Malta Public Transport – depot/interchange – faċilitajiet sanitarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'kull depot/interchange tal-Malta Public Transport hemmx il-faċilitajiet sanitarji neċessarji kollha hekk kif stipulat fil-Collective Agreement bejn il-ħaddiema u l-Malta Public Transport? Fin-nuqqas ta' dan, x'passi ttieħdu/se jieħu mir-regolatur fil-konfront tal-operatur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tikkonċerna direttament lill-Malta Public Transport Services Ltd li hija kumpanija privata. Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli li tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm enforcement officers impjegati ma' Transport Malta, sena b'sena, mill-2012 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant kif waqt li fl-2013 kienu biss 11-il uffiċjal fi ħdan l-Awtorita’ responsabbli mill-infurzar u mmangjar ta’ traffiku f’Malta u Għawdex kollha, illum Transport Malta ghandha 114 il-persuna sabiex jassistu fl-immanigjar tat-Traffiku, jasisstu l-għexieren ta’ xogħolijiet fuq toroq li għaddejjin madwar il-pajjiż, jinfurzaw madwar il-pajjiż kollu inkluż bit-taqsima tal-clamping u muturi, kif ukoll jagħtu servizz lil privat bi ħlas fuq xogħolijiet li jkunu qed isiru fuq siti ta’ kostruzzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati enforcement officers ma’ Transport Malta, xahar b'xahar, minn Lulju 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u minn liema lokalitajiet ġejjin? Xi proċedura ntużat biex iddaħħlu dawn l-enforcement officers, saret call pubblika jew intużat xi proċedura oħra? Jekk saret l-interview, min kien fuq il-bord ta' dawn l-interviews? X'kienu r-requirements biex jiddaħħlu l-enforcement officers?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess u l-proċedura li ntużat biex jiġu inġaġġati l-enforcement officers hija bħal kull vacancy oħra billi inħarġet seħja pubblika u saru l-interviews mill-interviewing board magħmul minn tlett persuni. Ġew impjegati 71 enforcement officers ma’ Transport Malta minn 28 lokalita’ differenti. Ir-requirements mitluba biex jiddaħħlu l-enforcement officers huma dawn li ġejjin; Liċenzja tas-Sigurtà kif maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija u Ċertifikat Mediku li wieħed jinsab tajjeb biex jassumi r-responsabbiltajiet. Li persuna jkollha ħiliet ta'komunikazzjoni tajbin kemm verbali u kif ukoll bil-kitba bl-Ingliż u bil-Malti. Ġiet mitluba l-kondotta nadifa tal-Pulizija, iċ-Ċertifikat tal-Ewwel Għajnuna fuq il-post tax-Xogħol u ċ-Ċertifikat tal-Fire Fighter u l-Prevenzjoni kontra n-Nar. Tajjeb li wieħed jkollu wkoll il-Liċenzja tat-trailers (kategorija B+E).
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati ma' Transport Malta li preżentement huma sospiżi? Jekk fil-fatt hemm, dawn qegħdin sospiżi bla paga, b'nofs paga jew b'paga sħiħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm żewġ impjegati sospiżi b’nofs paga.
Transport Malta – Enforcement officer – fixed point
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għal kemm tul ta' ħin huwa fixed point għal enforcement officer ta' Transport Malta waqt li jkunu għaddejjin xogħlijiet ta’ toroq jew meta għal xi raġuni jew oħra ikun hemm diversion tat-traffiku jew tingħalaq triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tul ta’ ħin huwa stabbiliet skond l-eżiġenzi tal-mument tax-xogħolijiet u proġetti diversi, filwaqt li l-Awtorita` dejjem tieħu ħsieb li tkun konformi sew man-normi, kif ukoll mal-liġijiet li jħarsu s-saħħa u sigurta’ fuq il-post tax-xogħol.
Peress li meta persuni ġodda jiġu impjegati bħala enforcement officers ma’ Transport Malta u jiġu impjegati fil-grad ta' Assistant Enforcement, hemm xi perjodu ta' żmien biex dawn jogħlew fil-grad u jsiru enforcement officers u senior enforcement officers? Jista’ jikkonferma jew jiċħad li f'każ ta' dawn il-promozzjonijiet, is-seniority qiegħda tiġi injorata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm l-ebda perjodu stabbiliet sabiex wieħed jitla’ għal grad ta’ Enforcement Officer jew ta’ Senior Enforcement Officer.Kull promozzjoni ssir skont kriterji li jkopru firxa wiesa ta’ aspetti li għandhom x’jaqsmu max-xogħol u d-dmirijiet li jkunu mistennja jwettqu dak maħturin.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fil-preżent kemm hemm persuni u immigranti rregolari fiċ-Ċentri Miftuħa? Jista’ jindika fejn huma mqassma u ta’ liema nazzjonalità huma?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni? Jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna l-persuni u l-immigranti rregolari li preżentement huma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li preżentament sas-6 ta’ Novembru 2018, il-popolazzjoni ġewwa Safi Barracks hija ta’ 11-il persuna.
