Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw sentenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22815, 22635 u 22520 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess ta' kull persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih kienet qed tinżamm?
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — persuni li mietu waqt li kienu qed jiskontaw senrtenza ta' priġunerija jew detenzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22816 u 22636 u jgħid, sena b'sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il persuna mietet waqt li kienet qed tiskonta sentenza ta' priġunerija jew detenzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta) iżda li l-mewt tagħha seħħet f'post ieħor li mhux il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u/jew f'xi post jew bini ieħor li hu dikjarat jew li jitqies li hu ħabs skont id-disposizzjonijiet tal-artikolu 3 tal-Att dwar il-Ħabs (Kap. 260 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-età u s-sess tal-persuna, x'kienet il-kawża tal-mewt ta' kull persuna u l-post jew bini li fih seħħet il-mewt tal-persuna?
Jista’ l-Ministru jieħu l-azzjoni neċessarja biex il-kajjik li hemm fi Triq il-Pwales, San Pawl il-Baħar u li fuqu saru diversi rapporti, jitneħħa minn din l-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li Transport Malta rċiviet rapport dwar dan il-kajjik u saru l-investigazzjonijiet neċessarji. Fil-ġranet li ġejjin dan il-kajjik ser ikun inkluż f’avviż fil-Gazzetta tal-Gvern. Jekk wara numru ta ġranet kif stipulat fil-ligi dan ma jitneħħiex mis-sid, Transport Malta tibda l-proċeduri ta’ tneħħija min naħa tagħha.
SAN PAWL IL-BAĦAR — ĦIDMA BIEX JISSEWWA IN-NETWORK TAD-DRENAĠĠ
Question
B'referenza għall-komunikazzjoni li ħarġet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fit-8 ta' Novembru, 2021, bit-titlu : ĦIDMA BIEX JISSEWWA IN-NETWORK TAD-DRENAĠĠ F’SAN PAWL IL-BAĦAR, tista' l-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli tagħti dettalji dwar fiex jikkonsisti l-pjan tal-Korporazzjoni msemmi fl-istess komunikazzjoni? Fiex ser ikun qed jikkonsisti l-investiment għal titjib fis-servizz biex jilqa’ għad-domanda preżenti u tal-futur?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li żviluppaw ħsarat maġġuri fuq ir-rising mains li jitilgħu mill-Pumping Station tax-Xama ġewwa San Pawl il-Baħar fil-limiti tal-iskola primarja, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma bdiet proċess ta’ tiswija ta’ emerġenza.
Bħala parti mill-Business Plan tal-Korporazzjoni mħabbar is-sena l-oħra, din iż-żona ingħatat priorita minħabba iż-żieda fid-domanda reġistrata matul l-aħħar 15 il-sena. Beda l-ivettjar intern ta’ proġett ta’ mina tad-drenaġġ b’tul ta’ 2 kilometri.
Dan ix-xogħol ser jadotta metodoloġija ‘trenchless’ biex b’hekk jitnaqqas l-inkonvenjent lir-residenti u t-traffiku fl-akwati. Erba ‘pumping stations’ ser ikunu qed jitfgħu direttatment ġo din il-mina u għaldaqstant ma’ dan il-proġett ser jinbidlu ukoll numru ta’ ’rising mains’ biex b’hekk ikollna sistema iktar effiċjenti u sostenibli. Wara li din is-sistema tibda’ topera, ser isir renovar tal-mejnijiet antiki fi Triq San Pawl permezz ta’ ‘lining’ intern tas-sistema eżistenti. Din l-istess teknoloġija ser tkun adottata ukoll fuq il-mejnijiet eżistenti fit-Telgħa tax-Xemxija.
Jista' l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet, xahar b'xahar, dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021 liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi?
Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet hemm ippjanati f'Wied Baqqija, Ħaż-Żebbuġ u liema entità qiegħda twettaq dawn ix-xogħlijiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata Infrastructure Malta dalwaqtt tlesti xogħlijiet li għamlet fuq is-servizzi tad-distribuzzjoni tal-ilma u kisi tal-wiċċ bil-konkos.
