Legislature:
Category:
Reset
Active:

Asset Management Bureau

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tax-xogħol li wettaq l-Asset Management Bureau fl-2018?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2018, l-Uffiċċju għall-Irkupru tal- Assi (Asset Recovery Bureau) bena direttorat li hu responsabbli mill-operat; beda jħarreġ l-uffiċjali tiegħu u beda jopera fl- 20 t’Awwissu 2018. Bejn l-20 ta’ Awwissu sat-23 ta’ Novembru 2018, kien hemm erbatax-il Każ (14) ġdid ta’ ffriżar.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 638 u 2088, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom se jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċeduri li jelenkaw il-funzjonijiet tal-Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi jinsabu fl-Avviż Legali 357 tal-2015.

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti bejn Jannar 2017 u d-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma sena b’sens? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll jekk dawn il-flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra għadhomx iffriżati?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-informazzjoni mitluba. Nfurmat li għas-sena 2017, kien hemm 39 każ li minnhom każ wieħed biss m’għadux fis-seħħ u għas-sena 2018 kien hemm 85 każ li kollha għadhom fis-seħħ. Intant nfurmat mill-Qorti t’Għawdex li fl-2017 u l-2018 ma kien hemm ebda deċiżjoni tal-Qorti biex jiġu iffrżati flejjes u/jew oġġetti.

Awtorità tal-Artijiet – xogħlijiet legali – ħlas lill-avukati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm qegħdin jitħallsu individwalment l-avukati li lilhom ġie farmed out ix-xogħol legali tal-Awtorità tal-Artijiet għal kull xahar? Jista' jagħti l-ismijiet ta' dawn l-avukati u jagħti l-informazzjoni mitluba, xahar b'xahar għas-snin 2017 u 2018?​

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5569 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 245 u jgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tiegħu, inkluż kull entità taħtu, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Direct order lill-individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il direct order ordna li tingħata s-Segretarju Parlamentari mill-ħatra ta’ dan tal-aħħar lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u għal liema ammonti u għal liema raġunijiet, u d-data f’kull każ? Jista’ f’kull każ jgħid għaliex is-Segretarju Parlamentari ma ordnax li tinħareġ sejħa pubblika?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li s-Segretarju Parlamentari ma tax direct order lill-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħol f'entità pubblika partikolari, ġentilment nitolbu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 4303.
Leg 13 PQ #5646 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – newspaper advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2330 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5683 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Malta Gaming Authority – kwalifiki akkademiċi ta’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kwalifiki akkademiċi tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, apparti d-diploma fil-food handling li għandu, bħala anti money laundering officer fl-Awtorità dwar il-Logħob?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija huwa kwalifikat fi Project Management (Prince 2) u għandu wkoll Diploma f’Digital Marketing. Bħalissa huwa wkoll jinsab għaddej bl-istudji tiegħu f’Bachelors of Arts in Criminology mal-Università ta’ Malta. Huwa għandu wkoll aktar minn tliet snin u nofs esperjenza fi ħdan l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob.

Twessigħ ta’ Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru rispettiv għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq li għaddej f’pajjiżna fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender? Jista’ jgħid ukoll għal kull parti ta’ triq li hija parti minn dan il-proġett ta’ twessigħ, għal liema toroq kien hemm permess tal-Awtorità tal-Ippjanar u għal liema toroq sar ix-xogħol ta’ twessigħ bla permess tal-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Peress li fil-perjodu msemmi saru diversi proġetti ta’ titjib fit-toroq, jkun apprezzat jekk l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema proġett qed issir riferenza għalih.

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hi kif murija fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kif se nsemmi: Tabella ‘A’ - Ministeru/Direttorati/Dipartimenti Tabella ‘B’ - Entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fi ħdan il-Ministeru ma kellhomx reklamar fuq Facebook fil-perjodu indikat fil-mistoqsija.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa f’reklamar fuq is-sit soċjali Facebook hija skont is-segwenti tabella. Entita’ Ammont (eskl. VAT) WSC €820.91 EWA €2,030.40 L-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc u għal Enemed Co. Ltd. Minħabba f’hekk l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpaniji.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Tista' l-Ministru tgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 13 PQ #7527 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5569.
Leg 13 PQ #7528 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa medja fix-xahar għal promozzjoni fuq il-media soċjali mill-Ministeru u mill-entitajiet li jiffurmaw parti minnha, hija ta’ ftit inqas minn għoxrin elf ewro. Dan imur kważi kollu għall-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li tagħmel marketing biex tippromwovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-turisti. Din il-promozzjoni tinkludi wkoll l-ITS li tippromwovi l-korsijiet/kurrikulu tagħha għal studenti ġodda u prospettivi; Dar il-Mediterran għall-Konferenzi u l-Malta Film Commission li jippromwovu l-faċilitajiet tagħhom fuq skopijiet kummerċjali; u l-Ministeru.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali -nefqa fuq reklamar fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tiegħu u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook xahar b'xahar, mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu indikat ma sarx reklamar fuq is-sit soċjali Facebook, la minn dan il-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Leg 13 PQ #7846 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – ġbir ta’ alka mill-bajjiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il tunnellata ta' alka nġabret mill-bajjiet ta’ Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Mil-liema bajjiet inġabret din l-alka u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena biex inġabret l-alka? Tista’ tgħid ukoll x'isir mill-alka, wara li tinġabar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Proġett ta’ twessigħ ta’ toroq f’Għawdex — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-ħlas li sar mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu, għal kull xogħol li sar mill-Ministru fil-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq ġewwa Għawdex fejn dan il-proġett ta’ twessigħ ta’ toroq beda mill-aħħar elezzjoni ġenerali sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ toroq li kienu u li qed ikunu parti minn dan il-proġett? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq kull twessigħ ta’ triq? Jista’ jgħid kull kemm sar il-ħlas, jekk ingħatax b’direct order jew kienx magħżul b’tender?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7812 f’Seduta 170.
Leg 13 PQ #7848 Sitting 173 2018-11-27 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – Dipartimenti u entitajiet – persuni li bbenefikaw minn miżuri family-friendly

