Legislature:
Category:
Reset
Active:

Administrative Review Tribunal – deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi fis-settur tal-enerġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Administrative Review Tribunal fl-oqsma ta’ appelli mid-deċiżjonijiet meħuda mir-regolaturi fis-settur tal-enerġija u ilma (Regulator for Energy and Water Services) u fis-settur tal-Komunikazzjoni (Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni) għas-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ghas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika ghas-snin 2010, 2011 u 2012. L-Onor. Interpellant ghalhekk jista’ jinnota li l-efficjenza fir-rigward tal-Administrative Review Tribunal rregistrat titjieb sinifikanti, kemm fejn tidhol l-clearance rate kif ukoll d-disposition time, meta kkumparata ma’ statistika identika migbura fis-snin ta’ qabel l-2013 u cioe zmien amministrazzjoni Nazzjonalista. Intant, ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-informazzjoni fir-rigward tal-efficjenza tal-Administrative Review Tribunal, b’mod generali, turi li mill-2014, l-clearance rate tal-istess Tribunal kienet dejjem teccedi l-100% u ghalhekk tindika b'mod car kristall l-impenn ta’ da nil-Gvern illi jtejjeb l-efficjenza billi jigu rizolti aktar kazijiet. Dan l-impenn jidher ukoll fl-2017 bi clearance rate globali ta' 147%.

Qorti tal-Appell — appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal?

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għas-snin 2015, 2016 u 2017 kemm kienet il-medja taż-żmien biex jiġu deċiżi każijiet mill-Qorti ta’ Appell (inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella A li tindika l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għas-snin 2015, 2016 u 2017 kif ukoll Tabella B li tindika informazzjoni identika ghas-snin 2010, 2011 u 2012. L-Onor. Interpellant ghalhekk jista’ jinnota li l-efficjenza fir-rigward tal-Qorti ta’ Appell (inferjuri) għal dawk li huma appelli minn deċiżjonijiet tal-Administrative Review Tribunal rregistrat titjieb sinifikanti, kemm fejn tidhol l-clearance rate kif ukoll d-disposition time, meta kkumparata ma’ statistika identika migbura fis-snin ta’ qabel l-2013 u cioe zmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
Leg 13 PQ #7818 Sitting 171 2018-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Proprjetà mikrija mill-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm proprjetajiet mikrija mill-Ministeru għal Għawdex mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma xahar b’xahar? Tista’ tgħid f’liema raħal jinsabu dawn il-proprjetajiet u għal liema raġuni nkrew, kif ukoll għal kemm-il sena nkrew u kemm hu l-ħlas għal kull proprjetà, sena b’sena? Tista’ tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinkrew iktar binjiet f’Għawdex u għal liema raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – sottomissjonijiet mill-pubbliku għal Pjan Lokali għal Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet kollha li saru lill-Awtorità tal-Ippjanar mill-pubbliku dwar il-gżira ta’ Għawdex, bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret mill-istess Awtorità bejn Lulju u Settembru tas-sena 2013 dwar il-Pjan Lokali għall-Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant japprezza li din id-domanda mressqa titlob ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk qed nitolbu aktar ħin biex tinġabar tali informazzjoni.
Leg 13 PQ #7820 Sitting 171 2018-11-21 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skejjel tal-Istat f’Għawdex – interventi infrastrutturali u manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ interventi infrastrutturali u ta’ manutenzjoni saru matul is-sajf 2018 ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f’Għawdex u f’liema skejjel u kemm kienet in-nefqa fuq kull skola? Kemm-il tender inħareġ għal dan it-tip ta’ xogħol, kemm ġew awarded, lil min ingħataw, u min kienu l-periti inkarigati fuq dawn ix-xogħlijiet u kif ġew magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Dipartiment Strateġija u Sapport li l-programm ta’ xogħlijiet ġewwa l-Iskejjel tal-Istat f’Għawdex kien kif muri fiż-żewġ tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Trasport Pubbliku — Karozza tal-Linja X2 - stage magħruf bħala Tax-Xintill

Question

Jista' l-Ministru jara li t-trasport pubbliku magħruf bħala X2, tieqaf fuq l-istage li hemm f'Luqa Road, magħruf bħala tax-Xintill (hemm żewġ stages faċċata ta' xulxin)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta X2 hija waħda mir-rotot Express liema rotta tgħaqqad il-lokalitajiet ta’ tas-Sliema u San Ġiljan mal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta via l-Isptar Mater Dei, Raħal Ġdid u Santa Luċija. Sabiex iħaffu fit-tragitt tagħhom, rotot ta’ dan it-tip ma jieqfux fuq kull bus stop. Infurmat ukoll li fil-każ ta’ din ir-rotta l’eqreb bus stop fl-istess akwati li fuqu tieqaf ir-rotta X2 huwa dak li jġib l-isem “Nazzarenu” u li qiegħed madwar 200 metru il-boghod.

