Mosta — Triq Patri Ġużè Delia - sistema tad-drenaġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet tal-Water Services, għas-sistema tad-drenaġġ li għaddejja minn Triq Patri Ġużè Delia fil-Mosta fiż-żona ta' Żokrija fejn hemm żieda kbira ta' bini ta' appartamenti peress li din is-sistema ta' drenaġġ baqgħet dik li kienet u li issa qed tispiċċa b'drenaġġ jiżbroffa fil-garaxxijiet li huma basement fl-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, skont l-informazzjoni li għandha, kellha notifikazzjoni waħda biss ta’ żbroff ġewwa proprjeta’ privata u dan minħabba sadd li kien hemm fis-sistema tad-drenaġġ waqt maltemp qawwi. Għaldaqstant il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tikkonferma illi s-sistema tad-drenaġġ fi Triq Patri Ġuże Delia, Mosta tiflaħ sew għad-domanda li hemm fl-inħawi. Aktar minn hekk, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tinvestiga x’wassal għal dak is-sadd li kkaġuna żbroff fi proprjeta’ privata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, f'liema grad u f'liema sezzjoni, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati ġodda mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabelli segwenti;
Planning Authority - New employees
Year
Jan
Feb
Mar
April
May
June
July
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Total
2016
0
0
0
0
0
0
1
1
1
3
5
0
11
2017
8
4
3
1
4
2
2
1
0
1
1
1
28
2018
3
6
4
1
1
2
1
1
2
0
0
0
21
60
Planning Authority - Resignations
Year
Jan
Feb
Mar
April
May
June
July
Aug
Sep
Oct
Nov
Dec
Total
2016
3
3
2
2
1
1
1
1
1
5
7
2
29
2017
6
2
2
2
2
0
1
0
1
0
2
0
18
2018
0
2
0
0
1
0
0
0
3
0
0
0
6
53
Awtorità tal-Ippjanar – ħaddiema li ma għadhomx impjegati mal-Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema li ma għadhomx impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm enforcementofficers impjegati mal-Awtorità tal-Ippjanar, sena b'sena, mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella segwenti;
Year
Enforcement Officers
2016
24
2017
29
2018
32
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni għamlu użu mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar mill-Planning Shop xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, b’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7584, l-Awtorità tal-Ippjanar ma tiġborx informazjoni dwar kemm il-persuna tuża is-servizz tal-Planning Shop. Mill-bidu tal-2016 tat-30 ta' Ottubru 2018, inħarġu mill-Planning Shop irċevuti tal-valur muri fit-tabella t'hawn taħt:
Xahar
Ammont
Jannar 2016
€70,884.55
Frar 2016
€84,120.94
Marzu 2016
€154,693.67
April 2016
€52,074.34
Mejju 2016
€49,835.33
Ġunju 2016
€44,303.70
Lulju 2016
€46,430.05
Awwissu 2016
€43,320.98
Settembru 2016
€45,115.63
Ottubru 2016
€51,508.96
Novembru 2016
€50,868.82
Diċembru 2016
€33,567.37
Jannar 2017
€51,321.23
Frar 2017
€50,517.69
Marzu 2017
€57,252.53
April 2017
€54,578.04
Mejju 2017
€65,973.67
Ġunju 2017
€50,343.55
Lulju 2017
€54,843.43
Awwissu 2017
€40,479.88
Settembru 2017
€10,616.77
Ottubru 2017
€11,657.51
Novembru 2017
€12,333.61
Diċembru 2017
€7,916.58
Jannar 2018
€12,071.10
Frar 2018
€12,180.92
Marzu 2018
€14,850.16
April 2018
€13,864.39
Mejju 2018
€15,123.49
Ġunju 2018
€11,448.76
Lulju 2018
€12,723.16
Awwissu 2018
€14,263.45
Settembru 2018
€10,123.76
Ottubru 2018
€12,667.71
Total
€1,323,875.73
L-ammonti inħarġu mis-sistema tal-irċevuti tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Awtorità tal-Ippjanar – Servizz ta’ Aerial Photo Interpretation
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation li jingħata mill-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll kemm kien id-dħul (revenue) minn dan is-servizz xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li kienu 20 il-persuni li għamlu użu mis-servizz tal-aerial photo interpretation. Id-dati u d-dħul (revenue) ta’ dan is-servizz hu indikat fit-tabella segwenti.
