Tista' l-Ministru tgħid kemm qed jitħallsu għal kull siegħa l-ħaddiema fil-grad ta' Seaman u li huma impjegati direttament mal-Gozo Channel? Tista' tgħid ukoll kemm qed jitħallas il-kuntrattur għal kull siegħa ta' ħaddiem fil-grad ta' Seaman li jipprovdi lil Gozo Channel u kemm fil-fatt minn dan l-ammont jispiċċa għand il-ħaddiem li jaħdem mal-kuntrattur u li iżda joffri servizz lil Gozo Channel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kien id-dħul mill-Community Parking Payment Scheme (CPPS) li kellha l-Awtorità tal-Ippjanar kull sena mill-2013 sal-jum li fih tkun imwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm minn dan id-dħul annwali, kien mill-permessi ta’ “tables and chairs”?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar, b’risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 4535, hawn murija tabella li turi d-dħul mill-Commuted Parking Payment Scheme (CPPS) li tħaddem l-Awtorità tal-Ippjanar, sena b’sena, mill-2013 sat-23 ta' Ottubru 2018. Il-figuri jinkludu l-ammonti ta' flus li mdaħħla fis-sistema tal-informatika tal-Awtorità bħala li hi rċeviet f'kull sena u ma jirriflettux kontijiet li nħarġu iżda għadhom ma tħallsux.
Sena
Ammont
2013
€474,917.84
2014
€807,200.45
2015
€1,065,838.42
2016
€1,843,181.23
2017
€3,367,022.82
2018
€3,020,901.48
Total
€10,579,062.24
Fir-rigward ta’ applikazzjonijiet għal imwejjed u siġġijiet, l-Awtorità ma titlobx li jiġi pprovdut parkeġġ dwar imwejjed u siġġijiet fuq art pubblika, u għaldaqstant ma jsirx ħlas fl-iskema ta' CPPS f'dan ir-rigward. L-Awtorità, iżda, sa mis-26 ta' April 2017, f'dawk il-każijiet meta l-imwejjed u siġġijiet ikunu ser jitpoggew flok spazju/i ta' parkeġġ qed titlob Kontribuzjoni bħala Planning Gain li l-ammont tiegħu jkun ivarja skont l-ammont ta spazji ta' parkeġġ li jkun qed jittieħed.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forzi Armati ta’ Malta tagħmilx sorveljanza fl-ibħra ‘l hinn mit-12-il mil nawtiku iżda inqas minn 24 mil nawtiku mill-kosta Maltija u ċjoè fil-contiguous zone?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nista’ nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel sorveljanza, mill-ajru u mill-baħar, fiż-żona kontigwa u lil hinn minn din.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jistenna biex jagħmel l-emendi neċessarji wara s-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta’ Mejju 2016 rigward u kontra l-Awtorità tal-Kompetizzjoni, biex wara sentejn l-awtorità li suppost tħares il-kompetizzjoni ġusta u tiġġieled dik inġusta, ikollha s-snien timponi multi jew pieni li ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7092.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta’ deterrent meta l-multa hija biss ta’ €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b’mod legali) fil-każ ta’ rimi illegali ta’ skart kummerċjali jsiru iktar ħorox? X’passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta’ Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b’mod illegali?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika aktar fir-rigward ta’ din l-aħbar peress li fiż-żona ta’ Xagħri l-Imqalleb hemm diversi siti koperti b’ permessi tal-iżvilupp kif ukoll azzjonijiet ta’ Infurzar varji.
