Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #6993 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – kastig mogħti lill-impjegati

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 5643 u 6009, tista’ l-Ministru tgħid jekk fil-perjodu minn Marzu 2013 sal-lum, kienx hemm impjegati li ngħataw kastig minimu bħalma hija twiddiba bil-miktub eċċ. għal nuqqasijiet imwettqa minnhom? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x' kien il-grad ta' kull impjegat li ngħata dan il-kastig minuri u x'tip ta' kastig minuri kien?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 6009.
Leg 13 PQ #6994 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Persuni ingaġġati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5787 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni impjegati ġodda, fuq bażi permanenti/kuntratt indefinit jew b'kuntratt definit jew impjegati ingaġġati permezz ta' xi skema tax-xogħol, f'kull dipartiment jew entità li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? Tista' tagħti dan it-tagħrif skont il-grad u l-iskala ta' salarju ta' kull impjegat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqisja parlamentrari 5787s.

Servizz ta’ Home Help — anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex diversi anzjani ilhom ġimgħat sħaħ mingħajr is-servizz ta’ Home help?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, dan sar minħabba li ma kienux qegħdin jinstabu ħaddiema biżżejjed, sabiex jaħdmu bħala home helpers. Din il-problema qegħda tiġi ndirizzata billi dan il-Gvern ta’ żieda lill-persuni li jaħdmu bħalha Home Helpers mal-kuntrattur. Dawn il-ħaddiema, issa ħadu żieda fis-salarju tagħhom ta’ €28 fil-ġimgħa.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – dettalji ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li d-dettalji tagħha ma nstabux fid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali m’għandux dettalji tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għax minbarra li hi persuna barranija, qatt ma kienet benefiċjarja tal-istess Dipartiment.

Kont ta’ ilma — każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li tikkonferma li ma kellhiex leakage iżda li kien hemm biss bużżieqa tal-arja u peress li l-kont ġie tliet elef ewro tnaqsulha elf ewro biss?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-individwu ġew mgħoddija lill-entita’ konċernata biex tisħarreġ dan l-ilment.

Social Worker – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex social worker iżur din il-familja peress li dan l-anzjan għandu tifla ta’ 57 sena b’diżabilità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-social worker ser iżżur il-familja tal-individwu msemmi.

Awtorità tal-Ippjanar – investigazzjoni rigward struttura ta’ coffee shop

Question

Jista’ l-Ministru, jgħid fiex waslet l-investigazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar rigward struttura ta' coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar bid-dettalji AC062/18 Re: Naxxar, liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji peress li r-riferenza tan-numru li forna fil-mistoqsija mhuwiex numru ta’ riferenza tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Saqaf ta’ residenza – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar saqaf ta’ residenza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar, infurmat lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.
Leg 13 PQ #7376 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm dan l-individwu tħallas għas-servizzi tiegħu, sena b'sena? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, x'impjieg, x’servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata l-ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament la mill-Ministeru għas-Saħħa u lanqas mill-entitajiet u/jew mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda mpjieg jew servizzi ta’ konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat Strateġija u Sapport u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma kellu ebda impjieg jew servizzi ta' konsulenza u ma sarlu l-ebda pagament mis-sena 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-persuna li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmi m’għandux u qatt ma kellu x’impjieg jew servizzi ta’ konsulenza taħt id-dekasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol jew servizzi ta’ konsulenza mingħand l-individwu msemmi fil-perjodu msemmi.
Leg 13 PQ #7461 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — piloti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji ta’ x’jinkludu l-pakketti tal-piloti tal-Air Malta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett tal-piloti, kif miftiehem fil-ftehim kollettiv, jinkludi · paga bażika; · konċessjonijiet fuq kull siegħa li pilota jtir; · konċessjonijiet varji li huma konnessi mal-ħin tal-ġurnata u jiema ta’ festi, kif ukoll ħlas ta’ meta l-pilota jaħdem il-ġurnata skedata off; · skema ta’ insurances varji li japplikaw meta l-pilota ma jkunx jista’ jtir minħabba restrizzjonijiet mediċi; · ammont ta’ qliegħ garantit li jiġi determinat skont l-aħjar ammont f’sena li jkunu qalgħu fl-aħħar erba’ snin. Barra mill-ftehim kollettiv, il-piloti għandhom ukoll trasport b’xejn minn u lejn il-post tax-xogħol.

Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023 – strategic objective 6

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern sabiex f'pajjiżna jintlaħaq "Gender Mainstreaming" kif identifikat fl-istrategic objective 6 tal-Council of Europe Gender Quality Strategy 2018-2023?

