Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni li kellhom flushom il-Bical hux se jitħallsu l-kumplament ta’ flushom kif kienu ġew imwiegħda? Jekk iva meta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel ma jiġu risolti d-diversi kawżi li hemm miftuħa quddiem il-Qrati, ma jista’ jsir l-ebda ħlas lil dawk li kellhom flushom investiti fil-Bical.
Jista’ l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk inqabdux konsulenti privati? Jekk saru minn konsulenti privati, jista’ jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi? Min huma dawn il-konsulenti privati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-bord ta' Infrastruttura Malta u f'liema kariga? Kemm qed jitħallas kull membru ta' dan il-bord? X'perkaċċi għandu kull membru tal-bord?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Peress li skont l-Att li waqqaf l-Aġenzija Infrastruttura Malta, kull membru magħżul mill-Ministru stess kellha tkun persuna li hi kkwalifikata minħabba l-esperjenza li għandha u l-kapaċitajiet li wriet fi kwistjonijiet relatati mal-funzjoni tal-Aġenzija Infrastruttura Malta, u ċjoè mal-bini ta' toroq, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid kull membru li hemm fil-bord ta' din l-Aġenzija:
a. xi kwalifiki akkademiċi għandu fix-xjenza tal-bini ta' toroq? Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dawn il-kwalifiki?;
b. għandux/għandhiex xi forma ta' Masters Degree fir-Road Engineering? Kemm ilu/ilha li ottjena/ottjeniet dan il-Masters Degree u minn liema Università ġie maħruġ?;
c. x'esperjenza prattika fuq bini ta' toroq għandu/għandha u għal kemm-il sena? Minn fejn ġab/ġabet din l-esperjenza, minn xogħol mal-Gvern/Awtorità tal-Gvern jew mill-privat? Xi proġetti ta' toroq għamel/għamlet u x'tip ta' proġetti huma: proġetti maġġuri, xogħlijiet ta' toroq arterjali jew distributorji, xogħlijiet ta' toroq residenzjali jew xogħlijiet ta' toroq residenzjali?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li l-Gvern jilqa’ l-interess li l-Oppożizzjoni qed turi f’Infrastructure Malta ftit xhur biss wara li vvutat kontra t-twaqqif tagħha f’din il-Kamra, hija ħasra li jidher li l-istess Oppożizzjoni għadha ma fehmet xejn dwar l-għan ta’ din l-entità.
Infrastructure Malta mhijiex xi kumitat tekniku jew kuntrattur tat-toroq. Din l-aġenzija għandha quddiemha missjoni importanti, li twettaq l-impenn tal-Gvern li permezz ta’ investiment bla preċedent pajji¿na jagħmel qabża kbira 'l fuq fil-kwalità tal-infrastruttura ta’ pajjiżna, infrastruttura li tolqot direttament u b’mod kontinwu s-setturi kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija. L-iżvilupp tal-infrastruttura m’għandux jitqies biss mill-lenti tal-ħiliet tekniċi meħtieġa biex tibni triq. L-infrastruttura ta’ pajjiż hija sistema ħajja li teħtieġ is-sehem ta’ ħafna oqsma differenti. Il-Bord ta’ Infrastructure Malta jinkludi taħlita ta’ rappreżentanti ta’ oqsma soċjali, kummerċjali u tekniċi li lkoll huma marbuta mal-infrastruttura tat-trasport f’pajjiżna. Dawn jinkludu l-kunsilli lokali, in-negozju, l-inġinerija, l-arkitettura u oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu r-rotot tal-Air Malta lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, pajjiż b’pajjiż u sena b'sena, fis-snin 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jikkonferma wkoll jekk sarx studju dwar il-vijabilità ta' dawn ir-rotot qabel tnedew mill-Air Malta? Jista’ jgħid jekk hux qed isir profitt mill-Air Malta fuq kull rotta li tnediet?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan huwa t-tibdil fil-frekwenza tar-rotot għad-destinazzjonijiet imsemmija:
Destinazzjoni
Minn Lulju 2015
sa Lulju 2016
Minn Lulju 2016
sa Lulju 2017
Minn Lulju 2017
sa Lulju 2018
Franza
L-ebda tibdil
Żdiedet tirjira fil-ġimgħa
Żdiedu 3 titjiriet fil-ġimgħa
Ġermanja
Naqsu 11-il titjira fil-ġimgħa
Naqset titjira fil-ġimgħa
Żdiedu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Italja
Żdiedet titjira fil-ġimgħa
Żdiedu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Żdiedu 12-il titjira fil-ġimgħa
Ingliterra
Naqsu 4 titjiriet fil-ġimgħa
Naqsu 6 titjiriet fil-ġimgħa
Żdiedu 8 titjiriet fil-ġimgħa
L-Air Malta tagħmel l-studji dwar il-vijabbilta’ qabel tnehdi kwalukwe rotta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq ir-rotot lejn l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja, il-persentaġġ ta' profitt li kienet tuża bħala prassi l-Air Malta fl-2016 inżammx mil-linja tal-ajru Air Malta tul l-2017 u l-2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-impjegati fl-Air Malta fuq bażi part-time fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016, 2017 u 2018 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u f'liema dipartiment tal-Air Malta? Kemm żdiedet l-ispiża għall-Air Malta, sena b'sena, biex ġew ingaġġati dawn l-impjegati fuq bażi part-time?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tas-settlement li tħallas u/jew qed jiġi propost li jitħallas lill-vittmi tal-inċident “Paqpaqli għall-Istrina” inkluż kemm minn dan is-settlement qed jitħallas mill-assiguratur taħt il-polza tal-assigurazzjoni f’isem il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) u kemm qed jitħallas mill-gvern?
