Għawdex — Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp - Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni - impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena, kemm kien hemm impjegati tat-taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat għall-Proġetti u Żvillupp li ġew mislufa lill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Ma' liema kunsilli lokali kienu mislufa? X'xogħol kienu qed jagħmlu lil dawn il-kunsilli lokali u x'inhu l-grad ta' dawn l-impjegati?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 7797 - Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp - Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni - impjegati.pdf
Ministeru għal Għawdex — Dipartimenti u entitajiet - impjegati
Question
Tista' l-Ministru tgħid minn Ottubru 2015 sal-lum, maqsmum sena b'sena, kemm kien hem impjegati f'kull Dipartiment u entità li taqa' fid-dekasteru tagħha li rtiraw, ġew boarded out jew li l-impjieg tagħhom intemm għal xi raġuni jew oħra? F'kull każ, x'kien il-grad u kemm kienet l-età tal-impjegati meta ntemm l-impjieg tagħhom?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 7798 - Dipartimenti u Entitajiet - Impjegati.pdf
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 727 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 122, jista’ l-Ministru jgħid f'kull każ imsemmi kif l-ammont ġie varjat u b'kemm?
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 362 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru u s-Segretarju Parlamentari bejn l-2014 u l-2016 kienet kif ġej ;
- Nefqa fuq fuel għall-karozza Ministerjali tal-Onorevoli Marie Louise Coleiro Preca, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Ewwel ta’ April 2014, kienet ta’ €551.16ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Michael Farrugia, Ministru għall-Familja u Solidarjeta` Soċjali kienet ta’ €7,183.34ċ.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Franco Mercieca, Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, mill-Ewwel ta’ Jannar 2014 sa l-Għoxrin ta’ Marzu 2014, kienet ta’ €578.
- Nefqa fuq fuel għall-Karozza Ministerjali tal-Onorevoli Justyne Caruana, Segrtarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita` u Anzjanita` Attiva, kienet ta’ €3,932.46ċ.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 360 u jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, għar-risposta ta’ mistoqsija parlamentari 4653.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 214 u tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li wara Marzu 2013 ma ngħata l-ebda xogħol legali jew ġew mitluba konsulenzi mill-Gozo Channel Company Ltd [u aktar tard mill- Gozo Channel (Operations) Ltd] mill-Avukata jew mid-ditta legali msemmija.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – konsulenzi mogħtija b’direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 133 u jgħid min huma l-persuni/kumpaniji/partnerships li ngħataw kuntratt jew appointment ta' konsulenza mill-11 ta' Marzu 2013 sal-lum mill-Ministeru, id-Dipartimenti jew entitajiet pubbliċi li hemm fi ħdanu permezz ta' direct order? X'kien ix-xogħol li ġew mitluba jagħmlu għal kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza? X'inhu l-valur ta' kull kuntratt jew appointment ta' konsulenza?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ta’ min jgħid li dawn id-
direct orders
ingħataw skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid id-data u fejn ġie ppubblikat il-kodiċi dwar il-kondotta li kull membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, iċ-Chairperson Eżekuttiv, chairpersons, Diretturi u uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mistennija li jsegwu fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar kif il-Ministru hu obbligat li jagħmel skont l-artikolu 32 (2) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmi kodiċi dwar il-kondotta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li bħala impjegati pubbliċi, kull membru tal-Awtorità tal-Ippjanar, iċ-Chairperson Eżekuttiv, Chairpersons, Diretturi u uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar huma mistennija li jsegwu l-Kodici ta’ Etika li hemm fl-Ewwel Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, fil-qadi tal-funzjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aħħar dikjarazzjonijiet tal-assi li saru mill-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar kif inhuma obbligati li jagħmlu skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid meta saru dawn id-dikjarazzjonijiet tal-assi u meta ġew ippreżentati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li dawn id-dikjarazzjonijiet ma humiex intiżi li jkunu pubbliċi iżda jsiru għal l-iskrutinju tal-Awditur Generali hekk kif spjegat fil-linji gwida magħmula mill-Ministru u preżentati fir-risposta tal-PQ 7439.
