malta b’mod ġenerali, filwaqt li l-ħames uffiċjal huwa rilaxxat mal-għaqda volontarja Nature Trust Malta skont il-provvedimenti tat-Taqsima 4.2 tal-Manual on Special Leaves tas-Servizz Pubbliku. Barra minn hekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi għandha wkoll Direttorat għall-Konformità u Infurzar li fil-preżent għandu ngaġġati miegħu sebgħa u għoxrin (27) uffiċjal f’pożizzjonijiet differenti. Fil-każ tagħhom il-kwalifiċi huma skont il-benchmarks li jappartjenu għall-pożizzjonijiet rispettivi.

Billboards – azzjoni ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif il-Planning Authority din il-ġimgħa wettqet azzjoni ta’ infurzar kontra tliet billboards b’messaġġi ta’ Occupy Justice bl-iskuża li kienu llegali meta llum (20 ta’ Frar 2018) fit-Times of Malta hemm storja li hawn iktar minn 100 billboard illegali u li ilhom hekk illegali, għal sentejn u iktar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet diversi azzjonijiet diretti madwar Malta u Għawdex fl-2016 u 2017 sabiex jitneħħew billbords illegali wara li dawn kienu servuti b’avviżi ta’ infurzar, irrispettivament mill-kontenut tar-reklami. L-Awtorità kompliet tikkontrolla n-numru ta’ billbords illegali fit-toroq. L-Avviż Legali li ħareġ fit-2 ta’ Frar 2018 għen lill-Awtorità sabiex taġixxi b’mod aktar effettiv. Għalhekk setgħu jsiru serje ta’ azzjonijiet diretti oħra fl-2018 sabiex jitneħħew il-billbords illegali li kien fadal. Fis-16 ta’ Frar 2018 inqalgħu sitt billbords li kienu illegali peress li kienu servuti b’avviżi ta’ infurzar li nħarġu u ġew aġġornati fix-xhur qabel. Mhux minnu li kien hemm 100 billbord illegali fi Frar 2018, tant hu hekk li bl-azzjonijiet diretti li ttieħdu fil-ftit ġimgħat ta’ wara ġie żgurat li r-regolamenti rigward billbords u reklamar jiġu segwiti u l-billbords illegali tneħħew kollha.
Leg 13 PQ #4425 Sitting 150 2018-10-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Każijiet ta' Taxxa Dovuta

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista’ l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Korp tal-Pulizija – ħatra ta’ Supretendenti

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li sa Settembru 2018, se jinħatru numru kbir ta’ Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, kemm se jinħatru?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-promozzjonijiet ta’ Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija saru fil-25 ta’ Lulju 2018. B’kollox saru dsatax (19)-il Supretendent.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li qed isegwu studju akkademiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li qed isegwu xi forma ta’ studju akkademiku? Jista’ jgħid x’suġġetti qegħdin jistudjaw dawn il-priġunieri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 40 priġunier li qed isegwu xi forma ta’ studju akkademiku f’suġġetti ta’ ECDL, Malti, Taljan, Krafts, Mużika u kors ta’ Certificate of Professional Competence (CPC). Madankollu f’Ottubru se jibdew korsjiet b’kollaborazzjoni mal-Lifelong Learning fejn hemm total ta’ 81 applikazzjoni. Is-suġġetti li se jkunu offruti, minbarra dawk diġà mogħtija, huma Ingliż, Matematika u Ħjata. Hemm ukoll 4 priġunieri li se jibbenifikaw minn prison leave biex matul din is-sena akkademika se jkunu qed isegwu korsijiet fl-ivell post sekondarju.

Twaqqif ta’ Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jitwaqqfu aktar Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-Persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u fejn sejrin jitwaqqfu dawn iċ-Ċentri u min se jkun responsabbli tat-tmexxija ta’ dawn iċ-Ċentri?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7254, u nista’ nħabbar illi fil-5 ta’ Diċembru li ġej sejra ssir Konferenza Nazzjonali bil-parteċipazzjoni tal-istake holders kollha biex jiġi varat u diskuss d-dokument ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjan Strateġiku għas-Saħħa Mentali 2020-2030.