Mill-bidu tas-sena 2018 sal-lum, kemm kienet in-nefqa tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) għal safar? Għalxiex sar dan is-safar u kemm-il persuna kienet involuta f’kull safra? Jista’ l-Ministru jagħti break down?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
FSWS – laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swietu lill-Gvern l-attendenza tas-seba’ impjegati tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) li attendew għal-laqgħa tal-European Association of Service Providers for Persons with Disability (EASPD) biex ġabu l-konferma li l-FSWS ġiet aċċettata bħala membru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija hija xejn. L-ispiża kollha ġiet iffinanzjata mill-fondi ewropej, allokati taħt il-European Social Fund għat-taħriġ tal-impjegati, tal-Ministeru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swieħ lill-Gvern il-grilling mill-UNCRPD dwar l-issues tad-diżabilità li sar f’Ġinevra? Kemm kien hemm persuni fid-delegazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi, l-ispejjeż b’konnessjoni mad-djalogu kostruttiv (constructive dialogue), mal-Kumitat tal-Ġnus Magħquda, dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (UN CRPD Committee), waqt l-20 Sessjoni tiegħu ġewwa Ġinevra, u bħala obbligu li kien intrabat bih pajjiżna, li jissottometti ruħu għalih minn żmien għal żmien, meta mitlub mit-tali Kumitat, u li ntrabat bih wara r-ratifika tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’ Diżabilità (UN CRPD), mill-Gvern Malti fl-2012, kienu s-segwenti ;
i. Titjiriet : € 4160.00
ii. Akkommodazzjoni : € 9149.43
iii.
Subsistence Allowance
: € 3994.00 (tali ammont jeskludi flus allokati għall-akkommodazzjoni)
In-nefqa kif dettaljata tkopri delegazzjoni ta’ 11-il persuna. Ir-rakkommandazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ġnus Magħquda, dwar id-Drittijiet tal-Bniedem kienet illi, d-delegazzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu komposti minn madwar ħmistax 15-il ruħ. Dawn il-persuni ġew minn entitajiet differenti, li kienu nvoluti fl-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tul dawn l-aħħar snin, u li ffurmaw Grupp ta’ Ħidma li pprepara għal dan l-eżerċizzju, permezz ta’ ġbir ta’ materjal u statistika, li ġew diskussi mal-Kumitat, wara li aktar kmieni din is-sena, ġew sottomessi kważi 70 paġna ta’ risposti dettaljati, hekk imsejjħa List of Issues, imqajjma mill-Kumitat. Is-sessjonijiet kienu jirrikjedu li, membri tad-delegazzjoni jirrispondu għal aktar domandi simili, ħafna drabi f’ħin ta’ 15-il minuta.
Id-delegazzjoni kienet ukoll komposta minn 2 interpreti, tal-Lingwa tas-Sinjali Maltija (LSM), illi l-ispejjeż kollha b’konnessjoni magħhom ġew imħallsa mill-Ġnus Magħquda, skont il-prassi eżistenti.
Xagħra Għawdex – Pjazza l-Vittorja – flushing tad-drenaġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, min meta tlesta l-proġett ta’ rinnovazzjoni, kemm-il darba sar flushing tad-drenaġġ ġewwa Pjazza l-Vittorja fix-Xagħra Għawdex, xahar b’xahar mil-ewwel ta’ Settembru 2016? Jista’ jikkonferma jekk hemmx xi problemi fis-sistema tad-drenaġġ f'din il-Pjazza? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhuma dawn il-problemi fis-sistema l-ġdida tad-drenaġġ li saret reċentement ġewwa din l-istess Pjazza u x’inhuma l-pjanijiet biex jissolvew?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma marru diversi drabi ġo Pjazza l-Vittorja fix-Xagħra Għawdex sabiex jagħmlu tindif ta’ xaħmijiet oriġinati minn ristoranti li jimblukkaw il-katusi u biex jissiġillaw tappieri għax titla’ riħa kkaġunata mill-ibblukar tax-xaħmijiet.
Barra minn dan ma jirriżultax li hemm xi problema fis-sistema tad-drenaġġ tal-imsemmija Pjazza.