Sale Date of Photo-interpretation Documents
Amount (€)
18 May 2016
116.5
24 May 2016
116.5
23 June 2016
116.5
13 July 2016
116.5
01 March 2017
233
116.5x2
09 March 2017
116.5
13 April 2017
116.5
19 June 2017
116.5
13 July 2017
116.5
24 July 2017
349.5
116.5x3
22 November 2017
116.5
20 March 2018
116.5
09 April 2018
116.5
14 May 2018
116.5
27 June 2018
116.5
09 August 2018
116.5
28 September 2018
116.5
Total
2330
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 16 t’Ottubru 2017 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż fuq l-inkjesta maġisterjali (sall-lum) jammontaw għal €136,465.38, kif elenkat fid-dokument li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tas-seduti tal-qorti sallum kien hemm medja ta’493 siegħa u l-ispejjez jammontaw għal ċirka €20,456.54.
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 5 ta’ Diċembru 1986 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
L-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1986 u ċioe tnejn u tletin sena ilu. L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f’reġistru b’mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wisgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjeż skont l-inkjesta speċifika. Għalhekk mhux possibbli f’dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-ispiża fuq l-inkjesta maġisterjali u s-seduti tal-qorti tal-qtil brutali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mid-data tad-delitt 28 ta’ Diċembru 1977 sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jekk hu possibbli l-Ministru jista' jagħti dettalji ta’ fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-inkjesta fir-rigward tal-persuna msemmija tmur lura għas-sena 1977 u ċioe wieħed u erbgħin sena ilu. L-inkjesta fil-fatt ilha għadejja sa minn dak iż-żmien. Dak iż-żmien l-ispejjeż inkorsi mal-inkjesti kienu jiddaħħlu f’reġistru b’mod manwali skont id-data li fiha l-esperti jippreżentaw ir-rapport tagħhom tul il-firxa wisgħa tas-snin u ma kienx isir elenku separat tal-ispejjez skont l-inkjesta speċifika. Għalhekk mhux possibbli f’dan l-istadju li jiġu rintraċċati l-ispejjeż inkorsi mal-imsemmija nkjesta.
Pjazza ta’ Raħal il-Ġdid – studji dwar il-kwalità tal-arja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar sentejn u nofs sarux studji dwar il-kwalità tal-arja madwar il-Pjazza ta’ Raħal Ġdid kemm ilu għaddej ix-xogħol fil-Pjazza msemmija?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministeru għall-Ambjent.
MIP – direct order mogħtija lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabilx li l-Malta Industrial Parks (MIP) (kif ġie rrapportat fit-Times of Malta tas-Sibt 24 ta’ Frar 2018) tagħti direct order lil min ġie skwalifikat mit-tender pubbliku mid-Dipartiment tal-Kuntratti? Jaqbilx li b’dawn id-deċiżjonijiet arbitrarji nġieb fix-xejn il-proċess ta’ tender pubbliku? Jista’ jgħid jekk hu kienx infurmat mill-MIP qabel ma’ taw dan id-direct order imsemmi fl-artikolu msemmi?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li wara l-konklużjoni tal-evalwazzjoni tal-offerta CT2226 / 2016, il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti aċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Evalwazzjoni ta' Malta Industrial Parks Ltd biex jikkanċella l-offerta fuq il-bażi li ma kienx hemm offerti siewja kwalitattivament jew finanzjarjament riċevuti.
Id-deċiżjoni ġejja mill-fatt li l-Bid Bond sottomess minn Med Design Associates Ltd kien indirizzat lil Malta Industrial Parks Ltd minflok lid-Direttur Ġenerali u b'hekk wettaq l-offerta amministrattivament mhux konformi.
Fid-dawl tal-iskadenzi stretti ħafna tal-proġett u minħabba li l-offerta ta' Med Design Associates Ltd kienet issodisfat l-aspetti l-oħra kollha tal-ħtiġijiet tekniċi tal-offerta msemmija, Malta Industrial Parks Ltd ipproċediet biex titlob approvazzjoni biex tagħti l-offerta lil-Med Design Associates Ltd billi tadotta Proċedura Negozjata skont ir-Regolament 154 (1) (a) ta' LN352 / 2016 peress li l-ammont involut qabeż il-limitu stabbilit għall-Ordnijiet Diretti.
It-talba ġiet approvata mis-Segretarju Permanenti u aktar tard approvata mill-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti.
