Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Gvern diġà beda diskussjonijiet dwar il-bejgħ u trasferiment tal-assi tal-Enemed lill-privat? Meta bdew id-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' din l-entità? Ma min qed isiru d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ tal-Enemed?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-diskors tiegħi waqt Seduta Parlamentari numru 157 ta’ nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Novembru 2018.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidrax li l-boroz taż-żibel jiġu bar coded u mqassma mill-Kunsilli Lokali sabiex l-awtoritajiet jkunu jistgħu jinfurzaw il-liġi fuq min joħroġ il-boroz fi ġranet jew ħinijiet li mhux suppost?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema ta’ barcoding hija waħda oneruża u tinvolvi piż li għalissa huwa kbir wisq għas-sistema ta’ ġbir ta’ skart preżenti, partikolarment wara żviluppi reċenti li qed naħdmu bi sħiħ fuqhom, bħall-introduzzjoni tal-ġbir ta’ skart organiku separat. La l-Kunsilli Lokali u lanqas il-kolletturi m’huma attrezzati preżentament għall-introduzzjoni tal-barcoding. Ikun prudenti li għalissa nħallu s-sistema bl-inizzjattivi ġodda li daħħalna tindara u tistabbilixxi ruħha u nerġgħu neżaminaw il-potenzjal tal-borcoding fi żmien ieħor.
Jista’ l-Minisatru jgħid jekk hemmx il-ħsieb ta’ xi inċentivi għal min għandu negozju relatat mal-agrikoltura?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninformal lill-Onor. Interpellant li fis-settur tal-agrikoltura l-Malta Enterprise tiprovdi għajnuna biss f’kasijiet li jkun hemm produzzjoni jew riċerka.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ġenituri li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fis-sena skolastika 2016 – 2017? Kemm minn dawn l-istudenti kien għadhom f’età bikrija? Kemm hawn ġenituri li mhux qed jibagħtu lil uliedhom l-iskola u mhux qed jikkolaboraw mal-iskola f’dan il-perjodu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li l-ġenituri tagħhom ittellgħu t-Tribunali rispettivi tagħhom minħabba assenteiżmu mill-iskola matul is-sena skolastika 2016-17 kien ta’ 1,759. Dawn il-ġenituri jkunu ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel rispettivi meta t-tfal tagħhom fallew mill-iskola għal aktar minn 3 ijiem konsekuttivi. Mit-total t’hawn fuq, 619 kienu jattendu skejjel primarji.
Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7414, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm minn dawn il-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali msemmija li jattendu f’dawn iċ-Ċentri, jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri regolarment kull ġimgħa? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra jekk iċ-Ċentru taż-Żejtun għadux jiffunzjona/miftuħ billi mhux identifikat f’din ir-risposta tal-mistoqsija parlamentari?’
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7414 kienet tirreferi għal Mental Health Clinics; rigward iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, preżentament f’dak tal-Furjana jattendu 49 persuna, fiż-Żejtun 47, Ħal Qormi 62, Bormla 57 persuna u f’ta Raħal il-Ġdid 44.
Ninfurmah ukoll li fiċ-ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Furjana hemm 44 persuna li tattendi regolarment kull ġimgħa, taż-Żejtun 40, f’ta Ħal Qormi 57, Bormla 45 persuna u f’ta Raħal il-Ġdid 44.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għandniex Strateġija Nazzjonali kontra l-obeżità? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja ta’ din l-istrateġija kontra l-obeżità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Malta għandna Strateġija Nazzjonali ‘A Healthy weight for life’ kontra l-obeżita’.
Nfakkru illi ttieħdu diversi inizzjattivi sabiex il-problema tal-obeżita’ f’Malta tonqos, fosthom l-Avviż Legali numru: 266 tal-2018 fejn għal aktar dettalji dwar ikel u xorb bnin fl-iskejjel jista’ ukoll jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6921. Kien hemm ukoll d-
Design of Healthy Plate guidelines
fejn din id-dieta kienet ibbażata fuq dik Mediterranja,
Lunch box campaign
u proġett ieħor li kien ko-iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bil-għan li jippromwovu l-attività fiżika fost l-adoloxxenti fl-iskejjel u fil-komunità permezz tal-kollaborazzjoni ta' diversi Kunsilli Lokali. L-evalwazzjoni ta 'dan il-proġett wriet impatt fuq l-ammont ta' attività fiżika mwettqa. Dan il-proġett konġunt qed ikompli fi skejjel interessati.
