Legislature:
Category:
Reset
Active:

Wasteserv – Direct orders lill-kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders, kemm kien il-valur u fiex kien jikkonsisti kull direct order li ngħata mill-Wasteserv Malta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mit-8 ta’ Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u xahar b'xahar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatment, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat li l-individwu msemmi ma kellu l-ebda impjieg, servizzi ta’ konsulenza jew xort’oħra ma’ l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti, bejn l-2013 u Ottubru 2018.
Leg 13 PQ #7389 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid, x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tagħha u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-individwu għas-servizzi tiegħu? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tagħha u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha u l-individwu msemmi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum l-individwu msemmi ma ngħata l-ebda impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra mill-Ministeru għal Għawdex jew minn entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'impjieg, servizzi ta' konsulenza jew xort'oħra kellu jew għad għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament, mal-Ministeru tiegħu u mal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid, sena b'sena, kemm tħallas dan l-indivdwu għas-servizzi tiegħu? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru tiegħu u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u l-individwu msemmi?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-individwu msemmi, fl-2016 inħatar membru fuq il-Bord ta’ Assessuri (li joħrog mill-Att dwar is-Sigurta` Soċjali Kap 318 – Artiklu 107/108) bħala wieħed mir-rapreżentanti tal-unjins.Ir-remunerazzjoni li tħallas minn meta ġie appuntat bħala membru, sad-data li fiha qed tkun imwieġba l-mistoqsija parlamentari hija kif ġej ; Fl-2016 - €55.89 Fl-2017 - €167.67
Leg 13 PQ #7391 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – aġenti akkreditati

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-lista ta’ l-aġenti akkreditati tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta tinsab fuq is-sit: https://iip.gov.mt/agents-list/ Qed inpoġġi l-lista fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7392 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – linji gwida

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-linji gwida kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra .
Leg 13 PQ #7393 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – formoli ta’ applikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-formoli ta' applikazzjoni kollha maħruġa mill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra .

Is-Sedqa – klijenti li marru għal għajnuna minħabba substance abuse

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il klijent mar (first referrals u mhux follow-ups) is-Sedqa għal għajnuna minħabba substance abuse f’kull sena mill- 2013 sal-2017? Kemm marru sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Kemm ikun hemm follow-ups? Xi statistika żżomm is-Sedqa dwar numru ta’ klijenti fejn l-abbuż fuq is-sustanza u l-abbuż fuq l-attitudni (behaviour bħal gambling) jitrażżan? Jista’ jagħti skeda separata għal dawn iż-żewġ tipi ta’ abbuż għas-snin 2013 sal-2017, għal kull sena separatament? Kemm kienu l-klijenti li fiequ għal kull sena mill-2013 sal-2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal fuel stations

Question

Peress li s’issa ġew approvati erba’ fuel stations ġodda mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u hemm 12 oħra pendenti, u peress li dan is-suġġett kien tqajjem fil-Kumitat Permanenti Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp, wara li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ressqet dokument f’Mejju li għadda għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-PA u peress li d-deċiżjoni ttieħdet f’Awwissu u r-reviżjoni tal-policy suppost tressqet lill-istess Kumitat tal-Parlament, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għal dan id-dewmien kollu biex tiġi approvata l-policy il-ġdida?

Response (BORG, IAN)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #7565 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

Residenza San Vinċenz de Paul – kopja tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni interni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7138 u jgħid x’inhu l-eżitu u l-konklużjonijiet tal-investigazzjonijiet interni li saru mill-Ministeru dwar il-kuntratt li ntrebaħ biex tinbena blokka ta’ swali ġodda fir-Residenza San Vinċenz de Paule? Jista’ jpoġġi kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda investigazzjoni nterna kif qiegħed jgħid l-Onorevoli Interpellant, iżda ntalab rapport intern minngħand id-Direttur tal-Kuntratti, bi spjegazjoni dwar il-proċess li sar fl-għoti ta' din il-konċessjoni.