Response (DALLI, HELENA)

Il-Ministeru waqqaf Kunsill Konsultattiv għad-Drittijiet tan-Nisa li flimkien mad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem qed jiżviluppa l-ewwel strateġija nazzjonali għall-integrazzjoni tal-ġeneru b’mod sistematiku fil-politika tal-gvern.

Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess fi skemi ta’ sigurtà soċjali

Question

Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara jew raġel u eżempju ta’ dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta "€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, din il-klawsola ddaħħlet fl-2011, biex tinkoraġġixxi nisa jirregoralizzaw ruħhom fix-xogħol li jkunu qed jaħdmu fih u jħallsu l-kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, sabiex meta jaslu għall-eta` tal-irtirar tagħhom, ikunu jistgħu jikkwalfikaw għal xi forma ta’ pensjoni kontributorja f’isimhom. Din il-klawsola per se, mhux toħloq diskriminazzjoni, minħabba li tfittex li tgħin biex tirregolarizza settur, li hu predominentament magħmul minn nisa. Inżid ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Kapitlu tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali mhuwiex kif ikkwotat minnha, imma Kapitlu 318 tal-Liġijiet ta’ Malta. Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant ukoll li, l-Avviż Legali Numru 6 tal-2018 qiegħed jirreferi għar-rati tas-sena 2017. L-Avviż Legali li jirreferi għar-rati tas-sena 2018, huwa l-Avviż Legali Numru 195 tal-2018. Huwa għal din ir-raġuni li hemm kuntrast kif qed jingħad mill-Onorevoli Interpellant bejn l-Avviż Legali msemmi minnha u l-informazzjoni fuq s-sit uffiċjali tal-Kummissarju tat-Taxxi. Ta’ min jirrimarka wkoll li kemm l-Avviż Legali (Numru 195/2018) kif ukoll is-sit tal-Kummsarju tat-Taxxi, jirreferu għal rata ta’ €29.41 u mhux dik ta’ €29.51 kif qed telenka l-Onorevoli Interpellant.
Leg 13 PQ #7479 Sitting 155 2018-11-01 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Finanzi

Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess fi skemi ta’ sigurtà soċjali

Question

Minkejja l-fatt li dan il-Gvern jisħaq li l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess hija prijorità u peress li għad hemm referenzi fi skemi tas-sigurtà soċjali li jiddistingwu bejn il-kontribuzzjonijiet abbażi fuq jekk il-persuna hix mara jew raġel u eżempju ta’ dan jinsab f'A.L. 6 ta' 2018 Att dwar is-Sigurtà Soċjali (KAP.218) Ordni tal-2018 li jemenda l-Iskedi dwar Żieda fir-Rati ta' Benefiċċji, fejn f'Taqsima III hemm miktub li r-rata ta' kontribuzzjoni fil-ġimgħa hi ta "€28.99 jew 15% tal-qligħ nett jekk il-persuna hi mara li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time jew student/studenta full-time li għad ma laħqitx l-24 sena u li timpjega lilha nnifisha fuq bażi part-time u l-qligħ nett tagħha fis-sena ma jeċċedix €10,051" u b'kuntrast għal dan, is-sit onlajn tal-Kummissarju tat-Taxxi jelenka l-figuri €29.51 u €10,194 rispettivament għas-sena 2018; u peress li dan qed iwassal għal tfixkil u għal dawk l-irġiel li jippreferu jaħdmu part-time self-employed biex iħallsu rati ogħla u dan ukoll qed iservi bħala indikazzjoni indiretta li jkun jaqbel aktar jekk tkun il-mara li taħdem part-time, u peress li din il-liġi qed tikkostrinġi wkoll lill-familji Maltin u Għawdxin fid-deċiżjonijiet tagħhom ta' kif jimmaniġjaw l-introjtu tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid xi strateġija għandu l-Gvern biex il-liġijiet il-ġodda ma jkomplux jinkludu diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel u biex liġijiet antiki jiġu aġġornati mill-aktar fis possibli?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Karozzi reġistrati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm karozzi reġistrati f’Malta kull sena mill-2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Ammont ta' vetturi liċenzjati 2013 322,960 2014 335,249 2015 346,918 2016 358,947 2017 372,061 sal-aħħar ta' Settembru 2018 382,068

Karozzi skrepjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi kull sena, mill-2013 sal-lum?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab fit-tabella hawn taħt. Scrapped January February March April May June July August September October November December 2013 487 398 448 410 409 444 434 356 426 1,055 309 429 5,605 2014 348 501 260 339 272 192 163 148 197 233 200 271 3,124 2015 349 329 432 397 378 304 367 433 748 969 849 1621 7,176 2016 2,512 4,572 3,389 1,925 2,143 3,452 935 581 638 823 684 545 22,199 2017 715 733 764 692 754 558 729 580 582 665 635 556 7,963 2018 748 812 769 778 741 747 792 749 6,136