Inizzjattivi oħra jinkludu diversi kampanji li jsiru kull sena, fosthom fil-komunitajiet u l-postijiet tax-xogħol fejn ommijiet ġodda ikunu nfurmati dwar l-importanza tat-treddigħ lit-trabi tagħhom speċjalment fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja, isiru ukoll
Weight Management Programmes
fil-komunita għal-adulti, Provvista ta' servizzi f'Dar Kenn għal-Saħħtek għal nies obeżi u fost inizzjattivi oħrajn ingħata ukoll appoġġ lin-nisa tqal u ommijiet ġodda biex jadottaw drawwiet alimentari tajbin għalihom infushom u l-familji tagħhom permezz ta' inizzjattivi edukattivi u komunitarji. Dan is-servizz qed ikun offrut mill-
parentcraft.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika fid-dettal fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Ħidma Soċjali għall-pazjenti fl-Isptar Mater Dei? X’għandu jagħmel pazjent – jew il-qraba tiegħu - biex jagħmel użu minn dan is-servizz waqt li jkun l-isptar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz ta’ Ħidma Soċjali fl-isptar Mater Dei
huwa servizz olistiku għall-pazjenti li jsofru minn diffikultajiet psikosoċjali minħabba l-kundizzjoni u s-sitwazzjoni medika tagħhom. Dan is-Servizz jgħin lill-pazjenti u lill-familji tagħhom li jkollhom trawmi fiżiċi u emozzjonali li kienu kkawżati mid-dħul tagħhom fl-isptar.
Is-servizz ta’ Ħidma Socjali jassisti wkoll lill-pazjenti fit-teħid tad-deċiżjonijiet u fit-tħejjija għal meta dawn ikunu ser jiġu
discharged
mill-istess sptar.
Kull pazjent fl-Isptar Mater Dei jista' jibbenefika mis-Servizz ta’ Ħidma Soċjali billi jitlob lill-uffiċjal infermier inkarigat mis-sala, tabib, konsulent, fiżjoterapista jew
occupational therapist
sabiex jagħmel kuntatt ma’ dan il-
Unit.
Barra minn hekk u fejn meħtieġ, kull professjonist li jaħdem fl-Isptar Mater Dei jista' jirreferi lil kwalunkwe pazjent għas-Servizz ta' Ħidma Soċjali wara li l-pazjent jagħti l-kunsens tiegħu biex tkun tista’ ssir din ir-referenza.
Għal aktar informazzjoni l-Onor. Interpellant jista’ jirreferi għal-
link
t’hawn taħt.
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/ahcs/Pages/social-work/mater-dei-hospital-social.aspx
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 750 u 136 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid x’pożizzjoni jkollu persuna Third Country National li ilu ħames snin jirrisjedi u jaħdem legalment f'Malta? Dan għandu dritt li jingħata permess ta' residenza għall-ħames snin oħra, liema permess jinkorpora fih id-dritt li jaħdem? Kemm kien in-numru ta’ Third Country Nationals li kienu ilhom ħames snin jirrisjedu u jaħdmu f'Malta u li applikaw għall-permess ta' residenza ta' ħames snin xahar b'xahar fl-aħħar 24 xahar? Kemm minnhom ingħatalhom dan il-permess? Kemm minnhom ma ngħatalhomx permess? Minn liema pajjiż kienu ġejjin?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat minn Identity Malta li persuna ġejja minn pajjiż terz, u li ilha taħdem f’Malta minn talanqas ħames snin tista’ tagħżel li tapplika għall-istatus ta’ resident fit-tul skont il-kundizzjonijiet tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.05.
