Legislature:
Category:
Reset
Active:

Monument tal-Assedju l-Kbir — restawr

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7314 u fid-dawl li fl-aħħar jiem jidher li sar hoarding ġdid quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir, jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħlijiet l-oħra li qed isiru fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir u l-madwar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif spjegat fir-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 7314, issa ingħata bidu għat-tieni fażi tax-xogħol fejn, wara li saru interventi fuq il-monument innifsu, issa qed isir tisbiħ u manutenzjoni tal-pjazza fil-madwar tal-Monument. Ix-xogħol se jinkludi manutenzjoni tal-ħadid kollu, tibdil tas-sistema ta’ dawl, u irranġar tal-paviment eżistenti. Nirringrazzja lill-entitajiet kollha li qed jghinu f'din il-hidma. Hu mistenni li x-xoghlijiet jintemmu sat-tieni gimgha ta' Dicembru.

Avukati — warrant

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta’ avukat, sena b’sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed nannetti tabella bl-informazzjoni mitluba skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja. SenaNumru 200056 200110 200299 200356 200476 200561 200660 200764 200860 200983 201073 201190 201293 201379 201496 201568 201691 2017114 2018156 Dan in-numru ta' persuni li ngħataw il-warrant sabiex jipprattikaw ta' avukat huwa skond ir-records li għandu d-Dipartiment tal-Ġustizzja.

Nutara — warrant

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm persuni ngħataw warrant sabiex jipprattikaw ta' nutar, sena b'sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mis-sena 2000 sas-sena 2018 ingħataw b’kollox 274 warrant. Qed nannetti lista tal-warrants maħruġa b’sena sena mis-sena 2000. SenaNumru ta’ warrants 20001 200117 20028 200320 200416 200522 200614 200719 200820 200924 201015 201117 201214 20139 201415 201513 201613 20179 20188 Total274

Nutara – warrant sospiż/irtirat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm persuni kellhom warrant sabiex jipprattikaw ta’ nutar sospiż/irtirat, sena b’sena, mis-sena 2000 sal-lum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li Nutar sospiż ma jitlifx il-warrant iżda ma jistax jippratika ta’ Nutar. Nutar irtirat jirrinunzja għall-warrant u ukoll ma jistax jippratika iktar. Qed nannetti lista b’numri li jindikaw kemm Nutara ġew inabiltati milli jeżerċitaw il-professjoni Nutarili kif ukoll dawk in-Nutara li rtiraw il-warrant wara li ġew sospiżi u għaldaqstant ma jistgħux jipprattikaw ta’ Nutar. SenaNumru ta’ Nutara 2000 2001 2002 2003 2004 20051 2006 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 20141 20152 20161 20171 20181

Ċirkwit tal-Karozzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn hi maħsuba li ser issir iċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-awtoritajiet kompetenti jinsabu fi proċess avvanzat li jidentifikaw post li fuqu jsiru studji konkreti dwar it-trakka tal-motorsport. Irid jingħad iżda li s-sit mhuwiex dak li ssemma minn x’uħud minflok il-ġnien ħdejn il-Freeport. Filwaqt li se jimxi dejjem b’mod bilanċjat bla ma jipprova jġelled l-ambjentalisti u r-residenti mal-isportivi, il-Gvern ser ikun qed iħabbar id-dettalji la darba jingħalaq il-proċess imsemmi.

Ċirkwit tal-Karozzi – studju tal-impatt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qiegħed isir studju tal-impatt, partikolarment tal-ħsejjes ġenerati mit-tlielaq tal-karozzi fuq l-irħula fil-viċinanzi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proċess li qed isir bħalissa jinkludi assessjar ta’ numru ta’ oqsma li jinkludi l-impatt tal-ħoss.

Persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ taħt is-16-il sena

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm hawn tfal taħt is-16-il sena reġistrati bi bżonnijiet speċjali f'kull raħal u f’belt f'Malta u Għawdex separatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-Kummissjoni żżomm statistika fuq il-persuni kollha li tinħarġilhom identifikazzjoni, għall-finijiet tad-diżabbilta' tagħhom(Special ID u European Disability Card) u tippubblika statistika nazzjonali f'dan ir-rigward kull sena, fir-rapport annwali tagħha, li jitpogga wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra. Fir-rigward ta' statistika mqassma skont l-lokalita`, in-konsiderazzjoni tad-daqs ta' Malta u l-possibilita` ta' stigma li tista' titpoġġa fuq lokalita` partikolari, l-Kummissjoni hija tal-fehma li jekk tagħti tali statistika, hekk kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant, ikun qiegħed jinkiser Artiklu 5 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilita` (UN CRPD), illi jittratta l-Ugwaljanza u n-Non-Diskriminazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni mhux f’pożizzjoni li tagħti tali statistika kif mitluba mill-Onor. Interpellant.

Skejjel – ġenituri li ma bagħtux it-tfal l-iskola

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7660, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija lil dawk l-1,759 ġenitur li ġew akkużati li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola mingħajr raġuni valida fil-perjodu 2016 – 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Iż-Żejtun — Ċentru ta’ Matul il-Jum – persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7661, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn liema lokalitajiet jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun u kemm hemm persuni li joqogħdu f’Wied il-Għajn li jattendu regolarment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l persuni li jattendu fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum taż-Żejtun huma mil-lokalita’ taż -Żejtun, Marsaxlokk, il-Marsa, Birżebbugia u Wied il-Għajn. 24 persuna minn dawk li jattendu f’dan l-istess ċentru, joqogħdu Wied il-Għajn.