Mediċina Arpirozale — każ ta' individwu

Question

Jista d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara l-applikazzjoni tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għall-pilloli Ariprozale 10mg, li skont il-Professur ilu li applika xahrejn u għadu bla risposta?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ qed jiġi segwit.

Belt Valletta, Strada Zekka – Esproprji – passi kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi kriminali ġew ordnati mill-Pulizija wara s-sentenza tal-Qorti mill-Imħallef Felice li ftit jiem ilu ddikjarat null u illegali l-esproprji fl-iskandlu ta’ Strada Zekka?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dwar il-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ kontra r-Reati Ekonomici għaddejjin b’investigazzjoni u huma konxji mis-sentenza mogħtija mill-Onor. Imħallef Dr. Anna Felice LL.D. Infurmat li l-istess sentenza giet appellata u għalhekk għadha mhix definittiva.

Shooting Range f’Ta’ Kandja – tneħħija ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kenitx involuta, u jekk iva kif, fit-tneħħija ta’ diversi siġar fix-shooting range f’Ta’ Kandja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ERA rċeviet applikazzjoni NP 0245/17 għall-qlugħ ta’ siġar relatat mal-bini ta’ shooting range f’Ta’ Kandja. L-ERA ddeterminat il-permess favorevolment u ħarget permess nhar it-28 ta’ Novembru 2017. Bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-permess, l-ERA talbet pjan ta’ kumpens għal dawn is-siġar billi talbet li jinżergħu 688 siġra oħra. L-Awtorità ukoll talbet li tiġi depożitata garanzija bankarja ta’ € 174,500 sabiex jiġi żgurat li l-applikant ikun mexa ma’ l-obbligi tal-permess.

ERA — Fuel Station Policy - Draft

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għaddhietlux draft tal-Fuel Station Policy riveduta? Jekk iva, meta għaddithielu, u jekk le, fiex waslet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq talba tiegħi, f’Jannar 2018, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħejjiet rapport fuq il-Fuel Service Station Policy 2015 eżistenti, liema rapport ġie ppreżentat lili f’April. F’dan ir-rapport, l-ERA evalwat il-policy minn aspetti ambjentali, fejn ġew imħejjija numru ta’ rakkommandazzjonijiet għal tibdil fl-istess Policy. Dawn tressqu quddiem il-Kumitat dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp. Irid jiġi iċċarat li din il-Policy ma taqax taħt il-kompetenza tal-ERA, iżda tal-Awtorità tal-Ippjanar. Sussegwenti għar-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Parlamentari, il-Gvern talab lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tagħmel reviżjoni tal- Policy eżistenti a bażi ta’ numru ta’ parametri, inkluż dak li jittieħdu in kunsiderazzjoni s-suġġerimenti mressqa mill-ERA fir-rapport imsemmi iktar qabel. L-Awtorità tal-Ippjanar nediet konsultazzjoni pubblika bejn is-26 ta’ Ġunju u s-16 ta’ Lulju 2018. Immedjatament ġie mwaqqaf Kumitat b’membri rappreżentati mill-Awtorità tal-Ippjanar, l-ERA u r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma (REWS) sabiex iħejji abbozz tal- Policy riveduta fuq il-parametri stabbiliti. F’Awwissu li għadda, dan il-Kumitat prepara abbozz tal- Policy riveduta li ġiet mgħoddija lil numru ta’ stakeholders għall-kummenti inizjali tagħhom qabel ma dan joħroġ għall-konsultazzjoni pubblika. L-ERA, bħala stakeholder , issottometiet il-kummenti tagħha għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat. Bħalissa dawn il-kummenti qed jiġu kkunsidrati mill-Kumitat qabel ma’ d-dokument jitressaq għall-kunsiderazzjoni tal-pubbliku.

Awtorità tal-Ippjanar — Rilokazzjonijiet ta’ pompi ta’ petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-applikazzjonijiet għar-relocation ta’ pompi tal-petrol li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta’ Frar 2018 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza, u f’kull każ jista’ jgħid kemm kien id-daqs tal-pompa oriġinali u kemm hu d-daqs tal-pompa rilokata rispettivament?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 5156, L-Awtorità iddeċidiet u approvat applikazzjoni waħda relatata ma’ rilokazjoni ta’ pompi tal-petrol mill-1 ta’ Frar 2018 sa llum. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dettalji ta’ din l-applikazzjoni mitluba huma murija fit-tabella sussegwenti: PA No Proposal Location Dcn Date Original Area Proposed Area PA/05477/16 'Relocation of Savoy Petrol Station, Rue D'Argens, Sliema to new site at Qormi Road, Luqa. Proposal includes the construction of Fuel Service Station, incorporating fuel dispensing area, ground floor Class 4B shop, Tyre Service Garage, VRT Garage, ATM, Car Wash Facilities, storage at first floor level and installation of PV panels at roof level. Site at, Triq Hal Qormi, Luqa, Malta 31/05/2018 260sqm 3000sqm
Leg 13 PQ #5157 Sitting 170 2018-11-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Konsulenza minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kundizzjonijiet ta’ ħlas u perkaċċi għandu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala konsulent tiegħu? Jista’ jgħid x’inhu xogħlu u minn meta beda jagħti tali konsulenza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-kuntratt tal-individwu msemmi mal-Ministeru għall-Finanzi huwa fuq bażi definit ta’ 35 siegħa fil-ġimgħa, liema remunerazzjoni hija bbażata fuq is-salarju u benefiċji ta’ uffiċjal pubbliku fuq Skala 4. Huwa beda fl-14 ta’ Jannar, 2016 u ġie inkarigat biex jagħti konsulenza finanzjarja u amministrattiva fid-Dipartiment tad-Dwana.

