Tista’ l-Ministru tispjega kemm se jkun hemm charging points/pillars installati fil-pajjiż u li jistgħu jintużaw sal-aħħar ta’ din is-sena? X’inhuma l-pjani tal-Gvern f’dan ir-rigward mis-sena d-dieħla?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li se jkun hawn total ta’ 186 charging pillar sa l-aħħar ta’ din is-sena. 130 minnhom huma ġodda, dawn jammontaw għal total ta’ 260 charging point, filwaqt lis-56 charging pillar oħra ilhom installati sa mis-sena 2012. Dan ifisser li sa’ l-aħħar ta’ din is-sena se jkollna 362 charging point. It-teknoloġija li addottajna se tkun tinkludi fast charging pillars fejn se jkun hemm 44 fast charging points disponibbli għall-pubbliku.
Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess li fix-xhur li ġejjin, se jinbidlu l-pillars eżistenti (56) għal pillars b’teknoloġija iżjed moderna u kompatibbli mas-sistema l-ġdida. Għaxar pilastri minn dawk eżistenti se jiġu mgħammra b’teknoloġija fast charging.
Qed nimmiraw li minn issa l-quddiem ikollna infrastruttura intelliġenti tal-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi li tista' faċilment tikkomunika mal-grid nazzjonali tal-enerġija. Sabiex jiġri dan jeħtieġ li nimxu ma’ protokolli ta' komunikazzjoni interoperabbli u miftuħa li jistgħu jappoġġjaw il-funzjonalità kollha meħtieġa anke mir-regolament Ewropew.
Se jkomplu jiġu installati charging pillars oħra madwar Malta u Għawdex. Huwa mistenni li matul it-tliet snin li ġejjin jiġu installati madwar 600 charging pillar ġdid li jammontaw għal 1,200 charging point oħra.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri ta' persuni self-employed li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena bejn 2010 u 2021?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, hawn taħt issib tabella li turi l-persuni self-employed li jaħdmu fuq bazi full-time u part-time biss u li jirrisjedu fil-Qala, Għawdex sena b'sena minn 2010 sal-aħħar ta’ Mejju 2021.
Sena
Total
Diċembru 2010
97
Diċembru 2011
98
Diċembru 2012
102
Diċembru 2013
112
Diċembru 2014
125
Diċembru 2015
136
Diċembru 2016
153
Diċembru 2017
173
Diċembru 2018
190
Diċembru2019
198
Diċembru 2020
216
Mejju 2021
219
L-aħħar ċifri ppublikati huma ta’ Mejju 2021.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għala ngħalaq l-uffiċju u tneħħew l-uffiċjali li kienu qed jgħinu l-Gozo Regional Committee fil-ħidma tiegħu? Jistax il-Ministru jikkunsidra li jerġa’ jinfetaħ dan l-uffiċċju sabiex il-proċess ta' djalogu soċjali f'Għawdex jissaħħaħ?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. interpellant li minn Jannar 2020 ‘l hawn ma ngħalaq l-ebda uffiċċju li qed jagħmel referenza għalih.
Jista’ l-Ministru, filwaqt li nirringrazzjah għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22801, jgħid:
a) min kienu l-kuntratturi li għamlu x-xogħlijiet;
b) liema minnhom kienu magħżula b’direct order; u
c) liema kienu b’sejħa pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ntqal il-kunratt ewlieni ma ngħatax b’direct order imma wara proċess li beda b’sejħa pubblika u kien konkluż b’negotiated procedure. Il-kuntratt ewlieni ngħata lil BIFRA JV kif ukoll xogħlijiet addizzjonali marbuta mal-istess skop. Waqt li xogħlijiet oħrajn kumplimentari għall-proġett li ma setax jesegwihom il-kuntrattur ewlieni ngħataw lil E&L Enterprises Ltd. u Vincent Farrugia.
San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor – tranġar ta’ bozoz maqtugħin
Question
Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex bozoz maqtugħin f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar jinbiddlu/jitranġaw?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħsara li kien hemm f’toroq Sir Luigi Preziosi u l-Plajja tal-Bognor f’San Pawl il-Baħar issewwiet.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuni li d-dettalji u l-korrispondenza qed jingħataw separatament peress li l-garaxx hu inaċċessibbli minħabba ċirkostanzi ta' saħħa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Awtorità tat-Trasport qegħda ssegwi l-każ.
Lista ta’ benefiċjarji tal-iskema Construction Industry Scheme
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' benefiċjarji tal-iskema tal-Malta Enterprise 'Construction Industry Scheme' li ħarġet fis-sena 2020 inkluż l-ismijiet ta' kull benefiċjarju, kemm ingħata u l-proġett għaliex ingħata l-grant?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise hi koperta bil-kunfidenzjalita' imposta skont l-Artiklu 21(5) tal-Att dwar l-Intrapriża ta’ Malta (Malta Enterprise Act) u l-Artiklu 33 tal-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji (Business Promotion Act) u għalhekk ma tistax telenka l-ismijiet tal-kumpaniji.
