Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #7703 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Raħal il-Ġdid – Ġnien Dom Mintoff – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol sar tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal il-Ġdid?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tul din is-sena saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. · Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’ sub-base li jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. · Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. · Ġiet mibnija ukoll pump room bil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. · Saru żewġ water features - waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. · Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping. · Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 50 siġra u 2000 pjanti ġodda. · Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racks u kontenituri tar-reċiklaġġ.

Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7636 u 7466 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti ta' Malta l-kawzi civili li ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin jammontaw ghall-1322 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet fil-Qorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin kien ta’ 1434. Fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Malta, ninforma lill-Onor Interpellant li hemm pendenti 704 kawża li ilhom aktar minn ħames snin.

Qorti ta’ Malta – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7637 u 7467 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Malta li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti ta' Malta l-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin jammontaw ghall-429 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet fil-Qorti ta' Malta li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin kien ta’ 790. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Malta, hemm pendenti 308 kawża li ilhom aktar minn għaxar snin.

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn ħames snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7638 u 7468 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn ħames snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti t’Ghawdex l-kawzi civili li ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin jammontaw ghal 67 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 fil-Qorti t’Ghawdex l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti bejn hames u ghaxar snin kien ta’ 150. Intant fir-rigward il-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, hemm pendenti 14 il-kawża li ilhom aktar minn ħames snin.

Qorti ta’ Għawdex – każijiet kriminali u ċivili li ilhom aktar minn għaxar snin

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7639 u 7469 u jgħid kemm hemm każijiet: a) kriminali u b) ċivili fil-Qorti ta' Għawdex li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin? Jista’ jagħti din l-informazzjoni f’statistika separata sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, fil-Qorti t’Ghawdex l-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin jammontaw ghall-125 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 fil-Qorti t’Ghawdex l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn ghaxar snin kien ta’ 177 kaz. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali quddiem il-Qorti ta’ Għawdex, hemm pendenti 4 kawżi li ilhom aktar minn għaxar snin.

Qrati ta’ Malta u Għawdex – każijiet li ihom pendenti aktar minn 450 jum

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 7640 u 7470 u jgħid globalment, kemm hemm każijiet fil-Qrati ta' Malta u Għawdex li ilhom pendenti għal aktar minn 450 jum?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skond statistika migbura sal-ahhar t’Ottubru 2018, il-kawzi civili li ilhom pendenti ghal aktar minn hmistax-il xahar jammontaw ghall-6907 kaz. Cifra, illi meta wiehed jikkumparaha mal-istess statistika ta’ Dicembru 2012 u ghalhekk l-ahhar sena ta’ amministrazzjoni precedenti, tindika li sar progress, hekk kif fl-2012 l-ammont ta’ kazijiet li kienu ilhom pendenti ghal aktar minn hmistax-il xahar kien ta’ 7157 kaz. Intant fir-rigward tal-Kawżi Kriminali, quddiem il-Qorti ta’ Malta hemm pendenti 1563 kawża li ilhom aktar minn 450 jum, filwaqt li quddiem il-Qorti ta’ Għawdex hemm pendenti 56 kawża li ilhom aktar minn 450 jum.

Is-Siġġiewi – Triq Salvu Curso u Trejqet l-Anġli – ħajt ta’ lqugħ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6171 magħmula fl-4 ta' Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra bit-talba li kienet saret sabiex titwessa' t-triq bejn Trejqet l-Anġli u Triq Salvu Curso flimkien mal-introduzzjoni ta' miżuri ta' sigurtà minħabba l-inċidenti li seħħew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ser tintroduċi miżuri ta’ ħarsien u sigurtà ġodda fit-triq indikata, permezz ta’ xogħol skedat għall-ġimgħat li ġejjin.

Qawra – Triq it-Turisti – tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq it-Turisti fil-Qawra, li hija triq li minnha ta’ kuljum jgħaddu għexieren ta’ karozzi tal-linja u mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġa ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. It-triq indikata hija fil-fatt waħda mit-toroq inklużi f’din l-ewwel lista ta’ xogħlijiet għas-sena d-dieħla. Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta’ aktar toroq madwar il-pajjiż ser jitħabbru fiż-żmien li ġej. L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Qawra – Triq l-Imrejkba — tiswijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkunsidra li jsiru t-tiswijiet, bħal major patching, li hemm bżonn fi Triq l-Imrejkba fil-Qawra, li hija triq li minnha ta’ kuljum jgħaddu mijiet ta’ karozzi privati u ilha minsija għal ħafna snin?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtoritá kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalitá konċernata. Sadanittant, Infrastructure Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f’kull lokalità. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 fost it-toroq li ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019. Aktar toroq li ser jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentement kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u jindika kemm minnhom huma ħaddiema impjegati mal-Gvern u kemm ħaddiema impjegati mal-kuntrattur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement hemm 54 uffiċjal ħaddiema tad-Diviżjoni u 6 tal-kuntrattur.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali – ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali u li preżentement (sad-data ta' meta qed titressaq din id-domanda) qegħdin bil-family friendly measures u fl-istess risposta jindika x'tip ta' family measures huma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali għandha jaħdmu magħha, 54 uffiċjali. L-uffiċjali bil-family friendly measures jammontaw għal 29 persuna. It-tip ta’ family measures huma kif ġej: Flexitime – 15-il uffiċjal; Telework – 4 uffiċjali; Telework u Flexitime – 10 uffiċjali.