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm uffiċjali f'Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? F'kull każ, jista' jagħti s-sess tal-persuna kif ukoll l-età ta’ kull uffiċjal? X'tip ta' miżuri kienu u f’liema grad huma l-uffiċjali li bbenefikaw minnhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ uffiċjali fi ħdan id-Direttorati/Dipartiment tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li bbenefikaw minn xi miżura family-friendly minn Marzu 2013 ‘l hawn, maqsuma sena b’sena, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Sena Maternity Leave (first 14 weeks) Maternity Leave (additional 4 weeks) Parental Leave Responsibility Leave Reduced Hours Teleworking Flexi-Time Career Break Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel Nisa Rġiel 2013 ( minn Marzu) 305 0 163 0 253 0 11 3 82 2 76 10 28 19 200 4 2014 317 0 211 0 269 3 11 1 48 0 83 12 52 26 144 2 2015 305 0 184 0 232 3 10 1 62 3 83 15 84 38 128 0 2016 380 0 236 0 255 2 12 4 69 5 87 12 103 56 122 0 2017 300 0 200 0 269 1 13 2 73 6 103 20 127 77 107 1 2018 (sa Ottubru) 236 0 151 0 293 1 12 4 98 6 101 26 162 95 115 1 L-impjegati jinkludu kemm Teaching grades kif ukoll gradi fis-servizz ġenerali. L-etajiet tal-impjegati jvarjaw kif ġej: Maternity/Parental Leave bejn 20 u 41 sena Responsibility Leave bejn 37 u 58 sena Reduced Hours bejn 32 u 61 sena Teleworking bejn 20 u 62 sena Flexi-Time bejn 20 u 61 sena Career Break bejn 22 u 47sena. Ngħarraf l-Onor. interpellant li l-informazzjoni dwar l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mellieħa – bypass – testijiet u ċertifikazzjoni tax-xogħol

Question

Peress li l-bypass tal-Mellieħa hija lesta u ilha xhur lesta, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ testijiet saru, minn min saru u min iċċertifika x-xogħol? Jista' jpoġġi kopja tat-testijiet u taċ-ċertifikazzjoni tax-xogħol fuq il-Mejda tal-Kamra, u jgħid x’kien l-eżitu tat-testijiet kollha li saru? Jista' jgħid ukoll jekk Infrastruttura Malta u l-Ministeru tiegħu, humiex kuntenti bl-eżitu tat-testijiet u bil-kwalità tax-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Hekk kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6735, it-testijiet tekniċi meħtieġa sabiex janalizzaw il-kwalità tax-xogħol fit-triq imsemmija twettqu u t-tagħrif miġbur qed jiġi pproċessat sabiex jiġu konklużi r-riżultati finali. It-testijiet imsemmija jsiru minn entitajiet indipendenti minn Transport Malta u Infrastructure Malta. Filwaqt li r-rapporti finali għadhom qed jiġu ffinalizzati, mit-tagħrif tekniku disponibbli jidher li se jkun meħtieġ isiru xi tiswijiet sabiex it-triq tilħaq il-livelli ta’ kwalità rikjesti minn Infrastructure Malta. Minkejja li dawn in-nuqqasijiet m’għandhomx impatt fuq is-sigurtà ta’ dawk li jużaw din it-triq, Infrastructure Malta diġà tkellmet mal-kuntrattur konċernat sabiex jieħu l-azzjonijiet kollha neċessarji ħalli jintlaħqu l-livelli ta’ kwalità mixtieqa. Infrastructure Malta se tkompli taħdem sabiex ittejjeb il-kwalità, l-effiċjenza, s-sigurtà u s-sostenibilità tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.