Jista’ l-Ministru jagħti dettalji għal kull sena mill-2013 sal-lum, kemm ġew importati karozzi second hand u minn fejn kienu importati sena sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt.
Ammont ta vetturi Registrati s
econd
hand
sena sena
USED
EU
NON-EU
2013
6788
1848
2014
6612
4005
2015
5801
4787
2016
5638
2724
2017
8222
3589
2018
6595
3012
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda kull sena, mill-2013 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt.
Ammont ta' karozzi ġodda reġistrati kull sena
2013
7,171
2014
8,028
2015
9,394
2016
10,701
2017
10,928
Sal-aħħar ta' Settembru 2018
8,998
Jum Internazzjonali biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti
Question
Issa li Malta sfat waħda mill-pajjiżi fid-dinja fejn il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia nqatlet minħabba t-twettiq ta’ xogħolha, u r-ranking ta’ Malta fejn jidħol ħelsien tal-istampa niżel 18-il-post, biex issa ninsabu fil-65 post minflok fis-47 post, skont l-indiċi tal-ħelsien tal-istampa tal-RSF, nistaqsi kif beħsiebu l-Gvern jimmarka l-Jum tat-2 ta’ Novembru, li huwa l-Jum Internazzjonali dedikat biex tintemm l-impunità għal reati mwettqa fuq ġurnalisti? Jista’ jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex il-ġurnalisti jkunu aktar protetti u biex ma terġax tintilef il-ħajja ta’ ġurnalisti li qegħdin f’riskju?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Gvern ma joqgħodx jistenna jiem partikolari biex jaħdem favur iktar libertà tal-espressjoni, imma jmexxi 'l quddiem il-libertajiet ċivili – inkluż il-libertà tal-espressjoni - bis–saħħa ta' liġijiet ġodda li jgħaddi.
Dan il-Gvern wettaq riformi li kienu ilhom li tħallew fuq l-ixkaffa ghal ġenerazzjonijiet sħaħ biex illum għandna qafas legali fost l-iktar progressiv fl-Ewropa u 'l hinn fejn tidħol il-libertà l-espressjoni – kemm artistika u kif ukoll ġurnalistika.
Infakkar kif dan il-Gvern wettaq riforma li biha neħħa ċ-ċensura artistika u rriforma mill-qiegħ il-liġijiet kriminali tagħna li kienu qed iservu sarima ma' ħalq l-artist. Infakkar li bċejjeċ artistiċi li sa ftit ilu kienu jiġu ċċensurati, illum jittellgħu għall-pubbliku bl-iktar libertà. Infakkar ukoll li waqt li sa ftit snin ilu kittieba kienu tressqu l-Qorti akkuzati b'reati kriminali talli kitbu storja, llum wettaqna riformi legali li ġew imfahhra minn wiehed minn dawn iż-żewġ kittieba/pubblikaturi stess.
Bl-istess mod dan il-Gvern dahhal fis-sehh pakkett ta' emendi li taw libertajiet ġurnalistiċi ġodda. Tneħħa l-libell kriminali, iddaħħal il-kuncett ta' medjazzjoni f'kawzi ta' libell ċivili, tħassru għadd ta' reati kriminali taħt diversi forom fejn jidħlu stejjer ġurnalistiċi, iddaħħal il-kuncett ta' citizen-journalism, tneħħa l-obbligu tar-registrazzjoni fejn jidħlu l-ġurnalisti, issaħħet il-protezzjoni għas-sorsi, tneħħiet il-possibbiltà li wieħed jiftaħ diversi libelli fuq l-istess storja, tneħħew il-mandati kontra l-ġurnalisti u tħalla mhux mimsus il-capping fejn jidħlu danni. Dan kollu sar b'diskussjonijiet twal u importanti mal-istakeholders kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti kkundannax pubblikament il-qtil tal-ġurnalista Jamil Khashoggi fil-Konsulat tal-Arabja Sawdija fit-Turkija? Jekk iva, meta? Jista’ jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-gvern fuq dan il-qtil brutali u jekk wassalx il-kundanna tiegħu lil Arabja Sawdija?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onoroveli Interpellant li l-Gvern Malti qiegħed isegwi mill-qrib l-iżviluppi relatati mal-qtil tal-ġurnalist Sawdit, Jamal Khashoggi, fil-konsulat tal-Arabja Sawdija fit-Turkija.
Ta’ min wieħed isemmi li r-Rappre¿entanta Għolja tal-Unjoni Ewropea, Federica Mogherini, ħarġet stqarrija f'isem l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea, fl- 20 ta’ Ottubru 2018 fejn ġiet enfasizzata l-ħtieġa ta' investigazzjoni bir-reqqa, kredibbli u trasparenti li titfa dawl fuq iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil tal-ġurnalist. Il-Gvern Malti jkompli jappoġġa din il-pożizzjoni.
Il-Ministeru ġie wkoll mistoqsi minn xi media lokali fejn għamilna ċara l-pożizzjoni tagħna.