Dipartiment tal-Kunsilli Lokali – ħaddiema li qegħdin bil-family friendly measures

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista (mingħajr ismijiet) ta' kemm-il persuna u kif kienu approvati l-family friendly measures bejn Jannar 2014 u Ottubru 2018 (sena sena)?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Pig Farm Cessation Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Pig Farm Cessation Scheme li skont l-estimi finanzjarji tal-2019 qed juri ċ-ċifra ta' miljun ewro humiex se jkunu miżjuda mal-iskema taż-żewġ miljun ewro li kien parti mill-vot tal-Ministeru għall-Ambjent għas-sena 2018, jew jekk għall-2019 għal dan il-vot se jkun hemm biss miljun ewro?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa vot rikorrenti u li fih għas-sena 2018 ġew ivvutati żewġ miljun ewro. Madanakollu, filwaqt li l-Ministeru kellu bosta diskussjonijiet intensivi mar-rappreżentanti ta’ dan is-settur u ħejja proposti konkreti għat-tħejjija ta’ din l-iskema matul l-2018, sabiex jinstab kunsens sħiħ hemm bżonn ta’ aktar diskussjonijiet magħhom. Peress li l-iskema li eventwalment titħejja għar-ristrutturar f’das-settur tiġi mplementata fuq medda ta’ żmien ta’ aktar minn tnax-il xahar, il-vot għall-2019 ma jirriflettix ceiling massimu għal din l-iskema.

Trasport Pubbliku — persuni b'diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex persuni b'diżabilità fuq il-vetturi tat-trasport pubbliku jkunu jistgħu jingħataw l-opportunità li jkunu jistgħu jpoġġu bilqiegħda fejn suppost hemm postijiet ta' prijorità għall-persuni b'diżabilità?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31489 f’Seduta 488 tat-tnax-il leġislatura.

Pont tal-Bidnija — rranġar ta' triq

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li titranġa l-ħsara f'triq ta' fuq il-pont tal-Bidnija li hemm parti mit-triq li qed tisfronda?

Response (BORG, IAN)

B’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari 7758, nixtieq ninforma lil Onor. Interpellant li l-pont li jinsab fi Triq il-Bidnija, Mosta [Bridge numru 59] ġie spezzjonat xi ftit ta’ żmien ilu u ġew identifikati l-ħsarat. Mill-banda l-oħra, ġie ukoll konkluż li l-pont, bħala struttura, ma huwiex fi stat ta’ periklu. It-tiswijiet li huma meħtieġa u li mistennija jibdew fi żmien qarib, huma dawk li jenħtieġu fit-triq u fil-guardrails tal-ġenb.

Ħal Għargħur – art devoluta

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-bini li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, ma ġiex devolut direttament lill-Kunsill Lokali ta' Ħal Għargħur biex isir librerija għall-komunità, skont it-talba unanima tal-Kunsill kollu imma minflok ħareġ għall-offerta permezz ta' tender?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għargħur ġiet milqugħa u l-proprjetà li, d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ser tiġi allokata direttament lilhom.

Awtorità tal-Artijiet – lista ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ konsulenti ngaġġati mal-Awtorità tal-Artijiet minn Jannar 2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Lista ta' Konsulenti Dr Deborah Schembri Dr Robert Musumeci Mr Rosario Galea Mr Ray Fava Mr John Sevasta Dr Vincent Marmara Dr Stefano Filletti Grant Thornton Dr Luke Dalli - Dalli Paris Associates Dr Marycien Vella Dr Amanda Cini Dr Alex Scerri Herrera Dr Helen Borg Muscat Dr Dorianne Rapa Dr Edward Zammit Lewis Dr Tonio Azzopardi Dr Cory Greenland Dr Joe Cilia Dr Vince Galea Mr Edmund Tabone Vince Gilson Perit Dennis Camilleri Anita Aloisio - Alecta Advisors Cursor Ltd Perit Claude Mallia Perit John Demicoli