Awtorità tal-Ippjanar — proċedura stabbilita dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-proċedura stabbilita minnu bħala Ministru dwar id-dikjarazzjonijiet tal-assi li huma obbligati li jagħmlu l-Membri tal-Kunsill Eżekuttiv, tal-Bord tal-Ippjanar, tal-Kummissjoni u tad-Diretturi fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar skont l-artikolu 32 (1) tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Kap. 552 tal-Liġijiet ta' Malta)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-proċedura hija dik indikata fid-dokument li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jagħti d-data meta l-Aġenzija għall-Infrastruttura Malta u/jew l-Awtorità għat-Trasport f'Malta ser ilestu x-xogħlijiet ta' bini u għoti ta' wiċċ lill-aħħar parti ta' Triq Josef Kalleya fis-Swieqi u ċjoè dik il-parti tal-imsemmija triq li għadha s'issa qatt ma nbniet u qatt ma ngħatat wiċċ, minkejja li fiha jgħixu r-residenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, fil-ġimgħat li għaddew din l-aġenzija li twaqqfet fis-sajf diġa ħabbret l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. Sejħiet oħra għax-xogħol meħtieġ għall-bini ta’ aktar toroq madwar il-pajjiż ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7265 u jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija Identità Malta, inkluż id-data, il-valur, l-isem tal-persuna u l-isem tal-kumpanija li lilha ngħatat, mis-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta – infiq fuq reklam fil-pubblikazzjoni "Indian Express — Special Edition about Malta"
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pubblikazzjoni "Indian Express - Special Edition about Malta" li għalih l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta ħallset l-ammont ta' GBP 18,000 għal reklam fl-istess pubblikazzjoni? Jista' l-Prim Ministru jpoġġu fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura u/jew talba għal ħlas mibgħuta lill-Aġenzija dwar Visa u Residenza f'Malta dwar l-imsemmija pubblikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-taghrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ninsab nfurmat ukoll li l-hlas kien jammonta ghal £ 13,000 u mhux £18,000 kif deher bi żvista.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hawn Malta għandniex National Geological Survey nazzjonali bħala organizzazzjoni permanenti li tagħti pariri lill-Gvern dwar il-ġeoloġija tal-pajjiż? Jekk le, għaliex hawn Malta bqajna l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea mingħajr dan is-servizz?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Sa mis-snin disgħin l-entita responsabbli mit-tiftix għaż-żejt bdiet tassumi r-rwol ta’ Geological Survey. Illum il-Continental Shelf Department huwa membru tal-Euro Geo Surveys li jirraprezenta il-Geological Surveys tal-Ewropa. Fl-1993, id-Dipartiment għat-Tiftix għaż-Żejt kien ippublika l-mappa ġeoloġika ta’ Malta u s-sena li għaddiet din il-mappa inqalbet f’format diġitali u tista tinkiseb b’xejn minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment. Id-Dipartiment qed jieħu sehem f’żewġ proġetti tal-Ewropa bħala parti minn konsorzju magħmul mill-Geological Surveys tal-Ewropa: Proġett Emodnet u flimkien mal-Energy and Water Agency fil-proġett GeoERA.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid min huma l-konsulenti relatati mat-tfittix taż-żejt ingaġġati mill-Gvern minn April 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? X'inhu l-ħlas ta' dawn il-konsulenti għas-servizz li jagħtu? Xi kwalifiki akkademiċi relatati mat-tħaffir għaż-żejt kif ukoll esperjenza f'dan il-qasam għandu/għandha kull konsulent? Kif ġew ingaġġati dawn il-konsulenti, b'interview jew abbażi ta' postion of trust? Għal kemm tul ta' żmien sar kull kuntratt ma’ kull konsulent ingaġġat? X'kienu r-riżultati miksuba minn kull konsulent fir-rigward tal-konsulenza li qed jagħti/tagħti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.. Ngħarraf lill-Onor Interpellant li numru minn dawn il-konsulenti ilhom ingaġġati fuq xogħol relatat mal-Continental Shelf Department sa minn qabel l-2013.
Peress li qabel il-kumpanija tat-Trasport Pubbliku, il-Malta Public Transport, ġiet trasferita lil Autobus De Leon, jekk passiġġier kien jixtri biljett ta' €1.50, kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa, kien jista’ jagħmel ġurnata jivjaġġa bil-karozza tal-linja, illum, jekk tixtri biljett minn fuq tal-linja bl-istess prezz, kemm tista’ ddum tivjaġġa bih? Jista’ l-Ministru jgħid illum hemm differenza fil-prezz tal-biljett bejn is-sajf u x-xitwa?
Response (BORG, IAN)
Nibda billi niċċara li ix-xebħ li qiegħed jagħmel l-Onorevoli Interpellant għar-rigward it-tarriffi tat-trasport pubbliku hekk kif kienu japplikaw qabel Lulju 2015 u wara mhux korret. U dan minħabba li l-istruttura tan-nollijiet kien inbidel.
Waħda mill-miri ta’ dan il-gvern meta kien qiegħed jiġi mfassal il-kuntratt il-ġdid tat-trasport pubbliku bi skeda kien li kemm jista jkun jieħu miżuri sabiex jitnaqqas il-ħin tat-traġit tal-karrozza tal-linja. Waħda min dawn il-miżuri kienet li jitnaqqas il-ħin li passiġġier jieħu biex iħallas in-noll sabiex jagħmel użu mis-servizz tal-karrozzi tal-linja. Dan il-għan intlaħaq bl- introduzzjoni ta’ Transport Card magħrufa aħjar bħala Tallinja Card fl-Lulju ta’ 2015 fejn permezz ta sempliċi swipe tal-card passiġġier iħallas in-noll tal-vjaġġ. Din il-mizura kienet ta’ suċċess tant li llum il-fuq minn 80% tal-vjaġġi jsiru permezz tal-użu tal cards.