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal il-proġett għall-Hibernians Rugby & Football Club imħabbar minnu qabel l-aħħar elezzjoni, fis-27 ta' Mejju 2017?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Projects Plus Limited qed tistenna li jinħarġu l-permessi kollha neċessarji sabiex tkun tista’ tibda l-proġett fuq il-Corradino Rugby Complex.
Jista' l-Ministru jara li l-ħsara strutturali li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forga, fin-Naxxar tiġi mistħarrġa mill-awtorità kompetenti biex possibbilment l-inkonvenjent kbir li sofrew numru ta' residenti fir-residenzi tagħhom wara x-xita li għamlet fl-aħħar ġimgħat, ma terġax tiġri?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-awtoritá kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ din it-triq huwa l-kunsill lokali tal-lokalitá konċernata. Din l-entità ġiet mgħarrfa bid-diffikultà indikata.
Sadanittant, Infrastructure Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f’kull lokalità. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 fost it-toroq li ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019. Aktar toroq li ser jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Naxxar – Triq Leli Falzon – rilokazzjoni tal-bus stop
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ittiħditx id-deċiżjoni li l-bus stop li hemm fit-tarf ta' Triq Leli Falzon kantuniera ma' Triq il-Forga fin-Naxxar, jiġi rilokat aktar ‘l isfel għal Triq il-Kbira biswit l-istess Triq Leli Falzon?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bus stop bl-isem “Stivala” li fil-prezent jinstab fi Triq il-Kbira, kantuniera ma’ Triq il-Forġa ħa jkun qed jiġi relokat ftit metri l-isfel fi Triq il-Kbira. Infurmat ukoll li Transport Malta applikat u kisbet permess minn ghand l-Awtorita’ tal-Ippjanar sabiex tinstalla bus shelter fuq dan il-bus stop.
Jista' l-Ministru jara li l-periklu li tħalla fuq numru ta' bus stops tul Triq il-Kosta fis-Salini jiġi rimedjat b'mod immedjat? Dan wara li ammont ta' terrapin, ktajjen, ħofor imħaffra fuq il-bankini u saħansitra inġenji tħallew fuq l-istess bankini għal aktar minn għaxart ijiem b'detriment u b'periklu għal min jagħmel użu minn dawn l-istess bus stops? Dan apparti li dan ix-xogħol, ikkummissjonat minn Transport Malta, u li ma kienx imwettaq kif titlob is-sengħa, fisser li għall-pubbliku inġenerali li jagħmel użu minn dawn il-bus stops kien kważi unanimament impossibbli li seta’ jagħmel użu minnhom fl-aħħar għaxart ijiem kif jidher fir-ritratti li qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fil-preżent qed isiru xogħolijiet ta’ preparament f’diversi partijiet ta’ Triq il-Kosta sabiex jkunu jistu jitwaħħlu numru ta’ bus shelters ġodda matul din it-triq. Dan huma works in progress hekk kif jixhdu r-ritratti stess li ppreżenta l-Onorevoli Interpellant ma’ din il-mistoqsija parlamentari fejn fir-ritratti Salini -Triq il-Kosta – bus stop pic 1 kif ukoll pic 3 jindikaw l-istess sit, fuq bus stop “Ghasfur” f’fażijiet differenti tax-xogħol.
Filwaqt li napprezzaw li sabiex isiru ix-xogħolijiet meħtiega jkun qed jinħoloq ċertu inkonvenjent għall-pubbliku li jkun irid juża dawn il-bus stops, ir-ritratti li ppreżenta l-Onorevoli Interpellant jixhdu li hemm spazju adekwat fejn persuna tkun tista tagħmel użu minn dawn il-bus stops.
Infurmat ukoll li nġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur li qed iwettaq dawn ix-xogħolijiet sabiex jiżgura li s-siti ma jkunux ta’ periklu għal dawk li jkunu qed jużaw dawn il-bankini.
Kunsilli Lokali – skema ta’ restawr maħruġa fl-2017
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul l-2017? Jista’ jgħid:
a. liema mit-talbiet li saru fil-fatt ġew approvati;
b. liema mill-proposti approvati fil-fatt saru; u
c. liema kienu dawk li ma sarux u r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-applikazzjonijiet sottomessi fl-2017 u lista oħra tal-applikazzjonijiet approvati għal dik is-sena.
Intant, minn dawn fil-preżent għaddej ix-xogħol fuq il-Kappella ddedikata lill-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann Battista fis-Siġġiewi, il-Kappella ta’ San Ġwann Battista fil-Għargħur, u l-faċċata taċ-Ċentru Parrokjali ta’ Ħal Safi. Issa li nħareġ il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar, fil-ġranet li ġejjin ser jinbeda wkoll x-xogħol ta’ restawr fuq in-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f’Raħal Ġdid. Hu mistenni wkoll li fil-ġimgħat li ġejjin jinħareġ il-permess tal-istess Awtorità biex ikun jista’ jinbeda x-xogħol ta’ restawr fuq il-Ħajt tal-Matla fl-Imqabba.