Id-data tal-wasla hija li ġej :
11 ta’ Ottubru 2017 persuna waħda
10 ta’ Jannar, 2018 2 persuni
5 ta’ Mejju 2018 persuna waħda
13 ta’ April 2018 persuna waħda
8 ta’ Awwissu 2018 2 persuni
15 ta’ Settembru, 2018 persuna waħda
23 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda
30 ta’ Ottubru 2018 persuna waħda
6 ta’ Novembru 2018 persuna waħda
Tajjeb li wieħed jgħid li uffiċjali tad-Detenzjoni jipparteċipaw f’xogħol ieħor biex jassistu l-AWAS u anke xogħol ieħor fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux ser tiċċaqlaq minn fejn qiegħda u tinbena oħra? Jekk iva, meta huwa previst li ser tinbeda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan is-suġġett, bl-aħħar tweġiba f’Mejju ta’ din is-sena, nikkonferma li l-għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn mhux ser tibqa’ fejn kienet u ser tinbena oħra flokha f’sit fejn diġà hemm il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol tal-bini hu previst li jinbeda malli l-proċessi ta’ tendering li diġà bdew, jintemmu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-time job? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi ta’ part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sa l-aħħar ta’ Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.
P
ersuni li jaħdmu fuq bażi ta'
part-time
f'Malta u Għawdex
Part-timers
li għandhom xogħol
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi
part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Ġunju 2018
18,158
9,080
27,238
15,116
20,748
35,864
33,274
29,828
63,102
It-tabella t’hawn taħt turi l-għadd ta’ nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta’ 61 sena `l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f’Malta u Għawdex, sal-aħħar ta' Ġunju 2018.
Età
Part-timers
li għandhom xogħol
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi
part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
61
56
205
261
295
97
392
351
302
653
62
44
172
216
219
217
436
263
389
652
63
37
104
141
226
325
551
263
429
692
64+
56
478
534
1,431
4,070
5,501
1,487
4,548
6,035
Total
193
959
1,152
2,171
4,709
6,880
2,364
5,668
8,032
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħadet l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) mill-bidu tal-2017 sad-data meta tiġi mwieġba din id-domanda fir-rigward ta’ tagħrif allegatament qarrieqi tal-Volkswagen għar-rigward ta’ vetturi mibjugħa minn din id-ditta lill-konsumaturi Maltija dan ukoll fid-dawl ta’ rapport li deher fil-media lokali fejn skont tagħrif miġbur mill-Unjoni Ewropea, minn total ta’ 774 vettura f’Malta, ftit iżjed minn nofs ġew irranġati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn Jannar 2017, id-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur kellu 6 laqgħat mar-rappreżentanti tad-ditti li jiffurmaw il-Grupp Volkswagen u dan sabiex tittieħed l-azzjoni neċessarja fi sforz biex il-karozzi effetwati minn din ir-recall issirilhom il-fix neċessarja ħalli jiġu konformi mar-regolamenti neċessarji. Id-Direttorat ordna lir-rappreżentanti tad-ditti sabiex jikkunttatjaw lill-klijenti tagħhom biex isir ix-xogħol meħtieġ. Kienu ordnati wkoll sabiex jikkuntattjaw lil Transport Malta sabiex jintlaħqu wkoll dawk il-karozzi li jiġu impurtati muhx min continental cars limited. Dawn jinkludu individwi li jimpurtaw karozzi ghal uzu personali kif ukoll dealers tal-karozzi second hand. Id-Direttorat regolarment jesiġi lill-Grupp Volgswagen biex iżommu aġġornat bis-sitwazjoni.
Matul l-2017, l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-istess Awtorita’, ingħaqad f’azzjoni koordinata tan-Network tal-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi f’livell Ewropew fejn matul din l-azzjoni l-Grupp Volkswagen ġie mitlub iħaffef il-proċess fejn il-karozzi affettwati jsirulhom it-tibdiliet neċessarji. Fil-bidu tal-azzjoni l-Grupp Volkswagen kienu qablu li jkomplu joffru dawn it-tibdiliet b’xejn sas-sena 2018, nħolqot miżura msejħa Trust Building Measure u bdiet ukoll tingħata aktar informazzjoni dwar it-tibdiliet permezz tal-websajt tad-ditti konċernati. Wara aktar negozjati l-Grupp Volkswagen ikkommettew ukoll li jkompu joffru t-tibdiliet neċessarji b’xejn sas-sena 2020 minħabba li kien għad hemm numru ta’ karozzi li kien għadu ma sarilhomx l-upgrade.
Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp – taqsima tal-kostruzzjoni u manutenzjoni — ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema fit-Taqsima tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti u Żvilupp? X'inhu l-grad tagħhom? Kif inhuma mqassma dawk fuq il-lantijiet tax-xogħol barra, x’inhu l-grad tagħhom u x'tip ta' xogħol jagħmlu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra
Ministeru għal Għawdex – tibdil fl-isem tad-Direttorat tal-Customer Services
Question
Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għaliex inbidel l-isem tad-Direttorat tal-Customer Services li jaqa' fid-dekasteru tagħha? X'inhu l-isem il-ġdid tiegħu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru kkumissjoni lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.