Tonn – użu ta’ carbon monoxide

Question

Peress li hu fatt magħruf li t-tonn li jkun ilu maqbud jiġi ttrattat bil-carbon monoxide biex jidher iktar frisk u roża fil-kulur tiegħu u dan imur kontra regoli tal-Unjoni Ewropea u ġeneralment dan it-tip ta’ tonn qed jinxtara bi prezz irħis u minħabba din il-prattika irregolari jinbiegħ bi prezz ferm għola, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel id-dipartiment biex jiżgura li fis-suq Malti ma għandniex dan it-tip ta’ tonn? X’testijiet qed jsiru u fejn? Kemm-il tunnellata ta’ tonn ta’ dan it-tip inqabad?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja jagħmel spezzjonijiet fi stabbilimenti li jipproċessaw prodotti tas-sajd f'Malta. Waqt dawn l-ispezzjonijiet ma nstabu l-ebda makkinarju meħtieġ biex iwettaq attività illegali bħal din. Ta min isemmi li dan il-makkinarju huwa pjuttost goff u għalhekk jista jintlemaħ faċilment waqt dawn l-ispot checks. Matul dawn l-istess spezzjonijiet id-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja tiffoka wkoll fuq il-kontrolli tal-indikaturi tal-freskezza, biex jevalwaw jekk hemmx użu abbuziv ta’ dawn il-prattiċi jew oħrajn simili. Kontrolli fil-ħwienet li jbiegħu prodotti minn pajjiżi oħra jsiru minn Ministeru differenti u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Liġi tad-Dominju Pubbliku

Question

Peress li l-liġi tad-Dominju Pubbliku li ġiet approvata fil-leġiżlatura l-oħra ntbagħtet fil- Kumitat Permanenti Dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp għal aktar evalwazzjoni, u din issa ilha pendenti għal aktar minn sena, u kull ma saru s’issa,żewġt laqgħat, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-intopp? X’qed isir biex jintgħeleb dan l-intopp? Se jsiru xi emendi fil-liġi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, il-Kumitat tal-Kamra iddiskuta r-rapport tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Awtorita tal-Ippjanar dwar is-siti li ġew rakkomandati biex jiġu dikjarati bħala Dominju Pubbliku. Il-Liġi per se kienet diskussa biex jingħata kuntest għas-suġġett. L-Awtorita tal-Ippjanar ħejjiet rapport interim fuq is-siti li dwarhom irċeviet informazzjoni aktar dettaljata mill-Awtorita tal-Artijiet li ser jitressaq għad-diskussjoni fil-Kumitat fiż-żmien li ġej.

Awtorità tal-Ippjanar – Planning Shop – xiri ta’ aerial photos

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw aerial photos tas-snin 1957, 1967, 1978, 1988, 1998, 2008 u 2018 għal kull sena separatament, mill-Planning Shop tal-Awtorità tal-Ippjanar xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kif ukoll x'kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, li l-Mapping Shop ma jżommx dokumentazzjoni ta' liema sena qed jintalab ir-ritratt, jżomm biss n-numru ta' bejgh tar-ritratti. Kemm inbiegħu ritratti u d-dħul (revenue), xahar b'xahar, mill-2016 sa Ottubru 2018 jidher fit-tabella segwenti. Nixtieq ukoll nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi wkoll għal mistoqsijet parlamentari mwieġba b’numru 7584 u 7585 ta’ Seduta 158 u PQ 7587 tas-Seduta tal-llum. 2016 2017 2018 Month Photos Month Photos Month Photos Jan EUR635.20 46 Jan EUR 2241.4 162 Jan EUR 1922 139 Feb EUR 957.6 69 Feb EUR 2176 158 Feb EUR 2168.2 157 Mar EUR1715.40 124 Mar EUR 2357.6 171 Mar EUR 2431.4 176 Apr EUR2202.8 159 Apr EUR 1792.8 130 Apr EUR 2606.3 189 May EUR1552.6 112 May EUR 1911.2 138 May EUR 2109.20 153 Jun EUR1393.80 101 Jun EUR 1306.00 95 Jun EUR 2231.4 161 Jul EUR1349.8 98 Jul EUR 1528.4 110 Jul EUR 2306.9 167 Aug EUR1446.4 104 Aug EUR 1457.00 105 Aug EUR 1861.4 135 Sep EUR1432.8 103 Sep EUR 1996 144 Sep EUR 1915 139 Oct EUR1996.8 144 Oct EUR 2022.2 146 Oct EUR 2818 204 Nov EUR2026 147 Nov EUR 1666.7 120 Dec EUR 1257 91 Dec EUR 1131.2 82