Dawn il-persuni jinħarġilhom permess ta’ residenza validu għal ħames snin. Persuni li għandhom dan l-istatus, għandhom dritt awtomatiku li jidħlu fis-suq tax-xogħol. Il-permess ta’ residenza jiġġedded kull ħames snin sakemm l-applikant ma jkunx kiser waħda mill-kundizzjonijiet f’artiklu 9 tal-liġi msemmija aktar ‘il fuq.
Identity Malta rċiviet 66 talba ta’ persuni minn pajjiżi terzi għal status ta’ residenza fit-tul fl-aħħar sentejn. 32 kienu approvati. Kien hemm 3 talbiet rrifjutati minn Identity Malta li iżda ġew milqugħa mill-Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni. 3 talbiet ġew miċħuda waqt li 27 għadhom pendenti. Il-pajjiżi li minnhom kienu ġejjin il-persuni kollha li applikaw huma: l-Amerika, il-Ġappun, il-Pakistan, l-Azerbaijan, ir-Russja, is-Serbja, il-Gordan, il-Filippini, il-Maċedonja, iċ-Ċina, l-Eġittu, l-Indja, il-Libja, l-Albanija, il-Bosnja, l-Iran, il-Bangladesh
Uffiċċju tal-Prim Ministru — appointment ta' konsulenza
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 751 u 137 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta’ konsulenza mill-11 ta’ Marzu 2013 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li huma fi ħdanu, permezz ta’ direct order? X’kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza? X’inhu l-valur ta’ kull kuntratt jew appointment ta’ konsulenza?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid, wara li f’Jum ir-Repubblika tal-2014, il-Gvern għoġbu jonora lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala Kumpann Onorarju tar-Repubblika ta’ Malta, x’għamel għal ġid ta’ Malta l-imsemmi individwu minn dakinhar lil hawn?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il impjegat ġdid daħal jaħdem taħt kwalsiasi titolu jew kuntratt, mal-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob fl-2016 u fl-2017, xahar b’xahar? F’liema grad daħlu dawn l-impjegati u f’liema lokalità jirrisjedu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-2016 daħlu jaħdmu 33 persuna u fl-2017 daħlu jaħdmu 20 persuna. Dawn jgħixu fi 30 lokalita differenti f’Malta.
Il-gradi li daħlu jaħdmu dawn l-persuni huma dawn:
Head of HR
Accounts Officer
Administrative Assistant - Facilities
Administrator - Authorisations
Anti- Money Laundering Officer
Authorisations - Administrator
Business Manager
Chief Officer - Finance
Chief Officer - Internal Audit
Chief Officer Business and Program Development
Compliance & Systems Auditor
Compliance Administrator
Corporate Affairs Manager
Corporate Affairs Officer
CRM Developer
Database Specialist
Due Diligence Administrator
Game Specialist Analyst
Gaming Inspector
HR Administrator
HR Officer
ICT Executive
IT Administrator
Junior Auditor
Junior Systems Auditor
Licensing Officer
Management Accountant
Manager Enforcement
Office Attendant/Cleaner
Officer Supervisory
Regulatory Supervision Manager
Senior Executive
Senior Executive - Internal Audit
Senior Executive Quality Assurance
Senior Legal Advisor
Malta Gaming Authority – kwalifiki ta’ individwu li jmexxi unit kontra l-ħasil ta’ flus
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu li jmexxi l-Unit kontra l-ħasil tal-flus fl-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li d-dipartiment responsabli mis-supervizjoni fuq ħasil ta’ flus fis-settur tal-logħob fi hdan l-Awtorita Maltija tal-Logħob jaqa’ taħt ir-responsabilta’ taċ-Chief Officer Enforcement, li huwa kwalifikat b’ Bachelors of Arts in Criminology, u Doctor of Laws u Magister Juris in EU and Comparative Law mill-Universita ta’ Malta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 5744 u tgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mal-Ministeru tagħha jew mad-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f’liema grad ġew impjegati u f'kull każ saritx sejħa pubblika għal dawn il-postijiet? Tista' tgħid f'kull każ x'kienu r-rekwiżiti u l-kwalifiċi mitluba għal dawn il-pożizzjonijiet? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni impjegati għadhom fl-istess pożizzjoni sal-lum u jekk ma għadhomx fil-pożizzjoni li fiha ġew impjegati, wara kemm żmien ġew trasferiti għal xogħol ieħor u f’liema grad qegħdin illum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ NRU 6995- MINISTERU GĦAL GĦAWDEX ĦADDIEMA.pdf
