Malta Industrial Parks – żoni identifikati għall-produzzjoni tal-Kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti ta’ dawk iż-żoni li l-Malta Industrial Parks identifikat bħala żoni li fihom jistgħu jsiru l-faċilitajiet li minnhom joperaw l-azjendi li se jkunu qed jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin b’ħidma biex jiġu ddentifikati żoni/faċilitajiet għal dawn l-ażjendi. Il-probabilta li l-maġġor parti tagħhom jkunu bbażati ġewwa Ħal Far.
Regolamenti għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-regolamenti li jirregolaw il-faċilitajiet li jipproduċu l-kannabis għal skopijiet mediċinali skond kif provdut f’Artikolu 11 tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap 578?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-Malta Enterprise tagħmel due dilgence fuq l-applikazzjonijiet li tirċievi biex tassikura li l-proġetti approvati huma ta’ kwalita, il-Medicines Authority hija responsabbli għar-regolamenti li jirregolaw dawn il-facilitajiet.
Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ tista’ tgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?
Valletta FC – art biex jinbena stadium u faċilitajiet oħra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw art biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li x-xogħol bażiku relatat mal-allokazzjoni potenzjali tal-art, sar. Il-ministeri rispettivi involuti bħalissa qed jaħdmu b'mod kollettiv sabiex jassiguraw l-aħjar prattiki kemm għall-użu tal-art kif ukoll għal-linji gwida ta' żvilupp relatat.
Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ntalbu kopji tad-dokumentazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija mingħand SportMalta. Dan it-tagħrif ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
Uffiċċju tal-Prim Ministru– billboard advertising — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2285 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant u li għaddew taħt ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2017 'l hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li Malta għadha ma ffirmatx jew irratifikat il-Konvenzjoni f’dan il-qasam.
Ta' min wieħed jgħid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Parlament. Il-Gvern għaddej ukoll bl-abbozzar ta’ liġi komprensiva dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi dwar dan il-qasam.
Tajjeb nirrimarka ukoll li l-amministrazzjoni Nazzjonalista ma ħadet l-ebda azzjoni biex b’xi mod tiġi rratifikata din il-Konvenzjoni.
The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)
Question
Tista’ l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?
Response (DALLI, HELENA)
Matul dawn l-aħħar ħames snin ġew ratifikati numru ta’ konvenzjonijiet internazzjonali u reġjonali tad-dirttijiet tal-bniedem min-naħa tal-Gvern Malti. Fir-rigward tal- The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine ninnota li din il-Konvenzjoni infetħet għall-firem fl-1997 u dahlet fis-seħħ fl-ewwel ta’ Diċembru 1999. Il-Gvern Nazzjonalista ma ffirmatx din il-Konvenzjoni u allura wisq inqas irratifikata. Il-Gvern Laburista madanakollu se jkun qed jistudja mill-viċin din il-Konvenzjoni sabiex f’każ ta’ nuqqas ta’ impediment jersaq lejn ir-ratifika tal-konvenzjoni.
Inżid li preżentament il-Gvern qiegħed jaħdem fuq it-twaqqif tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Ugwaljanza li se tkun qed taqa’ taħt ir-responsabilità diretta tal-Parlament. Din il-kummissjoni se tkun konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi dwar dan il-qasam.
The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?
The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta ffirmatx jew irratifikatx The Convention for the Protection of Human Rights and Dignity of the Human Being with regards to the Application of Biology and Medicine: Convention on Human Rights and Biomedicine (Oviedo Convention)?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat f'Lulju 2015 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim ta’ kollaborazzjoni li ġie ffirmat nhar is-16 ta' April 2016 mis-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u Tkabbir Ekonomiku f'isem il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Memorandum of Understanding iffirmat bejn il-Gvern Malti u kumpanija
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat nhar l-14 ta' Lulju 2018 bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u li preżenti għall-iffirmar tiegħu kien hemm is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru?
Uffiċċju tal-Prim Ministru –nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-perjodu bejn Ġunju 2017 u Mejju 2018 l-informazzjoni mitluba ingħata fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2405.
Ninsab informat li l-informazzjoni mitluba relatata mal-entitajiet li qed jagħmel riferenza għalihom l-Onor. Interpellant u li għaddew taht ir-responsabbilità tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru minn Ġunju 2018 'l hawn qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li applikaw sabiex jingħataw l-għajnuna soċjali tul is-sena li għaddiet 2017 u kemm sa issa fis-sena 2018? Kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess żmien?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-nunru ta’ persuni li applikaw sabiex jingħataw l-Għajnuna Soċjali (SA), Għajnuna għad-Diżimpjieg (UA), Għajnuna Soċjali għall-ommijiet singoli (SUP), Għajnuna Soċjali għal dawk illi jgawdu Protezzjoni Sussidjarja (SUA) u Għajnuna Soċjali lil min ikun qed jattendi Programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga jew alkoħol (DAD), matul l-2017 kien ta’ 2,052 persuna, filwaqt illi matul l-2018, sal-ġurnata preżenti kien ta’ 1,510 persuni.
Mill-banda l-oħra n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-istess benefiċċji msemmija u ma baqgħux, matul is-sena 2017 kien jammonta għal 3,133 persuna, filwaqt illi matul din is-sena sal-lum, kien hemm 2,981 persuna.
Santa Luċija — Housing Estate - djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu – ħsarat strutturali
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estates ta’ Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fi djar mikrija mill-Gvern, jew l-Awtorita` tad-Djar f’Santa Luċija, hija kif ġej ;
- 33 każ fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn li jsiru,
- 4 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa,
- 37 każ fejn it-tiswijiet illi qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
- U 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu tul din sena 2018? Jista’ jgħid kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati bħala full-time u kemm bħala part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Ġunju 2018, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba bejn Jannar u Ġunju ta' 2018
Nisa li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Ġunju ta' 2018
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
Full-Time
Part-Time
bħala xogħol ewlieni
Total
3,483
1,401
4,884
382
421
803