Intant, minkejja li kien magħżul mill-Kumitat tal-Evalwazzjoni, il-proġett ta’ restawr fuq il-Knisja ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ f’San Pawl il-Baħar mhux ser jitwettaq peress li l-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità għażel li jirtira l-applikazzjoni tiegħu.
Kunsilli Lokali – skemi ta’ restawr maħruġa fl-2018
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali applikaw għall-iskema ta' restawr li ħarġet matul din is-sena (2018)? Jista' jgħid liema kienu l-proposti u liema ġew approvati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-iskema għadha fi stadju ta’ evalwazzjoni. Inkun nista’ nagħti l-bqija tad-dettalji hekk kif l-iskema tiġi aġġudikata.
Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex? Tista' tgħid:
a. kemm minnhom applikaw għall-miżura li ġiet introdotta fl-2018, fejn qed jingħata inċentiv finanzjarju meta jiġi maħluq impjieg ġdid mas-settur privat; u
b. kemm ġew impjegati ħaddiema taħt din il-miżura?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel parti tal-mistoqsija (Kemm huwa n-numru tal-intrapriżi privati li joperaw f'Għawdex?) għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat.
Sat-30 ta’ Ottubru 2018, kien hemm 14-il Employer fis-settur privat f’Għawdex li ssottometta applikazzjonijiet biex jipparteċipa fl-iskema Gozo Employment Refund Scheme, li ġiet introdotta fl-2018.
Dan ifisser li sad-data imsemmija kien hemm 26 ħaddiem li ġew impjegati taħt din l-iskema.
Għawdex – proġett ta’ farm sperimentali – faċilitajiet ġodda għal bdiewa u sajjieda
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema kienu l-faċilitajiet ġodda għall-bdiewa u għas-sajjieda li ġew imwettqa fuq il-proġett tal-farm sperimentali ta' Għawdex, liema proġett kien tħabbar fil-baġit għas-sena 2018?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6983.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 739 u jgħid kemm-il impjegat ġdid, full-time jew part-time, ġew impjegati minn kull entità li għaliha huwa responsabbli, bejn l-1 ta’ Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn l-1 ta’Marzu 2017 u t-3 ta’ Ġunju 2017 ġew impjegati 78 ħaddiem full-time u 5 ħaddiema part-time fid-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa.
Fl-isptar Boffa, fl-
Entitlement Unit
, fl-isptar Ġenerali t’Għawdex, fin-
National Blood Transfusion Centre
, fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, fis-CPSU u l-isptar Karen Grech ġie impjegat persuna waħda, fl-isptar Mater Dei 27, fl-isptar Monte Carmeli 6 persuni, fl-
Information Management Unit
u l-POYC 2, 31 mal-
Foundation for Medical Services
, fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija u fid-Dipartiment tal-Kura Primarja 4. Dawn l-impjegati jinkludu fost l-oħrajn
nurses
, tobba u dentisti, qwiebel, spiżjara,
allied health professionals
u speċjalisti fl-IT.
Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta’ konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti/ftehim li l-Ministeru jidħol għalihom ma’ għaqdiet ambjentali ma jirrigwardjawx konsulenza iżda, b’mod ġenerali, kuntratti/ftehim li jipprovdu għat-tmexxija ta’ siti protetti jew għall-iffinanzjar ta’ proġetti ambjentali.
Ministeru għat-Trasport, Infrasturtturali u Proġetti Kapitali — konsulenti - għaqdiet ambjentali u għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta' żviluppaturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma, jekk hemm, il-konsulenti li l-Ministeru għandu kuntratt magħhom ta’ konsulenza minn fost l-għaqdiet ambjentali u mill-għaqdiet/assoċjazzjonijiet ta’ żviluppaturi? X’inhu l-ħlas rispettiv?
Response (BORG, IAN)
Ninsab Infurmat li l-uniku konsulent fi ħdan is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà li għandu kuntratt huwa Sur Sandro Chetcuti mill-Assocjazzjoni tal-Iżviluppatturi (u dan minħabba l-fatt li hu magħruf mill-mezzi ta’ komunikazzjoni), b’remunerazzjoni kif ġej:
• Salarju ekwivalenti ta’ Skala 3 pro-rata għal 20 siegħa fil-ġimgħa,
• Expertise Allowance ta’ €10,000 fis-sena,
• Expense Allowance ta’ €1,000 fis-sena,
• Car Allowance ta’ €2,320 fis-sena u
• Mobile u ADSL sa €815 fis-sena.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mhux rekwiżit li konsulent jagħti nformazzjoni f’liema għaqda hu/hi membru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il delegazzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew ġiet Malta fl-aħħar sentejn, liema banek lokali spezzjonat u d-data ta’ kull żjara?
Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – studji dwar il-kwalità tal-arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi ilha tagħmel monitoraġġ tal-kwalità tal-arja f’diversi lokalitajiet, inkluż il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid u dan il-monitoraġġ ilu għaddej mill-2014.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward intervent fuq spalltu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed ikun segwit.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jiġi rifjutat milli jidħol f'dar tal-gvern meta saħħtu qed tmur lura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità, qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.