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-polza tal-assigurazzjoni għall-avveniment “Paqpaqli għall-Istrina” kenitx f’isem il-MCCFF jew f’isem entità governattiva? Jekk il-polza ħarġet f’isem Ministeru, aġenzija jew entità oħra governattiva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ min kien l-assiguratur u l-premium li kien imħallas?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi ma kienx involut la fl-organizzazzjoni tal-avveniment u lanqas fix-xiri tal-polza.
Nirreferi għall-applikazzjoni 6031/18 li tirreferi ‘Application processing is currently suspended at the perit’s request’ u minkejja hekk ix-xogħol għaddej xorta waħda. PA Enforcement itenn “That the ongoing works have got nothing to do with PA but are being done by Transport Malta on accordance with their own permit RWT 1-152A/18”. Jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ix-xogħlijiet humiex regolari jew qed isiru biex jakkomodaw l-applikant li talab għal change of use? Jista’ jgħid jekk Transport Malta kkonfermatx li qed twettaq dan ix-xogħol? Jista’ jgħid jekk għandhomx PA permit?
Response (BORG, IAN)
Ninsab Infurmat li l-Awtorità tal-Ippjanar tikkonferma li x-xogħlijiet fuq it-triq ma jirrikjedux permess mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar peress li dawn huma eżentati skont Klassi 3 tal-Ordni dwar in-Notifikazzjoni dwar Żvilupp (L.S. 552.08).
Nixtieq nżid li ma hemm l-ebda xogħlijiet għaddejjin fuq dan il-PA6031/18.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li huwa minnu li Transport Malta ħarġet permess RWP1-1528/18 għal xogħol fi Triq bla isem fi Triq Mikiel Anġ Borg, San Ġiljan. Dan il-permess ikopri xogħol fit-triq u l-applikazzjoni minn naħa tal-kuntrattur kienet għal;
-
Detection
-
Road Surfacing & Scarifying
-
Water Catchment
Għaldaqstant, il-permess ta’ Transport Malta ma jkopriex ix-xoghol li huwa msemmi f’applikazzjoni PA6031/18 li qed jitlob “To construct reservoir & pump room”. Ix-xogħol li qed isir f’dan is-sit mhux qed isir minn Transport Malta.
B’referenza għat-tniġġis fl-arja minħabba duħħan iswed li qed isir minn ċmieni ta’ ċertu fabbriki li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament u li l-makkinarju tagħhom jaħdem bil-lejl, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu dwar ċmieni ta’ din ix-xorta?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm m’hemmx obbligu bil-ligi, il-fabbrika in kwistjoni issottomettiet applikazzjoni għall-permess ambjentali lill-ERA. Irid jiġi ssollevat ukoll li minn jheddu, l-operatur iwettaq monitoraġġ ta’ l-emmissjonijiet tal-arja regolarment. Fl-aħħar spezzjoni li saret mill-Awtorità flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Ambjentali ftit xhur ilu, ġie kkonfermat li d-daħna bajda li kienet ħierga miċ-ċmieni, kienet fil-fatt fwar. Hemm miżuri diġà installati sabiex jiffiltraw l-arja u l-Awtorità tinsab informata li miżuri oħra mistennija jiġu nstallati sa l-aħħar tal-2018. Jekk l-Interpellant ikollu xi informazzjoni dwar emmissjonijiet li jikkawżaw tħassib, l-aħjar li jirraporta minnufih lill-Awtorità fuq-in numru 22923500.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-użu tal-E10 jistax inaqqas l-emissjonijiet sa 10%, minbarra li jnaqqas il-prezz tal-fuel? Jista’ jispjega x’sar minnha s-Sitt Skeda tal-Avviż Legali 68 tal-2011, dwar il-kontenut minimu ta’ biofuel bħala perċentwali tal-petroleum? Jista’ jgħid jekk din is-sena wasalniex biex ikollna 8.5% ta’ biofuel fil-petrol, skont l-iSkeda? Jista’ jgħid x’qed jistena l-gvern biex iħalli l-importazzjoni u l-użu tal-ethanol imħallat mal-petrol (10%) magħruf bħala E10?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li s-Sitt Skeda tal-Avviż Legali 68 tal-2011 qegħda tiġi osservata minn kull importatur li jpoġġi fis-suq Malti tal-karburanti għall-użu fit-trasport.