Għajnsielem – Triq Sant Antnin – xogħlijiet – perit u inġinier
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Perit u l-Inġinier (isem u kunjom) li kienu inkarigati mill-Ministeru u li għadhom inkarigati fuq il-proġett u x-xogħlijiet ta' Triq Sant Antnin f'Għajnsielem?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm tim tekniku sħiħ li hu inkarigat mix-xogħlijiet kif jobbliga il-kuntratt. It tim tekniku huwa iffurmat minn: il-Perit AnnMarie Delicata, il-perit Andrew Ellul, il-perit John Saliba u l-perit Anthony Cassar.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar 'Tender for the embellishment of tal-Ħamrija Housing Estate, Xewkija, Gozo' (CfT CA Unique ID: SPD3/2021/006)? Jista’ jgħid jekk din it-tender ġietx awarded u jekk iva meta ġiet awarded u meta hu previst li jinbeda x-xogħol mitlub minn din it-tender?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender ġie awarded fid-19 ta’ Lulju 2021 lil Trihills Construction Ltd għal valur ta’ € 309,917.40. Ix-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jispjega fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement ' TENDER FOR THE PROVISION OF HOME HELP SERVICE IN GOZO (CfT CA Unique ID: CT2204/2021)? Jista’ jgħid min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin kien qed joffri dan is-servizz ġewwa Għawdex, kif intgħażel, kemm kien qed jitħallas u kemm tħallas globalment kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tender CT2204/2021 ikopri servizz ta’ assistenza lill-anzjani li jkunu għamlu talba għalih.
Is-servizz jinkludi għajnuna fid-dar, qadjiet u ħasil fi djar residenzjali.
Bħalissa dan is-servizz qed jingħata permezz tal-kuntratt CT2213/2014 minn Support Services Ltd. Il-ħlasijiet marbuta ma’ dan is-servizz huma dawn:
• 03/06/2019 - 31/12/2019: Rata fis-siegħa ta’ €8.51; Total 2019: €904,954.36
• 01/01/2020 - 31/12/2020: Rata fis-siegħa ta’ €8.92; Total 2020: €1,078,813.16
• 01/01/2021 - 04/09/2021: Rata fis-siegħa ta’ €9.15; Total sa l-4 ta’ Settembru 2021: €806,979.55
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra u jispjega fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement ' CT2475/2020 - Tender for the Provision and Distribution of Meals on Wheels Service to Eligible Persons living within the Community in Gozo and to Service Users at Santa Marta Day Centre Victoria Gozo'? Jista’ jgħid min fil-preżent u f'dawn l-aħħar xhur u snin kien qed joffri dan is-servizz ġewwa Għawdex, kif intgħażel, kemm kien qed jitħallas u kemm tħallas globalment kull sena f'dawn l-aħħar seba’ snin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Tender CT2475/20 tikkonsisti f’sejħa għal servizz ta’ preparazzjoni, trasport u tqassim ta’ ikliet għar-residenti eliġibbli li jgħixu fil-kommunita’ f’Għawdex (Lot 1), u għar-residenti f’Santa Maria Day Care Centre f’Victoria (Lot 2)
Fil-prezent u f’dawn l-aħħar xhur is-servizz kien qed jiġi offrut kif ġej:
· Jannar 2013 - Diċembru 2015: Moviment Azzjoni Soċjali u l-Friends of the Sick and the Elderly
· Jannar 2016 - Marzu 2018: Friends for the Sick and the Elderly
· April 2018 sal-prezent: Malta Healthcare Caterers Ltd.
Is-servizz mogħti mill-Moviment Azzjoni Soċjali u l-Friends of the Sick and the Elderly ingħata wara ftehim bejn il-Ministeru għal Gġawdex u l-entitajiet imsemmija.
Is-servizz mogħti minn Malta Healthcare Caterers Ltd f’April 2018 ingħata abbazi ta’ direct order.
