Ministeru għall-Finanzi — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi fil-Mistoqsija ma wettaq ebda xogħol ta konsulenza mal-Ministeru għall-Finanzi u ma l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għat-Turiżmu — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-individwu msemmi huwa ngaġġat mal-Ministeru fuq bażi part-time. Il-kuntratt tiegħu huwa wieħed standard li jintuża għall-persuni ngaġġata f’din il-pożizzjoni.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament ma ngħata l-ebda kuntratt ta’ xogħol jew konsulenza la minn dan il-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor interpellant li l-ebda entita’ jew dipartiment mill-Ministeru tiegħi ma impjega lil persuna li d-dettalji tagħha ingħataw separatament.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-31 ta’ Ottubru 2018, ma kien hemm ebda mpjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mill-Ministeru tiegħi lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – servizzi ta’ konsulenza minn individwu
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ kif ukoll l-entita’ li taqa taħtu, ma talbux servizzi ta’ konsulenza jew xogħol ieħor lill-individwu li qed tagħmel referenza għalih din il-mistoqsija, għalhekk ma jeżisti l-ebda kuntratt.
Il-Mosta – Triq San Ġużepp — Servizz ta’ Trasport Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jikkonsidra s-suġġeriment, u jestendi s-servizz tat-Trasport Pubbliku lejn in-naħat ta' Triq San Ġużepp, fuq wara tal-Kappella tal-Isperanza fil-Mosta, peress li hemm ammont ta' residenti, li jkollhom jimxu mat-300 metru biex jaslu għall-eqreb bus stop?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid, jekk l-iskema tal-irtirar, hijiex se tkun back-dated, sabiex b'hekk tkompli tħajjar aktar persuni jaħdmu għal benefiċċju tal-pensjoni mas-settur pubbliku, biex l-iskema tibda taħdem mill-2017 biex tiġi parti mas-settur privat u biex ma jkunx hemm inġustizzja skont kif anki kiteb l-Ombudsman kif jidher fiż-żewġ dokumenti li qed jingħataw separatament?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miżuri tal-Baġit 2019 jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ta' Jannar 2019.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-eks Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jagħmel xi tip ta' xogħol għal Pulizija jew għal Malta Security Services (Secret Service), u jekk iva, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' ingaġġ tiegħu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
L-eks Kummissarju li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għandu kuntratt bħala ‘Konsulent tal-Ministeru’.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7149 u jgħid fid-dettall kif intefqet is-somma ta’ €430 miljun li ġew mill-fondi għall-kontribuzzjonijiet tal-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ismijiet u l-ħlasijiet rispettivi ta’ kull konsulent ingaġġat minn kull entità li għaliha hu responsabbli?
Jista’ l-Ministru jindika aktar tagħrif dwar ‘Skema Nikru Biex Nassistu’? Jista’ jpoġġi kopja ta’ kuntratt (mingħajr ismijiet) li jsir bejn sid il-post u l-Gvern, fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-kuntratt li jsir bejn sid il-post u l-Gvern, taħt l-iskema ‘Nikru biex Nassistu’, jirrifletti l-kundizzjonijiet illi kienu ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern, fl-1 ta’ Settembru 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ telefonati ġenwini fuq is-Servizz ta’ Emerġenza 112 li saru s-sena l-oħra? Fuqiex kienu dawn it-telefonati? Kemm hemm linji tat-telefon biex jitmexxa dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ telefonati ġenwini fuq is-Servizz ta’ Emerġenza 112 li saru s-sena l-oħra kien jammonta għal mija u tnejn u sittin elf, u tnejn u erbgħin (162,042). Dawn it-telefonati kienu prinċipalment relatati ma’ talbiet għal servizzi ta’ Emerġenza, Protezzjoni Ċivili, Pulizija u Forzi Armati ta’ Malta però ma jeżistux dettalji fuqiex kienu. Infurmat illi hemm tnejn u tletin linja tat-telefon li huma fuq is-sistema li jistgħu jintużaw biex jitmexxa dan is-servizz.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7199, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma tinżammx statistika ta’ każijiet li jiġu preskritti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex ma tinżammx statistika ta’ każijiet preskritti peress illi meta kawża tkun ġiet preskritta, din tiddaħħal fis-sistema bħala terminata/deċiża, kif jiddaħħlu l-kawżi kollha li jiġu terminati/deċiżi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7441 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li l-eks ħaddiema tal-Gas Board (li fl-1977 ġiet tagħmel parti mill-Enemalta) jingħataw kumpens finanzjarju?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7442 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm jammontaw l-eks ħaddiema tal-Gas Board li effetivament jintlaqtu mill-possibilità ta’ kumpens?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex il-kont tad-dawl tad-dar tagħha jiġi ċċekkjat peress li ġie għoli aktar mis-soltu? Jista’ jara wkoll jekk l-arloġġ tad-dawl huwiex qed jaħdem kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-individwu ingħataw lill-ARMS biex tistħarreġ dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jsegwi l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li ilha sitt xhur rikoverata fl-Isptar Mater Dei u għadha ma ngħatatx sodda f'Dar tal-Anzjani?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità qed isegwi mill-qrib dan il-każ u nforma lill-persuna kkonċernata b’risposta bil-miktub għall-mistoqsija li saret f’isimha.
Jista' l-Ministru jara kif lift ġewwa l-Liċeo Villambrosa l-Ħamrun li ilu żmien bil-ħsara, jiġi rranġat mill-aktar fis, minħabba li qed jaqdi wkoll persuna b'diżabilità?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada evalwat il-problema teknika f'lift fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca (magħruf bħala 'Il-Liċeo'), fil-Ħamrun. Infurmat li hemm bżonn li tinbidel part minn dan il-lift. Il-Fondazzjoni qiegħda ġġib kwotazzjonijiet sabiex tinbidel din il-part. Hu mistenni li x-xogħol jitwettaq mill-aktar fis possibli.
Malta Boatmen and Mooring Services – ħlas ta’ ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga ħaddiema li qed jitħallsu bil-prekarjat ġewwa l-Malta Boatmen and Mooring Services?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-allegazzjoni ġiet mgħoddija lil Transport Malta sabiex tagħmel l-investigazzjonijiet u l-aċċertamenti neċessarji u tieħu dawk il-passi u tirraporta lura kif hemm bżonn.