Fit-tabella segwenti hawn dettalji tal-
flushing
tad-drenaġġ li sar:
Ottubru 2016
2
Novembru 2016
2
Diċembru 2016
1
Jannar 2017
4
Frar 2017
1
April 2017
1
Ġunju 2017
2
Lulju 2017
2
Awwissu 2017
1
Settembru 2017
2
Jannar 2018
2
Awwissu 2018
1
Uffiċċju tal-artijiet f’Għawdex – bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba’
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-gvern fl-uffiċċju tal-artijiet f'Għawdex? Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela? Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?
Direttorat Proġetti u Żvillupp – xogħol ta’ bini ta’ lqugħ u tas-sejjiegħ
Question
Tista' l-Ministru tgħid matul l-aħħar tliet snin, u ċjoè mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, kemm sar xogħol ta' bini ta’ ħitan għall-ilqugħ u tas-sejjiegħ mill-ħaddiema tat-Taqsima ta' Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat Proġetti u Żvilupp? F'liema lokalitajiet f'Għawdex sar dan ix-xogħol u kemm kien l-għoli u t-tul ta' dawn il-ħitan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6958, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għadha ma ġietx ikkalkulata l-istima fuq il-bini tal-Iskola Primarja l-ġdida ġewwa r-Rabat Għawdex? Meta hemm ħsieb li tiġi kkalkulata l-istima għall-bini u tlestija ta’ din l-Iskola ġdida Primarja?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istima fuq il-bini u x-xogħlijiet ta' tlestija tal-Iskola Primarja l-ġdida fir-Rabat, Għawdex, hi ta' madwar €9.5 miljuni.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista’ tikber il-firxa tan-network tas-Second Class Water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa? Jista’ jgħid f'liema xahar u sena huma ppjanati li joħorġu t-tenders għal dan il-proġett?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-tenders huma fi stadju avvanzat ta’ ppjanar. Id-dati ta’ meta ħa joħorġu t-tenders jitħabbar fil-ħin opportun.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
In vista tal-istaġun partikolari fejn qed tagħmel iktar xita, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex possibbli li l-bus stop li hemm f’Triq Hompesch il-Fgura fil-parti tal-aħħar ta’ Triq Cottoner tiġi mkabbra u estiża?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Gudja u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Miżura biex persuni li jgħixu barra minn Malta jivvutaw f’Ambaxxati Maltin
Question
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra x'passi qed jittieħdu biex titwettaq il-wegħda elettorali li persuni Maltin li jgħixu barra minn Malta u li għandhom id-dritt tal-vot, jivvutaw f’Ambaxxati Maltin? Jista' jikkonferma jekk il-miżura hix se tiddaħħal fil-ħin biex tkun tapplika għall-elezzjoni li jmiss tal-Membri tal-Parlament Ewropew?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li f'dan l-istadju l-gvern qed jistudja metodi varji dwar it-twettiq ta' din il-miżura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement fil-Fgura u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija u li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Awtorità tal-Ippjanar – investigazzjoni rigward struttura ta’ coffee shop
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7351, rigward struttura ta’ coffee shop maġenb il-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar liema struttura ma tirrispettax il-permess hekk kif ġie approvat, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar rigward dan l-istess coffee shop li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li rigward il-coffee shop imsemmi, wara li saret spezzjoni minn uffiċċjali tal-Awtorità, ġiet innutata diskrepanza mill-permess maħruġ peress li l-area approvata għat-tqegħid tal-imwejjed u siġġijiet ġiet spostjata. Skont il-proċeduri stabbiliti, l-applikant issottometta applikazzjoni għal tibdil minuri tal-permess lill-Awtorità biex jiġi sanzjonat l-iżvilupp kif sar. L-Awtorità tieħu azzjoni ulterjuri wara li tittieħed deċiżjoni fuq din l-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward post ta’ housing peress li ilha sitt snin li applikat għall-post?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-każ imsemmi qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa, bħal kull każ ieħor.