Il-perċentwali ta’
biofuel
huwa kkalkulat fuq it-total tal-karburanti kollha użati fit-trasport, kemm
petrol
u kif ukoll
diesel
. Il-perċentwali ta’ 7.5% għas-sena 2017 intlaħaq u l-ammont neċessarju ta’
biofuel
ġie kollu mħallat mad-
diesel
. L-ammont għas-sena 2018 jiġi kkalkulat meta tagħlaq is-sena.
Is-suq tal-
biofuels
huwa liberaliżżat u ma teżisti l-ebda restrizzjoni għar-rigward tal-importazzjoni tiegħu, salv it-tħaris tal-i
standards
tekniċi obbligatorji u rilevanti.
Kumpaniji li ma jħaddmux persuni b’diżabilità – flus miġbura
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7838, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ flus li s’issa nġabru minn dawk il-kumpaniji li mhumiex jonoraw il-kwota ta’ 2%? Liema huma dawn il-kumpaniji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus s’issa inġabar l-ammont ta’ €2,492,800 li jinkludi kontribuzzjonijiet tal-2015, 2016 u 2017. Minħabba li data fuq kumpaniji hija ta’ natura sensittiva, l-ismijiet mhumiex se jingħataw. Mill-kumpanij li ma kinux konformi mal-liġi tal-kwota ta’ 2%, il-maġġoranza tagħhom ġejjin mill-industrija G (Wholesale & Retail Trade; Repair of Motor Vehicles & Motorcycles).
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7878, jista’ l-Ministru jgħid jekk Djar Residenzjali oħra (bħal id-Dar tal-Providenza u Dar il-Wens) għandhomx leader u staff professjonali li jgħinu lir-residenti jamministraw il-flus tagħhom (40%) wara li jitnaqqsu l-ammont tal-flus dovuti lil Għaqdiet mhux Governattivi li qed jagħtu dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport ma tidħolx fl-amministrazzjoni tal-flus (40%), tal-persuni b’diżabilità li jgħixu f’residenzi mmexxija minn Għaqdiet mhux Governattivi.
Persuni b’diżabilità – eżenzjoni mill-ħlas ta’ liċenzja tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuni b’diżabilità, jew min jieħu ħsiebhom, jiġux eżentati mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Aġenzija Sapport, tmexxi skema fejn persuna b’diżabilità u/jew familjari tagħha jistgħu japplikaw, għal eżenzjoni sħiħa jew parzjali fuq il-ħlas tal-liċenzja tat-triq.Dan jiddependi minn numru ta’ kundizzjonijiet, illi l-applikant irid jissodisfa, sabiex ikun eleġibbli għal dan is-sussidju/eżenzjoni.
Negozji li għalqu – ħaddiema li spiċċaw bla impjieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf għaliex in-negozju li kienu jaħdmu miegħu għalaq f’dawn l-aħħar tliet snin u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li l-impjieg tagħhom twaqqaf f’dawn l-aħħar tliet snin għax ir-raġuni tal-formola ta’ tmiem tal-impjieg tagħhom kienet tgħid li s-sid għalaq jew il-kumpanija għalqet, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Numru ta’ persuni bi tmiem tal-impjieg skont ir-raġuni: Is-sid għalaq jew il-kumpanija għalqet
Jannar sa Diċembru 2016
1,032
Jannar sa Diċembru 2017
778
Jannar sat-22 ta’ Novembru 2018
531
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni ttieħdet kontra dawk l-1,963 ħaddiem barrani li kienu qed jaħdmu bla permess matul l-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena? X’azzjoni ttieħdet ukoll għal dawk is-sidien li kienu qed iħaddmuhom bla permess?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-liġi relattiva li tirregola l-ħidma tal-ispettorat ta’ Jobsplus titfa’ r-responsabbiltà tal-impjieg fuq min iħaddem u mhux fuq il-ħaddiem. L-informazzjoni kollha relatata ma’ infrazzjoni tinsab f’Att Numru XXXIX tal-2018, Employment and Training Services Act.
Jista' l-Ministru jara l-każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament liema każ marbut mas-sigurtà soċjali fejn qiegħda tallega li s-Sigurtà Soċjali bagħtulha żewġ ċekkijiet iżda hi qatt ma rċeviet xejn? Jista' jara li ssir investigazzjoni dwar min sarraf dawn iċ-ċekkijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-records tad-Dipartiment juru li l-persuna msemmija ilha mis-sena 2005 tirċievi l-pagamenti dovuti lilha mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, dirett fil-kont bankarju tagħha.
Għaldaqstant ma jistax ikun illi ntbagħtu żewġ ċekkijiet illi ssarfu minn terzi persuni.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1085 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, kull entità taħtu għandha, il-ħlas u perkaċċi kollha li għandhom, rispettivament, u x'tip ta' konsulenza jipprovdu, rispettivament?