Legislature:
Category:
Reset
Active:

Malta Enterprise — Konslu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt tal-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għalaqx? Jista’ jgħid jekk għadhiex taħdem mal-Malta Enterprise?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament m’għandix kuntratt ta’ mpjieg mal-Malta Enterprise. Rigward il-rwol tagħha ta’ Konslu l-mistoqsija għandha tiġi rreferuta lill-Ministru kkonċernat.

Organizzazzjonijiet Volontarji – għajnuna għal tkabbir tal-kapaċitajiet operattivi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7147 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, wara li l-mistoqsija parlamentari 6618 oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’tip ta’ għajnuna ġiet mogħtija lill-Organizzazzjonijiet Volontarji sabiex ikabbru l-kapaċitajiet operattivi tagħhom f’dawn l-aħħar ħames snin u sal-aħħar ta’ Mejju 2018? Liema huma dawk l-Organizzazzjonijiet Volontarji li mhumiex qed jagħtu rendikont fil-ħin kif obbligati bil-liġi li jagħmlu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #7592 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kumpaniji – tħaffir għaż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk preżenetament hawnx kumpaniji li bħalissa għaddejjin bit-tħaffir taż-żejt fl-ibħra Maltin u f'liema stadju wasal dan it-tħaffir?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7590.
Leg 13 PQ #7593 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Taljan – Decreto Ministeriale — Blata kontinentali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk wara li l-Gvern Taljan kien ħareġ Decreto Ministeriale li bih estenda l-pretenzjonijiet Taljani fuq Żona Ċ fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija u wara li l-Gvern Malti pprotesta bil-qawwa għal dan id-digriet, din iż-żona ġietx irritornata lura lil pajjiżna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-mistoqsija tiegħu hija bbażata fuq konkluzjoni zbaljata għaliex l-Onor Interpellant jasal għall-konkluzjoni li ż-żona C fil-Lvant tal-blata kontinentali Maltija ttiehdet u ma ġietx irritornata lura lil pajjiżna, xi haga li l-Onorevoli Interpellant għandu jifhem li ma saritx. Il-Gvern Taljan kien ħareġ id-digriet biex jestendi Żona Ċ fil-Lvant ta’ Malta f’Diċembru 2012, wara li kien ħareġ diġriet simili biex jestendi Żona G fil-Punent ta’ Malta f’Marzu 2010. Permezz ta’ dawn iż-żewġ digrieti l-Gvern Taljan estenda l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali Taljana. L-estensjonijiet imsemmija jidħlu fuq il-pretenzjonijiet tal-blata kontinentali li Malta għandha f’dawn iż-żoni. Meta inħarġu d-digrieti mill-Gvern Tajan, il-Gvern Malti kien ressaq Noti Verbali bil-pozizzjoni tieghu kontra. L-ebda pajjiż baqa ma irtira l-pretenzjonijiet tiegħu fuq il-blata kontinentali. Il-Gvern Malti qatt ma aċċetta l-pretenzjonijiet tal-Gvern Taljan waqt li qatt ma ċeda l-pretenzjonijiet li Malta għandha f’dawn iż-żoni. Fl-istess ħin il-Gvern Malti baqa għaddej bid-diskussjonijiet bilaterali sabiex tinstab soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.
Leg 13 PQ #7594 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Mediterranean Oil and Gas u General Energy – liċenzji għat-tħaffir

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-kumpaniji Mediterranean Oil and Gas u General Energy, li għandhom il-liċenzja ta’ parti kbira ta’ Area 4 u kellhom iħaffru l-ewwel bir f'din iż-żona fl-ewwel kwart tal-2014, fil-fatt għamlux dan it-tħaffir? X'kien l-eżitu ta' dan it-tħaffir?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li t-tħaffir li qed jagħmel riferenza għalih l-Onor Interpellant beda f’Mejju tas-sena 2014 u spiċċa f’Lulju tal-istess sena. It-tħaffir waqaf wara li laħaq il-fond kuntrattwali.
Leg 13 PQ #7595 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Risk Assessments għat-tħaffir għaż-żejt

Question

Jista’ l-Prim Ministru jippubblika r-risk assessments fejn sar tħaffir/se jkun qed isir tħaffir għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li dokumenti marbuta mal-bjar taż-żejt minn dejjem kienu meqjusa bhala kunfidenzjali u għalhekk ma jistghux ikunu ppublikati.
Leg 13 PQ #7596 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Tħaffir għaż-żejt — licensing

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk preżentement hemmx xi licensing round għal min hu interessat li jħaffer għaż-żejt fl-areas li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Malti? Jekk dan il-proċess hu miftuħ, jista’ jgħid meta se jagħlaq dan il-proċess?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li l-proċess ta’ liċenzjar li Malta għanda bhalissa hu wieħed ta’ ‘open door’ jiġifieri li kumpanija tista titfa’ applikazzjoni x’ħin trid għax m’hemmx data ta’ għeluq. Dan il-proċess hu maħsub taħt il-liġi tal-Unjoni Ewropea u dan il-proċess intuża matul is-snin mill-Gvern Malti.
Leg 13 PQ #7597 Sitting 163 2018-11-06 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Gvern Malti – negozjati ma’ kumpaniji barranin għat-tħaffir taż-żejt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min imexxi n-negozjati f'isem il-Gvern Malti ma’ kumpaniji barranin li juru interess biex iħaffru għaż-żejt f'Malta? Xi kwalifiki u esperjenza għandu min qed imexxi dawn in-negozjati?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li n-negozjati jitmexxew mid-Direttur Ġenerali tal-Continental Shelf Department. Dan il-persuna, li inħatar Direttur mill-amministrazzjoni preċedenti, għandu l-esperjenza meħtieġa u beda l-karriera tiegħu f'dan il-qasam fl-1985 fl-Oil Exploration Department u ilu jaħdem f'dan is-settur ghal iktar minn 30 sena.