Tista’ l-Ministru tispjega x’miżuri qed jittieħdu fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking, u jekk s’issa ġietx identifikata l-entità pubblika f’Malta li se tkun responsabbli għall-infurzar ta’ dan ir-regolament?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza mhuwiex il-Ministeru responsabbli għad-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Unjoni Ewropea numru 2018/302 tat-28 ta’ Frar 2018 dwar il-geo-blocking.
B’referenza għar-risposta parlamentari 7560, jista’ l-Ministru jgħid x’taħriġ ingħata lill-pulizija li jaħdmu fis-Servizz ta’ Emerġenza 112 f’dawn l-aħħar sentejn, biex ikunu jistgħu jgħinu b’mod professjonali lill-familji vulnerabbli li jagħmlu użu minn dan is-servizz tant importanti? Fuqiex kien jikkonsisti dan it-taħriġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-membri tal-pulizija li jaħdmu fis-servizz ta’ Emergenza 112 huma uffiċjali illi qabel ma bdew jaqdu dan id-dover kienu diġà jagħmlu xogħol relatat bħala Membri tal-Korp stazzjonati fil-Control Room tal-Pulizija. Dawn huma uffiċjali li minħabba n-natura ta’ xogħolhom huma diġà konxji mal-assistenza li trid tingħata lil dawk li jirreferu għal dan is-servizz, meta jkun hemm il-bżonn.
Eżamijiet għall-postijiet ta’ Uffiċjali Eżekuttivi, Principals u Senior Principals
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2978, li kienet dwar ingaġġ ta’ Senior Principals, fejn mit-tweġiba għaliha jirriżulta li sal-15 ta Jannar 2018 kienu ġew ingaġġati 89 Senior Principals, u b'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7315 li mit-tweġiba għaliha jirriżulta, li sat-28 ta' Ottubru 2018 kienu ġew ingaġġati 80 Senior Principals, u peress li minn dawn it-tweġibiet jirriżulta li bejn Jannar u Ottubru tal-istess sena kien hemm differenza (tnaqqis) ta’ 9, meta wieħed kien jistenna li ta’ lanqas in-numru, jekk ma jiżdiedx, kellu jibqa’ l-istess, jista' l-Prim Ministru jgħid liema hi l-figura t-tajba?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-ewwel 89 li ġew ingaġġati għall-grad ta’ Senior Principal fuq l-ordni tal-mertu tar-rizultat inħatru 80. Dan wara li numru ta’ kandidati, għal raġuni personali tagħhom għazlu li jirrifjutaw il-hatra, ohrajn għażlu li jibqgħu fuq l-ordni tal-mertu sal-validita tar-rizultat u iehor jinsab pendenti quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Dwar dati, nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 7443.
Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi – Ħal Far – duħħan abjad
Question
B'referenza għar-rapporti li dehru f'dawn l-aħħar ġranet b’mod partikolari fil-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali u li nġabu għall-attenzjoni tal-Awtorità dwar duħħan bajdani fiż-żona ta’ Ħal Far, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi fiż-żona ta’ Ħal Far? Jekk saru jista’ jgħid minn fejn kienet qiegħda toriġina? Jista’ jgħid x'irriżulta li kienet din is-sħaba? Ittieħdu passi ulterjuri mill-Awtorità rigward is-sors ta’ din id-daħna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet rapporti dwar duħħan abjad fiż-żona ta’ Ħal-Far, li wara stħarriġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rriżulta li kien ħiereġ miċ-ċumnija ta' faċilità privata.
Uffiċjali mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi spezzjonaw din il-Faċilità iktar minn darba f’dawn l-aħħar ġimgħatejn, fejn ġie kkonfermat li dan id-duħħan abjad hu filfatt fwar iġġenerat mill-proċess tal-produzzjoni tat-tarmac. L-Awtorità ġiet infurmata li f’dawn l-aħħar ġimgħat din il-faċilità qiegħda taħdem lejl u nhar sabiex jilħqu mad-domanda tat-tarmac minħabba d-diversi xogħolijiet fit-toroq fil-gżejjer Maltin. Dan il-fwar huwa parti mill-proċess tal-ġenerazzjoni tat-tarmac u ma jikser ebda regolament, għaldaqstant ma kienx hemm il-ħtieġa li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi tieħu passi ulterjuri.