Kull minn juża il-card biex jivjagga il-prezz ta’ sagħtejn vjaġġar jiswa hekk kif ġej:
· Tfal bejn l-eta ta erbgħa u għaxar snin, anzjani (minn 60 sena il-fuq) kif ukoll persuni b’disabilita li għandhom il-
Blue Badge
jew
Disabled Special Identity Card
iħallsu €0.25 sa massimu ta’ €0.50 kull jum u massimu ta’ €2.00 fil-ġimgħa;
· Persuni li għandhom l-eta ta bejn il-ħdax u is-sittax il-sena kif ukoll persuni li qegħdin jistudjaw b’mod full time jħallsu €0.75 sa’ massimu ta €21.00 fix xahar jew inkella €55.00 f’90 ġurnata;
· Persuni bejn l-etajiet ta 17 u 59 sena iħallsu €0.75 sa massimu ta €26.00 fix -xahar.
Biex jiddisinċentiva persuni milli jħallsu n-noll direttament fuq il-karozzi tal-linja, il-prezz li wieħed irid iħallas huwa għola jiġifieri €1.50 fix-xitwa u €2.00 fis-sajf. Dan il-biljett jintitola il-passiġġier għal vjaġġ wieħed ta’ sagħtejn .
Malta Public Transport – regolatur tat-trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-regolatur tat-trasport pubbliku hux jivverifika li x-xufiera barranin li qed jiġu ngaġġati mal-Malta Public Transport ikunu kapaċi jitkellmu sew bil-lingwa Ingliża? Kien hemm istanzi fejn wara spezzjonijiet mir-regolatur tat-trasport pubbliku nstabu xufiera barranin li kienu ingaġġati mill-kumpanija tat-Trasport Pubbliku li ma kenux jafu jitkellmu sew bl-Ingliż? X'passi ttieħdu f'dawn l-istanzi mir-regolatur fil-konfront tal-kumpanija Malta Public Transport?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn spezzjonijiet li jsiru minn uffiċċjali ta’ Transport Malta jirriżulta li meta xufier ma jkunx kapaci jikkomunika bil-Malti jew bl-Ingliż jittieħdu provvedimenti kif kontemplat fil-kuntratt.
Ninsab infurmat li l-operatur tat-trasport pubbliku, minn żmien għal żmien, jorganizza korsijiet fl-Ingliż bażiku sabiex jgħin lix-xufiera jikkomunikaw aħjar bl-Ingliż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera ta' coaches u karozzi tal-linja ta' nazzjonalità barranin li jiġu jaħdmu hawn Malta jkollhom liċenzja simili maħruġa f'pajjiżhom ikunu jistgħu jibdew jaħdmu b’mod immedjat jew ikunu jridu jagħmlu xi kors ma' Transport Malta? Kemm idum dan il-kors? Xufiera oħra barranin li jiġu jaħdmu ma’ kumpaniji oħra privati, jingħataw l-istess trattament?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont il-leġislazzjoni Sussidjarja 65.18, Regolament numru 5, kwalunkwe persuna tista`, sa perjodu ta’ sena, issuq f’Malta vettura skont il-liċenzja maħruġa lilha ġewwa pajjiżna. Sabiex persuna tkun tista` ssuq vetturi għal ġarr tal-passiġġieri minbarra l-liċenzja tas-sewqan Kategorija D, jew dik ekwivalenti, irrid ikollha wkoll dak li huwa magħruf bħala ċ-ċertifikat ta’ kompetenza professjonal (CPC). Dan iċ-ċertifikat ikun jista jinkiseb wara li l-kandidat jattendi għall-kors u jgħaddi mill-eżami fl-aħħar tal-kors. Sabiex jinħareġ il-permess ta’ xufier (Tag), li allura tippermetti lil dik il-persuna ssuq dawn it-tip ta’ vetturi, l-applikant irrid ikollu kondotta nadifa, liema kondotta tkun trid tiġi miġjuba kemm minn Malta kif ukoll mill-pajjiż tal-oriġini tal-applikant. Fl-aħħar issir “assessment” tal-ħiliet tal-applikant f’dak li għandu x` jaqsam ma’ sewqan ta’ vetturi tat-trasport pubbliku. Huwa wara li l-applikant jissoddisfa dawn il-kriterji li tkun jista` jinħareġ il-permess ta’ xufier (Tag).
Dan il-provediment japplika għal kulħadd l-istess.