Bini ta’ toroq f’Għawdex — allegazzjonijiet dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet - investigazzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar allegazzjonijiet li ħarġu f'Lulju 2017 dwar korruzzjoni jew nuqqasijiet oħra fil-bini ta‘ toroq f'Għawdex ġietx konkluża? Jekk ġiet konkluża x'passi ttieħdu?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-investigazzjoni msemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha għaddejja u li għaddejja wkoll Inkjesta Maġisterjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-Reverse Osmosis ġdid f’Ħondoq ir-Rummien bediex jipproduċi ilma u jekk iva, jista’ jagħti kemm il-kubu ilma ġie prodott minn dan ir-RO sal-lum? Jekk dan ir-Reverse Osmosis għadu ma bediex jipproduċi ilma, jista' jgħid meta hu mistenni li jibda jipproduċi ilma? Jista’ jgħid ukoll kemm kienet jew ser tkun l-ispiża totali fuq dan ir-RO?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tender għar-Reverse Osmosis ġdid f’Ħondoq ir-Rummien qiegħed fit-tmiem tal-proċess u dalwaqt ikun iffirmat il-kuntratt.
Jista' l-Ministru jgħid, issa li bdiet is-sena skolastika, kemm hemm studenti jsegwu korsijiet fl-Iskola Medika ta' Barts f'Għawdex? Liema korsijiet qegħdin isegwu dawn l-istudenti u kemm hemm studenti f'kull kors? Jista' jgħid ta' liema nazzjonalità huma dawn l-istudenti u kemm minnhom qed isegwu l-kors bi scholarship?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il karozza ġiet irrappurtata misruqa u kemm minn dan is-serq ta' karozzi kien rappurtat f'Għawdex mill-bidu tas-sena 2015 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn il-karozzi rrappurtati nieqsa fil-fatt instabu u jagħti ċifra għall-Malta u oħra għal Għawdex? Jista' jgħid għall-istess perjodu u sena b'sena kemm kien rappurtat serq minn karozzi u kemm minn dan is-serq minn karozzi kien f'Għawdex?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u t-tletin ta’ Settembru 2018 ġew irrapurtati misruqa elf u tlieta u sittin (1,063) vettura. Minn dawn instabu ħames mija u ħamsa u erbgħin (545) filwaqt li ħames mija u tmintax (518) għadhom mhux irkuprati. Informazzjoni dettaljata kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex – laqgħat ta’ konsultazzjoni
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm-il laqgħa ta' konsultazzjoni saret dwar il-proċess għat-Twaqqif ta' Awtorità Reġjonali għall-Iżvilupp ta' Għawdex fil-perjodu li kien miftuħ għall-konsultazzjoni? Tista' tgħid għal kull laqgħa min kien preżenti u tippreżenta kopja tal-minuti miżmuma ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat? Tista' tgħid kemm saru sottomissjonijiet bil-miktub dwar it-twaqqif tal-istess Awtorità matul l-istess perjodu ta' konsultazzjoni? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess sottomissjonijiet li saru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni skatta fit-3 t’Awwissu 2018 f’liema okkazzjoni l-Onorevoli Interpellant kien ukoll preżenti.
Issa li spiċċa dan il-proċess, l-abbozz sar u ġie ppreżentat lill-Membri Għawdxin tal-Oppożizzjoni għar-reazzjoni u/jew kummenti tagħhom.
Jonqos issa li jiġi ppubblikat l-abbozz formalment fejn wkoll sal-istadju tat-tielet qari ser ikun possibbli għall-pubbliku u stakeholders li jgħaddu l-kummenti u suġġerimenti tagħhom.