Servizz ta’ Medjazzjoni għall-Koppji bi Problemi fiż-Żwieġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-Servizz ta’ Medjazzjoni għall-Koppji bi Problemi fiż-Żwieġ tagħhom? Kemm kien hemm koppji f’dawn l-aħħar tliet snin li rrikorrew għal dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-Servizz tal-‘Co-parenting’ huwa servizz illi beda jiġi offrut mis-sena 2017, mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, bil-għan illi jrawwem lill-ġenituri li għaddew, jew għaddejjin minn proċess ta’ separazzjoni, jew divorzju, b’ħiliet prattiċi fit-trobbija ta’ uliedhom. L-iskop ta’ dan il-programm huwa, li jgħin lill-ġenituri jiffaċċjaw l-isfidi marbuta mas-separazzjoni, kemm bħala individwi, kif ukoll bħala ġenituri.
Il-programm jindirizza temi speċifiċi bil-għan li, l-interessi tat-tfal ikunu dejjem imħarsa. Waħda mill-akbar sfidi li ħafna ġenituri jiltaqgħu magħha, hija dik ta’ kif itejbu l-komunikazzjoni mal-ġenitur l-ieħor, bil-għan li l-interessi u l-bżonnijiet tat-tfal, dejjem jitqiesu bħala prijorità.
Il-programm huwa mifrux fuq sitt ġimgħat, fejn ikun hemm sitt laqgħat ta’ tlett siegħat-il waħda, mmexxija minn professjonisti mħarrga fis-settur. Iż-żewġ ġenituri jattendu f’żewġ gruppi separate, bil-għan illi jħossuhom aktar liberi jitkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom.
Minn meta beda dan is-servizz, fis-sena 2017, kien hemm 57 ġenitur illi għamel kuntatt mal-ħaddiema li jieħdu ħsieb dan is-servizz u 88 ġenitur ieħor illi għamlu kuntatt fis-sena 2018. Minn dawn, kien hemm 70 ġenitur illi għaddew mill-fażi ta’ screening u 39 illi temmew il-kors b’suċċess. Hemm ukoll 18-il ġenitur ieħor illi bħalissa qegħdin jattendu l-kors. Fil-maġġoranza tal-każi, ġenitur wieħed biss jattendi għal dan il-kors, madanakollu, kien hemm 15-il każ fejn attendew iż-żewġ ġenituri.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-ġenituri li huma intitolati għal Childcare Centres mingħajr ħlas? Fejn huma allokati ċ-Childcare Centres f’pajjiżna? Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jagħmlu użu minn dawn iċ-Ċentri?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk il-ġenituri li qegħdin fix-xogħol, edukazzjoni jew taħriġ huma intitolati taħt l-iskema ta’ childcare b’xejn.
Il-lista ta’ ċentri tista’ tiġi aċċessata minn din il-link https://education.gov.mt/en/Pages/Free-Childcare.aspx
Matul din is-sena, sal-aħħar ta’ Ottubru kien hemm 6,287 tifel u tifla li bbenefikaw minn din l-iskema.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jiddentifika l-professjonisti li jaħdmu fil-Crisis Intervention Team? Jista’ l-Ministru jgħid meta dan is-servizz tant importanti se jibda jingħata 24 siegħa kuljum? Meta se jibdew isiru home visits għand il-familji ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali qabel ma jiġi deċiż li l-persuna involuta tittieħed f’Sptar Mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Dipartiment tal-Psikjatrija joffri sapport 24 siegħa kuljum lid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei. Dan is-sapport jikkonsisti minn psikjatri li mbghad jinvolvu persuni minn speċjalizazzjonijiet oħra skont il-bżonnijiet u n-natura tal-każ partikulari. Servizzi addizzjonali qed jiġu kkunsidrati fil- Mental Health Strategy Consultation Document.
Ix-Xewkija — area tal-Ħofra - xogħol ta' kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-area tal-Ħofra ġewwa x-Xewkija fejn preżentement qiegħed issir ix-xogħol ta' kostruzzjoni:
a. min se jkun responsabbli mit-tqassim/allokazzjoni ta' spazju għall-SMEs f'dan il-park;
b. min huma d-ditti jew kumpaniji li ntgħażlu s'issa biex jingħataw spazju f'din l-area;
c. x'kriterji se jkun hemm għal min se jkun eleġibbli li jista' japplika għal post f'dan il-park; u
d. xi ħlas se jkun mitlub iħallas min se japplika għal post f'dan il-park għall-SMEs f'Għawdex?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-proċess t'allokazzjoni ta' spazju għall-SME's f'dan il-park għadu għaddej u qiegħed jitmexxa mill-Korporazzjoni Malta Enterprise skond kriterji stabiliti fl-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji.
Inkwantu għar-rati tal-kera dawn ġew stabiliti wara ezerċizzju ta’ cost benefit analysis liema ezerċizzju jifforma parti minn analizi u studji oħra kif huma rikjesti waqt il proċess tal- applikazjoni għall proġetti ta’ ko-finazjament mill fondi Ewropej.