Inkjesti dwar nirien li ħakmu l-Impjant ta’ Sant’Antnin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux inkjesti, ta’ kwalsiasi xorta, wara nirien li ħakmu lill-Impjant ta’ Sant’Antnin f’iktar minn okkażjoni waħda wara l-2013? Jekk iva, min għamel tali inkjesta u x’kien ir-riżultat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsijiet Parlamentari 988 u 3415.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati u f’liema grad, ġew impjegati mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) mill-1 ta’ Ġunju 2017 sal-1 ta’ Diċembru 2017, xahar b’xahar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Ġunju 2017 u Diċembru 2017 ħarġu żewġ sejħiet għal applikazzjoni ta’ Draughstperson u Managing Professional u dawn ġew mimlija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid assumiet il-Wasteserve (anke tramite sub contracting) taħt kwalsiasi titlu, terminu jew grad, full-time u part-time, mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-1 ta’ Jannar 2018, xahar b’xahar?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 2617 li tagħti rendikont ta’ impjegati ġodda sat-30 ta’ Novembru 2017. Għal fini ta’ korrettezza, il-Wasteserve (anke tramite sub contracting) assumiet żewġ impjegati ġodda mit-30 ta’ Novembru 2017 sal-1 ta’ Jannar 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ppubblikat State of the Environment Report? Meta jmiss joħroġ rapport ieħor?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (CAP 549) dan ir-rapport irid jiġi ppublikat kull erba’ snin. L- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), li ġiet imwaqqfa fl-2016, ser tippublika l-ewwel State of the Environment Report din is-sena.
Każini tal-baned f’Għawdex li bbenefikaw minn għajnuna finanzjarja
Question
Tista' l-Ministru tgħid, kemm kien hemm każini tal-baned f'Għawdex li bbenefikaw minn xi għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Ministeru jew xi entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ liema kienu dawn il-każini u x'kien l-ammont finanzjarju li ħadu? X'kien l-iskop tal-għajnuna li ngħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 6989 MGOZ KAŻINI FGĦAWDEX LI BBENEFIKAW MINN GĦA.._.pdf
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jopera l-Isptar il-Ġdid f'Għawdex u dan peress li f'Konferenza Stampa li kienet ġiet irrapurtata fil-mezzi tax-xandir fit-18 ta' Ġunju 2016 kien tenna li dan l-Isptar ġdid kellu jkun fih 450 sodda, 250 acute beds u 200 geriatric beds? Jista' jgħid jekk ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' dan l-Isptar, issa li għaddew aktar minn sentejn, bediex? Jista’ jgħid jekk inħarġux il-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva x'numru fih dan il-permess? Jekk għadhom ma nħarġux il-permessi, jista’ jgħid x’inhi r-raġuni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq il-kampus tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex miexi sew. Tant hu hekk illi fil-ġranet li ġejjin ser tiġi inawgurata l-Anatomy School ġdida waqt illi x-xogħol fuq il-Medical School ta’ Barts issa tela’ sat-tielet sular.
Marsalforn Għawdex – Ġnien tat-Tliet Għoljiet — tiswija
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li ser issir it-tiswija li hemm bżonn fid-dwal maħruqin u l-feature tal-ilma li hemm fil-Ġnien tat-Tliet Għoljiet f'Marsalforn, Għawdex? Tista' tgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni lill-apparat tal-logħob li hemm f'dan il-Ġnien u li huwa bis-sadid?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn stħarriġ li għamlu l-inġiniera tal-Ministeru nstab li d-dwal fil-fatt mhumiex maħruqa. Jidher li numru ta’ ġrieden għamlu ħsara fil-wires li jipprovdu l-kurrent lil dawn id-dwal. Qegħdin isiru preparamenti sabiex dawn il-wires jinbidlu u d-dwal jitranġaw. Il-feature tal-ilma għandha problemi iktar serji. Jidher li l-ġibjun li minnu jittella l-ilma għandu leakage qawwi u ma jżommx ilma. Din trid iktar ħin sabiex tissewwa.
Rigward l-apparat tal-logħob li jinsab f’dan il-ġnien, bħalissa għaddejjin arranġamenti mal-kuntrattur sabiex issir il-manutenzjoni meħtieġa.
Xagħra Għawdex – Park tal-Familja fil-Qortin – xogħol
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5887, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Park tal-Familja fil-Qortin fix-Xagħra Għawdex fejn qabel kien hemm il-miżbla u li din ġiet magħluqa u rijabilitata? Jista' jgħid jekk inħarġux il-permessi mill-Awtorità tal-Ippjanar u jekk inħarġux it-tenders biex isir ix-xogħol fuq dan il-Park tal-Familja? Jista' jgħid ukoll jekk dan il-park hux ser ikun aċċessibbli u lest għall-familji Għawdxin matul is-sena 2018?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għax-xogħol fuq il-landfill tal-Qortin ġiet ippublikata, filwaqt li l-applikazzjoni għal-permess tax-xogħlijiet għada fil-proċess tal-Planning Authority. Madankollu l'ebda offerta ma daħlet għas-sejħa tax-xogħlijiet u b'hekk ma jistax jiġi garantit li l-park se jkun miftuħ għal pubbliku sal-aħħar ta' 2018. Is-sejħa tax-xogħlijiet se terġa’ toħroġ fuq is-suq sakemm ikun hemm kuntrattur disponibbli.