Is-servizz mogħti minn Malta Healthcare Caterers Ltd minn Mejju 2018 sal-lum (għadu għaddej) ingħata permezz ta’ Tender CT2232/2017.
Il-ħlasijiet saru u qed isiru hekk:
· Jannar 2013 - Diċembru 2015: €12,651 fis-sena
· Jannar 2016 - Diċembru 2017: €18,159.28 fl-2016 u €27,625.32 fl-2017
· Jannar 2018 - Marzu 2018: €2,302.11 fix-xahar
· April 2018: €5.55 kull ikla
· Mejju 2018 – Prezent: €5.55 kull ikla
F’dawn l-aħħar snin, il-ħlasijiet globali kienu kif ġej:
· 2013: €12,651
· 2014: €12,651
· 2015: €12,651
· 2016: €18,159.28
· 2017: €27,625.32
· 2018: Lot 1 - €38,687.73; Lot 2 - €10,809.15
· 2019: Lot 1 - €64,963.50; Lot 2 - €20,669.93
· 2020: Lot 1 - €83,916.42; Lot 2 - €15,745.10
· 2021 (sa' Settembru): Lot 1 - €62,571.05; Lot 2 - €3,388.60
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19842 u jgħid kemm hemm pazjenti fuq il-waiting lists għall-operazzjonijiet kemm f’Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn dawn huma għall-operazzjonijiet maġġuri, kemm huma għall-operazzjonijiet intermediate, u kemm għall-operazzjonijiet minuri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Malta u Għawdex, pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 5101 li minnhom 2220 huma Major, 88 Complex Major, 1735 Intermediate u 1058 Minor.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqabdet droga ġewwa Għawdex mill-Pulizija, maqsuma skont it-tip ta’ droga, sena b’sena mit-2013 sal-lum?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi mis-sena 2013 sa l-ahhar ta’ Ottubru 2021, l-skwadra ta’ kontra d-droga, qabdet id-droga kif jidher fit-tabella t’hawn taht, minn ġewwa Għawdex.
Droga li tinqabad mill-uffiċjali tad-distrett mhiex inkluża f’din it-tabella u dan għaliex, l-ammonti ma jiġux rrekordjati min-naħa tal-uffiċjali tad-distrett. Għaldaqstant din it-tabella mhux wahda li tinkludi l-qabdiet kollha.
PQ 22645 - Drogi maqbuda Ghawdex - Taqsima tad-Drogi
Year
Crack Cocaine
Cocaine
Heroin
Cannabis grass
Cannabis resin
Cannabis seeds
Cannabis plants
Ecstasy
MDMA powder
LSD
Cannabis joints
Ketamine
synthetic not Scheduled
2013
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
2014
3g
23
1
2015
3.2g
36.527g
64g
125.5g
20047g
*
100,000
2
40
2016
30.27g
51.619
6.866g
7.003g
2
20.5
1.397g
2
3
2017
33.679g
225.071g
30.596g
290
7
34
0.964g
9
2018
82.547g
9.27g
16.23
0.138g
2.47g
1
2.95g
2019
0.242g
148.667g
3.99g
84.514g
52.414g
20
1
10
2020
269.9g
0.358g
395.74g
0.5
7.77g
2021
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
Nil
* 20000g of resin found in 2015 was actually found at sea and listed as ripert
No seizures were made from Gozo in 2013 and 2021 till end of October.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm LSEs li huma kkwalifikati imma ma ġewx impjegati biex jaħdmu mat-tfal fl-iskejjel? Kemm minnhom huma minn Malta? Kemm minnhom huma minn Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li skont it-total vacancies li jinħolqu, isir il-proċess biex jiġu impjegati LSEs li jkunu għaddew, u li huma fil-lista li ġiet ippubblikata.
In-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar – infermiera fl-iskejjel
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, liema huma l-iskejjel li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal fil-lokalitajiet tan-Naxxar, il-Mellieħa u San Pawl il-Baħar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel imsemmija kif ukoll l-iskejjel l-oħra kollha f’Malta għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Dan huwa servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.
Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-persons of trust
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.