L-ammont ta’ assistenza approvata lill-40 benefiċjarju taħt l-iskema
Support for the Construction Indusry to Replace existing machinery with new, more Environmentally Friendly Machinery and Equipment
tammonta għal 4 miljuni. It-tnaqqis ta’ emissjonijiet wara li jsir dan l-investiment ser ikun:
Unburnt Hydrocarbon HC9g): 83%
Carbon Dioxide CO2 kg:50.5%
Carbon Monoxide CO (g): 80.8%
Nitrogen Oxides Nox: 96.45%
Particulate Matter PM: 91%
Sulphur Dioxide SO2: 42%
Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għola – żieda fin-numru ta’ studenti barranin
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk bil-ftuħ tal-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja tal-Istat ġiex imħabbar żieda qawwija fin-numru ta' studenti barranin? Tista’ tinforma lill-Kamra bin-nazzjonijiet diversi u tgħid minn fejn ġejjin dawn l-istudenti barranin, in-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, kemm minn dawn l-istudenti qed jingħataw edukazzjoni b'xejn u kemm minn dawn l-istudenti qed iħallsu l-miżati sħaħ skont kif imħabbra mill-istituzzjonijiet infushom? Kemm minn dawn l-istudenti barranin jgħixu f'Malta permanenti mal-ġenituri tagħhom, u kemm ġew apposta minn pajjiżhom biex jistudjaw f’Malta? Kemm minn dawn l-istudenti barranin li qed jistudjaw fl-istituzzjonijiet tal-Istat ġew permezz tal-programm Ewropew ta’ skambju Erasmus Plus?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni dwar l-istudenti barranin li jattendu l-Istitut tal-Edukazzjoni Vokazzjonali u Għolja, in-nazzjonalità u n-numru ta’ studenti minn kull nazzjon, hija kif muri fit-tabella hawn taħt:
Nazzjonalit
à
Studenti
Albanian
11
American
10
Australian
6
British
47
Bulgarian
54
Canadian
7
Chinese
11
Croatian
6
Danish
11
Dutch
8
Egyptian
11
Eritrean
8
Ethiopian
7
Filipino
24
French
8
German
13
Hungarian
23
Icelander
13
Indian
138
Irish
6
Italian
81
Latvian
7
Libyan
58
Macedonian
20
Nigerian
20
Pakistani
11
Polish
10
Romanian
24
Russian
9
Serbian
70
Slovakian
6
Somali
9
South African
5
Spanish
7
Sudanese
5
Syrian
26
Thai
5
Turkish
20
Others
73 minn 38 pajjiż
Grand Total
900
Minnhom bħalissa hemm 773 li qegħdin jirċievu edukazzjoni b’xejn. Uħud jistgħu jintalbu jħallsu f’Jannar jekk l-eżenzjoni tal-ħlas pprovduta mill-Ministeru ma’ tinħariġx minħabba nuqqas ta’ eliġibbiltà. Hemm 127 qegħdin iħallsu għal kors.
Infurmata wkoll li 773 student jgħixu Malta filwaqt li 127 ġew speċifikament biex jistudjaw. Minnhom 62 qegħdin fuq ERASMUS.
Trasport Pubbliku minn bus stops quddiem il-grawnd tal-Mosta
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jkun hemm Trasport Pubbliku minn bus stops ta’ quddiem il-grawnd tal-futbol tal-Mosta f’Valletta Road lejn in-Naxxar għal studenti li jmorru fl-iskejjel tan-Naxxar, u dan għaliex fil-preżent dan it-trasport pubbliku waqaf?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li ttieħdet nota ta’ dan is-suggeriment għal aktar kunsiderazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa permezz tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jinvestigaw il-każ ta’ drenaġġ li spiċċa f’Wied il-Għasel Mosta? Jista’ l-istess Dipartiment tas-Saħħa Pubblika jordna lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sabiex ibattal l-ilma bid-drenaġġ sabiex dan l-ilma kkontaminat ma jispiċċax fil-water table?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ġie investigat fid-9 ta’ Novembru minn uffiċċjali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali u preżenti waqt l-istess spezzjoni kien hemm rappreżentanti f’isem il-kumpanija inkarigata mill-asfaltar.
Waqt l-istess spezzjoni ġie nnutat li kienu qed isiru xi xogħoljiet fis-sistema ta’ drenaġġ u fil-water culvert fi Triq il-Kbira, l-Mosta iżda ebda drenaġġ ma ġie nnutat jiskula f’Wied il-Għasel.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 15861.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.