Dipartiment tal-Artijiet – art għall-iżvilupp fi snin 60

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt bil-kondizzjonijiet oriġinali tal-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament meta fis-snin 60, id-Dipartiment tal-Artijiet kien ta l-art għall-iżvilupp?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Lands Department ġie kostitwit fis-sena 1962. Il-bejgħ li sar qabel 1962 kien isir bejn it-teżor u l-Works Department. Bħala Awtorità tal-Artijiet, m’għandniex records li aħna begħna din l-art fis-sittinijiet. Il-bejgħ illi għandna record tagħom u li diġà għaddejna l-informazzjoni huma dawk elenkati f’PQ 5289, f’Seduta 103.
Leg 13 PQ #7349 Sitting 170 2018-11-20 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Rubber flooring fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għamlu talba għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti? Ta’ kemm minnhom intlaqgħet it-talba? Għaliex ma ntlaqgħux it-talbiet l-oħra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li kien hemm 76 talba minn skejjel u childcare centres għall-manutenzjoni ta’ rubber flooring eżistenti. In-numru ta’ talbiet li ntlaqgħu u li x-xogħol diġà twettaq hu ta’ 25. Dawn ix-xogħlijiet tlestew bejn Diċembru 2017 u Ottubru 2018. Hemm ukoll għaxar (10) talbiet oħra li ntlaqgħu iżda x-xogħol għadu se jitwettaq. Dwar il-41 talba l-oħra, infurmat li minn spezzjonijiet li twettqu mill-FTS irriżulta li kienu f’kundizzjoni adegwata.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Leg 13 PQ #7507 Sitting 170 2018-11-20 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta

Question

Tista' l-Ministru tgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnha bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnha u għal kull wieħed minnhom tindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta

Question

Jista' l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Każijiet fejn il-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta’ delitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill-2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta’ delitt? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli? Jista' l-Ministru jgħid f'kemm minn dawn il-każijiet ġie ppreżentat rikors fil-Qorti tal-Maġistrati biex il-Pulizija tiġi ordnata tmexxi l-proċedura meħtieġa skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex ikun aktar speċifiku għal xi każ partikolari minħabba li tali informazzjoni titlob ġimgħat sħaħ ta' riċerka.

Rikorsi fil-Qorti tal-Maġistrati wara li l-pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta’ delitt

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il rikors ġie ppreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati wara li l-Pulizija ma aġixxietx wara denunzja, rapport jew kwerela ta’ delitt skont l-artikolu 541 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli? Jista' l-Ministru jgħid f'liema minn dawn il-każijiet il-Qorti tal-Maġistrati sabet li prima facie hemm lok għad-denunzja, rapport jew kwerela u għalhekk ordnat lill-Pulizija biex tmexxi l-proċedura meħtieġa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li mis-sena 2013 sal-llum quddiem il-Qorti tal-Maġistrati Malta u Għawdex ir-rikorsi a termini tal-Artikolu 541 tal-Kodici Kriminal (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) huwa kif muri fiz-żewġ tabelli li qed npoggi fuq il-mejda tal-Kamra mmarkati bħal A u B.

Każijiet ta’ meta l-Pulizija ma tkunx trid tmexxi fuq rapport, denunzja jew kwerela

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena mill- 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il darba l-Avukat Ġenerali, fil-proċedura meta l-Pulizija Eżekuttiva ma tkunx trid tmexxi fuq ir-rapport, id-denunzja jew il-kwerela, b'nota iddikjara li kien intlaħaq ftehim mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż ieħor li l-qrati ta’ dak il-pajjiż għandhom jeżerċitaw ġurisdizzjoni dwar id-delitt skont dak li jipprovdi t-tieni proviso tal-artikolu 541 (1) tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jgħid dwar liema delitti kienu l-imsemmija denunzji, rapporti u kwereli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab informat li l-fakoltà, li jipprovdi għaliha t-tieni proviso tal-artikolu 541(1) tal-Kodiċi Kriminali, qatt għadha ma nqalgħet l-okkażjoni li jsir rikors għaliha.