Fir-rigward ta’ multi imposti f’każijiet ta’ rimi ta’ skart industriali, l-pieni imposti mill-Awtorita huma bbażati fuq regolamenti maħruġa fl-2012 cioe’ f’ dan il-każ €50 kulljum. Iżda mhux biss, jekk il-ksur tal-iżvilupp jinsab f’ area Skedata, l-Awrotita għandha s-setgħa li timponi multi oħra li jwasslu sa €50,000. Ukoll il-liġi tal-Ippjanar li daħlet fis-seħħ fl-2016 tagħti s-setgħa lill-Awtorita li tissekwestra l-makkinarju u tagħmir ieħor li jkun qed jintuża, u mingħajr dubbju ta’ xejn iridu jitħallsu l-ispejjeż tal-Azzjoni Diretta li tieħu l-Awtorita jekk is-sid jew l-okkupant ma jneħħix tali materjal u jirripristina s-sit għall-istat oriġinali tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa biex il-pieni (li żgur mhumiex ta’ deterrent meta l-multa hija biss ta’ €50 għal kull jum, li hija inqas mill-ħlas li jrid isir lill-Awtorità tal-Ippjanar jekk l-iskart jintrema b’mod legali) fil-każ ta’ rimi illegali ta’ skart kummerċjali jsiru iktar ħorox? X’passi ħa wara l-aħbar tat-28 ta’ Frar 2018 li fiż-żona Tax-Xagħri l-Imqalleb, fl-Imqabba, qed jintrema skart industrijali b’mod illegali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Awwissu li għadda jien ħrigt liġi sussidjarja 549.4 emendata li fiha żdiedu b’mod sostanzjali il-multi għal min jinqabad illegalment jitfa’ skart barra. Dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant jien infurmat li l-ERA qatt ma daħlilha rapport dwar il-każ u bdiet tinvestigah hekk kif saret taf bih permezz ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari. Jiena naqbel ma’ dak li qed jalludi l-Onor. Interpellant illi r-rimi ta’ l-iskart barra m’għandux ikun tollerat u kien għalhekk li qed nisħaq bil-qawwa kollha li l-ERA iżżid il-kapaċità tagħha ta’ nfurzar għax nemmen li hemm bżonn li f’dan il-pajjiż jinqatgħu l-abbużi.
Wasteserve – trattament ta’ ram, batteries, aluminium, ħadid u wire tal-elettriku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ ram, batteriji, aluminium, ħadid, u wire tal-elettriku nġabru għall-bejgħ u/jew għal iktar trattament mill-Wasteserve fl-2012, 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017, sena b’sena, u materjal b’materjal? X’sar minn dawn it-tunnellati ta’ materjal jew fejn ġew diretti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn barrieri liċenzjati ġewwa Għawdex li għandhom il-permessi kollha meħtieġa min-naħa tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) biex fihom jintefa’ skart tal-kostruzzjoni? Jista’ jagħti r-raħal u l-indirizz fejn jinsabu dawn il-barrieri? Jista’ jgħid ukoll għal kemm hu validu l-permess li għandhom kif ukoll ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess maħruġ għal kull barriera?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għas-sit elettroniku tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (https://era.org.mt/en/Pages/Quarries%20permitted.aspx) fejn hawn isib l-informazzjoni kollha li qed jitlob. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-iscreenshot tal-website msemmija.
Peress li l-proġett tal-Gozo Museum se jsir ġewwa l-qalba tar-Rabat Għawdex, kemm viċin tal-iskejjel kif ukoll tal-Gozo Examination Centre, tista’ għaldaqsant il-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-method statement li l-kuntrattur li se jaħdem fuq il-kostruzzjoni tal-Gozo Museum, beħsiebu jattwa għal dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se ssir f'xi seduta oħra.
Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika – dispożizzjonijiet fil-każ tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6667, filwaqt li ssir referenza għall-artikolu 3 tal-Kap. 545 li jipprovdi li “r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) li jkun magħmul minn President u mhux inqas minn erbgħa u mhux iktar minn sitt membri oħra”, jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl ta’ dak li jingħad fl-imsemmi artikolu jekk ir-referenza għar-Regolatur fit-Tieni Taqsima tal-Ħames Skeda tal-Kap 497, tapplikax biss għall-President tar-Regolatur imsemmi jew inkella wkoll għall-membri l-oħra tar-Regolatur? Jekk tapplika biss għall-President, għalfejn tapplika għalih biss?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid, in vista li hemm bosta lmenti minn intraprendituri Għawdxin li ma jistgħux jiddependu biss fuq iċ-ċentri tad-distribuzzjoni tal-Qala u tax-Xewkija meta jiġu biex jippjanaw l-espansjoni tal-fabbriki tagħhom, kif jidħol Għawdex u x'hemm ippjanat b mod konkret għal Għawdex fis-settur tal-enerġija biex jiggarantixxi li d-domanda għall-enerġija ta' għada u l-ġejjieni biex l-intraprendituri tagħna jkunu jistgħu jippjanaw fit-tul, u Għawdex jilħaq il-potenzjal sħiħ fit-tkabbir ekonomiku? Jista’ jgħid Għawdex kif jidħol f'dan kollu, meta dan l-aħħar qal li l-pajjiż għandu bżonn viżjoni li jħares ‘il quddiem u viżjoni li tinkorpora l-aħħar teknoloġija fl-enerġija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-kumpanija Enemalta plc ma rċiviet l-ebda lmenti mingħand intraprendituri Għawdxin rigward id-domanda għall-enerġija. Il-Kumpanija qed tkompli bil-ħidma tagħha fuq proġetti ġodda ġewwa l-gżira ta’ Għawdex u tibqa’ kommessa li tkompli taqdi l-ħtiġijiet tal-enerġija ta’ Għawdex illum u fil-futur.
Għawdex u Kemmuna – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ tindif fil-latrini pubbliċi
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li qed jagħmlu xogħol ta' tindif f'kull latrina pubblika madwar Għawdex u Kemmuna? X'inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari se ssir f'xi seduta oħra.
Għawdex – Awtorità tal-Ippjanar – permessi għal bini mill-ġdid tal-uffiċini
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġux il-permessi neċessarji biex l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid? Jekk iva meta nħarġu? Jista’ jgħid jekk biex sar dan ix-xogħol ġewx ippubblikati tenders u jekk iva fejn ġew ippubblikati, meta ġew ippubblikati u meta għalqu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar is-sit ta’ l-uffiċini ta’ L-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex huwa kopert bil-permess bin-numru PA 10396/17 – “To demolish existing offices and to construct parking at basement level, four office levels (Class 4A) and a receded floor level and the installation of PV Panels at roof level.”
Il-permessi neċessarji biex l-uffiċini tal-Awtorità tal-Ippjanar ġewwa Għawdex jitwaqqgħu u jinbnew mill-ġdid (PA 10396/17) inħarġu fit-22 t’Awwissu 2018. Il-Perit li ġie mqabbad biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni, intgħażel wara sejħa għall-offerti. Din is-sejħa saret fl-2016, u ntgħażlet l-irħas offerta li ġiet sottomessa.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta — Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħarġet l-istess Aġenzija mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull Request for Proposal li ħarġet l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda Request for Proposal fir-rigward tat-tkabbir u t-tixrid b'mod internazzjonali tal-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta li ħarġet l-istess Aġenzija mis-sena 2017 sad-data li giet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – kawżi ippreżentati fil-qrati u t-tribunali kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda kawżi li ġew ippre¿entati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li giet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – kawżi ppreżentati fil-qrati u t-tribunali mill-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kawżi ppreżentat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'inhu l-okkju ta' kull kawża u f'liema stadju waslet?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda kawzi li ppreżentat l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-qrati u t-tribunali ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li giet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – protesti ġudizzjarji kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'protesti ġudizzjarji ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx kontro-protest ġudizzjarju għal kull protest ġudizzjarju li ġie ppreżentat kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-protesti ġudizzjarji u l-kontro-protesti ġudizzjarji?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lil Onor. Interpellant li, ma kien hemm l-ebda protesti ġudizzjarji li ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li giet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta – ittri uffiċjali fil-qrati kontra l-Aġenzija
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'ittri uffiċjali ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid jekk l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ippreżentatx ittri uffiċjali bi tweġiba għal kull ittra uffiċjali li ġiet ippreżentata kontra l-istess Aġenzija? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-ittri uffiċjali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-ebda ittri ma ġew ippreżentati kontra l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta fil-Qrati ta' Malta mis-sena 2017 sad-data li giet mwieġba din il-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — konslu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-konslu li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għadhiex taħdem mal-Ministeru?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li d-dettalji ngħataw separament ma taħdimx mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.