Awtorità tal-Artijiet – avviżi fuq ġurnali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-avviżi maħruġa fil-gazzetti mill-Awtorità tal-Artijiet u jindika kemm inħarġu avviżi f’kull ġurnal rispettiv, minn Ġunju 2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jiġi anness fit-tabella t’hawn taħt; Date Reason Newspapers 2018 19 January Advert Times, Independent 17, 21 January Public Consultation Sunday Times, Torca, Nazzjon, Independent 11, 14 February Public Consultation Sunday Times, Torca, Mument, Malta Today, Independent 6 March Public Consultation Sunday Times, Independent 2, 6 May Issue of tenders Sunday Times, Orrizont, Nazzjon, Malta Today, Independent. 5, 10 June Issue of tenders Sunday Times, Torca, Mument, Orizzont, Independent 27, 1 July Issue of tenders Sunday Times, Mument, Orrizont, Independent 4 July Public Consultation Times, Orrizont 8, 12 August Issue of tenders Sunday Times, Orrizont, Nazzjon, Independent 9 September Public Consultation Sunday Times, Torca 27, 30 September Issue of tenders Sunday Times, Mument, Orrizont, Independent 30 September Vacancy Sunday Times 4 October Vacancy Sunday Times 7 October Vacancy Sunday Times 11 October Vacancy Sunday Times 28 October Expression of Interest Sunday Times, Mument, Torca, Kulhadd, Malta Today, Independent 28 October Advert Sunday Times, Torca 4, 11 November Issue of tenders Sunday Times, Torca, Nazzjon, Independent 2017 8 February Issue of Tenders Orrizont, Times, Independent, Nazzjon March Advert Independent 3, 4, 5 April Advert Nazzjon 27 April Advert Independent 4, 5 May Advert Nazzjon 7 May Advert Times 17 May Issue of Tenders Malta Today, Sunday Times, Nazzjon, Orrizont, Independent 25 May Advert Business Observer 21 June Issue of Tenders Sunday Times, Torca, Mument, Orrizont, Independent 13 August Issue of Tenders Sunday Times, Malta Today, Independent, Torca, Kulhadd, Mument, Illum 16 August Issue of Tenders Times, Orrizont, Nazzjon, Independent 30 August Expression of Interest Times, Orrizont, Nazzjon, Independent 3 September Expression of Interest Sunday Times, Malta Today, Independent, Torca, Kulhadd, Mument, Illum 17, 20 September Expression of Interest Sunday Times, Torca, Kulhadd, Mument, Independent, Malta Today 27 October Advert Times, Torca
Leg 13 PQ #7770 Sitting 166 2018-11-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pittura — ħlas

Question

B’referenza għall-ħlas ta’ €15,000 li sar lill-artist miżżewweġ Ministru u li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Prim Ministru: a. jgħid ta’ xiex sar dan il-ħlas; b. jippreżenta ritratt jew stampa tax-xogħol li sar; c. jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti qabel dan ix-xogħol ġie assenjat lill-artist in kwistjoni; d. jippreżenta kopja tal-ftehim jew kuntratt li sar mal-artist in kwistjoni; u e. jgħid kemm saru ħlasijiet b’kollox lill-artist imsemmi bejn Marzu 2013 u d-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-iStat Malti ilu għal snin shah jixtri xogħolijiet tal-arti minn galleriji tal-arti u minn kollezzjonijiet privati. Dawn ix-xogħolijiet tal-arti, li jirrapreżentaw b’mod wiesa t-talenti tal-komunita artistika lokali, jinxtraw speċikament biex ikomplu jsahhu l-kollezzjoni nazzjonali tal-arti. Tajjeb li l-Onor Interpellant ikun jaf li fost ohrajn jeżistu anki fondi specifici għal dan il-għan, fosthom wieħed imsejjaħ Contemporary Art Fund, amministrat minn Heritage Malta. Fl-ahhar 8 snin permezz ta’ dan il-fond biss inxtraw iktar minn 100 bicca xogħol tal-arti ta’ iktar minn 40 artist bi spiża ta’ madwar €400,000. Dawn ix-xogħlijiet kollha llum jagħmlu parti mill-kollezzjoni nazzjonali tal-arti. Tajjeb ukoll li l-Onor. Interpellant ikun jaf li minhabba n-natura tal-akkwist innifsu, qatt ma kienet il-policy, taht kull amministrazzjoni, li biċċiet tal-arti għall-kollezzjoni nazzjonali, jinkisbu b’sejħiet għall-offerti. Fatt iehor li jidher li l-Onor. Interpellant mhux informat dwaru huwa li qabel ma tinxtara bicca xogħol tal-arti, l-esperti ta’ Heritage Malta jagħtu l-approvazzjoni taghhom kemm f’dik li hija kwalita u anki f’dak li huwa prezz. Hekk sar fil-kaz tal-pittura li qed jaghmel riferenza ghaliha fil-mistoqsija tieghu. Tajjeb li fl-istess hin l-Onor Intepellant ikun jaf li fl-2010 l-istess artist kien magħżul minn Heritage Malta biex itella wirja ta’ xogħolijiet tiegħu fil-Muzew Nazzjonali tal-Arti. Kif inhi l-prassi l-artist dak in-nhar kien anki għadda pittura tiegħu għall-kollezzjoni nazzjonali tal-arti.