Awtorità tal-Ippjanar – Land Survery Unit — talbiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba għal għoti ta' servizz saret lil-Land Survey Unit tal-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul (revenue) xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, li t-talba għal għoti ta’ servizz li saret lill-Land Survey Unit ta’ l-Awtorità tal-Ippjanar u kemm kien id-dħul xahar b’xahar mill-2016 hu indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nixtieq ukoll nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi wkoll għal mistoqsijet parlamentari numru 7584 u 7585 ta’ Seduta 158 u PQ 7586 tas-Seduta tal-llum.

Awtorità tal-Ippjanar – enforcement notice

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? , Jista’jgħid xahar b'xahar u sena b'sena, kemm minn dawn l-enforcement notice: a. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar; b. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju nħareġ; c. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess ġie rifjutat; d. saret applikazzjoni mal-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp illegali u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u e. kemm minn dawn l- enforcement notices ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7588, qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni maħruġa mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar li juru: i. kemm-il enforcement notice ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar, lokalità b'lokalità u xahar b'xahar mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018; u ii. sena b'sena u xahar b'xahar: a. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avvi¿ ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar; b. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet approvata; c. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u l-applikazzjoni relatata ġiet rifjutata; d. kemm ġew validati/pubblikati applikazzjonijiet li kienu jinkludu sanzjonar ta' żvilupp illegali kopert b'Avviż ta' Twettieq u Infurzar u peress li l-applikazzjoni relatata ġiet deċiża u l-permess neċessarju ġie rifjutat, sar appell mid-deċiżjoni t-Tribunal tal-Appelli għall-Ippjanar; u e. kemm, minn l-enforcement notices li L-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet mill-bidu tas-sena 2016 sal-31 ta' Ottubru 2018, ġew irtirati għaliex min wettaq l-illegalità ddeċieda li jneħħi din l-illegalità.
Leg 13 PQ #7589 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

National Oil Corporation — struttura

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif inhi magħmula l-istruttura tan-National Oil Corporation? Min huma l-membri tal-bord tan-National Oil Corporation? X'inhi l-funzjoni tan-National Oil Corporation? X'inhu x-xogħol li qed twettaq din il-Korporazzjoni bħalissa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-istruttura ppjanata hi ta’ kumpanija – National Oil Company, iżda din għadha ma ġietx iffurmata minhabba li qed tigi studjata l-aħjar struttura tagħha. Il-funzjoni tal-kumpanija tkun li tħares l-interessi ta’ l-Istat fil-qasam taż-żejt u gass naturali.
Leg 13 PQ #7590 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Liċenzji għat-tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid f'liema żoni u lil min inħarġu liċenzji mill-Gvern Malti għat-tħaffir taż-żejt, sena b'sena, mill-2008 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'area tkopri kull liċenzja u min għandu dawn il-liċenzji? Jista’ jgħid x'tip ta' kuntratt kien hemm/hemm bejn dawk li ħaffru/se jħaffru għaż-żejt u l-Gvern Malti? Min se jħallas għat-tħaffir għaż-żejt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub rigward liċenzji għat-tħaffir huwa fit-tabella hawn taht: Sena Kumpanija Area/Blokki Tip ta' Kuntratt Min hallas Terminat Area (sq km) 2008 Malta Oil Pty Ltd Area 4, Blocks 4,5,6,7 Production Sharing Contract Malta Oil Pty Ltd Iva 5715
Leg 13 PQ #7591 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji taż-żejt – tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma dawk il-kumpaniji taż-żejt li bħalissa qed juru interess fit-tħaffir taż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni Maltija u fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Gvern Malti? F'kull każ, jista’ jgħid meta bdew id-diskussjonijiet mal-Gvern Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Waqt li ninsab informat li hemm kumpaniji li qegħdin juru interess għat-tiftix għaż-żejt, ma jaghmilx sens kummercjali li jingħata tagħrif dwar dawn il-kumpaniji qabel ma jintlaħaq ftehim.

Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7466 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tinġabar.