Persuni bi problemi ta’ droga – servizz residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu l-għajnuna minħabba problemi ta’ droga f’dawn l-aħħar tliet snin? Bħalissa kemm hemm persuni li qed jagħmlu esperjenza residenzjali sabiex joħorġu minn din il-problema serja? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi waiting list sabiex persuni bil-problema ta’ droga, jingħataw is-servizz residenzjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li talbu l-assistenza u bdew jiġu segwiti mill-professjonisti tal-Aġenzija Sedqa, minħabba problemi relatati mad-droga, mill-2016 sat-8 ta’ Ottubru 2018, kien jammonta għal 867. Fil-preżent, fir-residenzi tal-Aġenzija Sedqa, jiġifieri Dar l-Impenn, l- Assessment and Stabilisation Unit (ASU) u Komunita` Santa Marija, hemm 14-il persuna li qiegħda f’xi fażi jew oħra li joffru dawn l-programmi residenzjali. Il- waiting list abbinata ma’ dawn is-servizzi residenzjali bħalissa hija ta’ 3 persuni.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-ispiża ta’ kuljum għal kull persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li qed tattendi f’xi Ċentru ta’ Matul il-Jum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-medja tal-ispiża ta’ kuljum għal kull intervent mogħti lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendiet f’wieħed mill-ħames ċentri ta’ matul il-jum għas-sena 2017 kienet ta’ €107.74.

Benefiċċji tal-mard lill-persuni bi problemi ta’ droga u tal-alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li ħareġ il-Gvern f’dawn l-aħħar tliet snin għall-benefiċċji tal-mard lill-persuni bi problemi tad-droga u tal-alkoħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, ma jħallasx benefiċċju tal-mard lill-persuni bi problema ta’ droga u/jew l-alkoħol. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għall-Għajnuna Soċjali, li tingħata lil dawk illi qegħdin fi programm ta’ riabilitazzjoni, mogħti mill-Gvern jew mill-Caritas, l-ammont ta’ flus li ħareġ il-Gvern f’dawn it-3 snin kien kif ġej ; SENA AMMONT 2015 €23,336.40 2016 €33,850.96 2017 €28,451.34

Il-Fgura — Triq Valperga - daħla għal Wied Blandun

Question

Jista' l-Ministru jara li passaġġ li dejjem kien hemm f'Wied Blandun, li d-daħla tiegħu tinsab fi Triq Valperga faċċata ta' Triq il-Giżi, il-Fgura, li minħabba l-maltemp riċenti m'għadux aktar aċċessibli, jerġa' jsir aktar aċċessibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li naf u nifhem li hemm diversi xogħlijiet li jridu jsiru fi-sit referut, jien tajt direzzjoni biex ix-xogħlijiet meħtieġa jitlestew sal-aħħar tas-sena.
Leg 13 PQ #7799 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Għalliema — laptop

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li għadhom mingħajr laptop minkejja li s-sena skolastika ilha li bdiet għal numru ta' ġimgħat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-talba ta' 247 edukatur waslet quddiem il-Unit konċernat u ser tkun diskussa f'kuntest usa' mal-MUT.
Leg 13 PQ #7800 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ħaddiema taċ-Ċivil — skema biex jiġu assenjati ma' assoċjazzjonijiet/klabbs sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema sabiex ħaddiema taċ-ċivil ikunu assenjati mal-assoċjazzjonijiet jew klabbs sportivi għadhiex miftuħa, u jekk fl-affermattiv, x'għandha tagħmel assoċjazzjoni jew klabb biex jibbenefika minnha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

Tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru, flimkien ma’ dak responsabbli mill-Ambjent, qiegħed jiffinalliza pjan ta’ strateġija dwar l-immaniġġar tal-iskart f’pajjiżna, u li fih qed ikunu studjati metodi li jinkludu l-ġbir ta’ skart fuq bażi reġjonali, fejn il-Kunsilli Lokali jibqgħu parti ntegrali mir-responsabilità li għandhom bħalissa.

Tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-metodu/tender ta’ ġbir ta’ skart mill-kunsilli lokali hux se jgħaddi mingħandhom għal għand ir-Reġjuni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prinċipju li l-Ministeru jixtieq jadotta huwa li l-iskart jiġi miġbur fuq skala ġeografika akbar biex ikun hemm iżjed economies of scale. Dan il-prinċipju huwa rifless fil-pjan li ħdimna mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Ngħarrfu wkoll li l-Kunsilli Lokali qatt ma jistgħu jinqatgħu l’ barra mill-organizazzjoni tal-ġbir tal-iskart għall-ġid taċ-ċittadini fil-lokalitajiet tagħhom.

Bulgarija – Emission target

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed inħallsu lill-Bulgarija tali qed neċċedu l-emission target?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nixtieq infakkar lill-Onor. Interpellant li kif diġà irreferejt fid-diskors tiegħi tal-budget nhar it-Tnejn 5 ta’ Novembru li t-targets tal-emissjonijiet ta’ pajjiżna għas-snin 2009 sal-2020 kienu ġew innegozjati minn Gvern Nazzjonalista fis-sena 2007. Dawn it-targets il-Gvern Nazzjonalista kien diġà jaf li m’humiex fattibbli u kellu indikazzjoni ċara diġà li kien ser ikollu jixtri emission allowances minn membri stati oħra propju minħabba f’hekk. Inżid ngħid ukoll li propju minħabba dan in-nuqqas tal-Gvern Nazzjonalista li dan il-Gvern kien serjament preġudikat meta ġejna għat-targets post 2020.