Ħal Qormi – Triq il-Belt Valletta – ħajt faċċata taċ-Ċimiterju

Question

Peress li l-ħajt li hemm faċċata taċ-Ċimiterju ta’ Ħal Qormi fi Triq il-Belt Valletta qiegħed jaqa’, jista’ l-Ministru jassigura li permezz tal-ħaddiema tal-Gvern dan il-ħajt issirlu l-manutenzjoni li hemm bżonn?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li dan il-ħajt hu privat iżda minħabba li hemm periklu għall-pubbliku ser jitqabbad Perit Tal-MTIP biex jagħmel rapport tad-‘dangerous structures’, li wara ngħadduh lill-Pulizija biex isegwu mas-sidien privati.
Leg 13 PQ #4528 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1027 u 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1076 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (CARDONA, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4302.
Leg 13 PQ #4530 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqisja parlamentari 1073 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.
Leg 13 PQ #4531 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni - konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Digitali u Innovazzjoni jwieġeb mistoqsija parlamentari 1074 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.
Leg 13 PQ #4532 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - konsulenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1075 u jgħid min huma l-konsulenti li għandha kull entità li taqa’ taħtu, xi ħlas u perkaċċi għandhom, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu rispettivament? Jista’ jagħti l-informazzjoni sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4301.

Rispons għall-konsultazzjoni pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rispons kien hemm għal konsultazzjoni pubblika li nħarġet fl-10 ta’ Awwissu 2018 fir-rigward tal-emendi proposti għal Att dwar il-Kompetizzjoni, Kap. 379? Jista’ jelenka l-persuni jew l-entitajiet li wieġbu għal din il-konsultazzjoni u meta ser jiġi ppubblikat l-abbozz in segwitu għal proposti magħmula fl-imsemmija konsultazzjoni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm ħames (5) risposti għal konsultazzjoni. Dawn kienu: 1. Mamo TCV Advocates 2. Consumers Association 3. American Bar Association 4. Rappreżentant mill-European Commission's Services. Ġie riċevut wkoll rispons mingħand persuna privata li tixtieq tibqa anonima. Bħalissa qed jiġi meqjus ir-rispons riċevut sabiex naraw hemmx lok għal xi tibdil fl-abbozz, biex b’hekk jiġi ffinalizzat u ppreżentat fil-Parlament. Ir-rapport dwar ir-rispons li rċeviet l-Awtorità f’dan ir-rigward mistenni li jiġi ppubblikat sal-aħħar ta’ Novembru. Wieħed irid jieħu kont ukoll ta' żviluppi ġurisdizzjonali ricenti ħafna.

Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni – każijiet trattati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ittratta d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni bħala entità tal-ADR residwa fl-ambitu ta’ LS 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija,? Jekk kien hemm xi każijiet f’dan ir-rigward, jista’ jelenka wieħed wieħed dwar xiex kienu jittrattaw?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ġurnata tat-tnedija tal-LS 378.19 sal-31 ta’ Ottubru 2018, id-Direttorat fil-kapaċità tiegħu ta’ entità tal-ADR residwa, tratta tlett każijiet. Dawn kienu jittrattaw reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta’ telekomunikazzjoni, tqegħid ta’ madum u tiswija ta’ karozza. Matul l-istess perjodu, d-Direttorat tratta wkoll 1522 każ abbażi tal-proċedura ta’ medjazzjoni mandatorja skont l-artikolu 23(4) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, Kap. 378 tal-liġijiet ta’ Malta.
Leg 13 PQ #7210 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Disposable income — Nefqa ta’ familji li jgħixu f’Malta u f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-disposable income ta' familja li tgħix f'Malta u kemm huwa l-istess disposable income ta' familja li tgħix f'Għawdex skont l-aħħar statistika li għandu l-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid x’inhi n-nefqa medja ta' familja li tgħix f'Malta u l-istess nefqa medja ta' familja li tgħix f'Għawdex ukoll skont l-aħħar statistika li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7211 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xiri ta’ gazzetti — nefqa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa f'gazzetti ta' kuljum u ta' nhar ta' Ħadd f'kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtha mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b'xahar u sena b'sena? , X'inhu l-grad tal-uffiċjali li huma intitolati li jagħmlu użu minn dawn il-gazzetti u f’liema dipartimenti qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #7212 Sitting 161 2018-11-05 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – parroċċi li ngħataw xi għajnuna

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu dawk il-parroċċi f’Għawdex li ngħataw xi forma ta' għajnuna kemm jekk finanzjarja jew xort’oħra mill-Ministeru jew l-entitajiet tiegħu, mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ fiex kienet tikkonsisti din l-għajnuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.