Il-Fgura — Triq il-Liedna - parti tat-triq li sfrondat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex investigat u x'passi se jittieħdu wara li jidher li sfrondat parti minn Triq il-Liedna kantuniera ma' Triq il-Ġiżi ġewwa l-Fgura, biswit sit li qed jinbena, u konsegwenza t'hekk anke intilfu diversi parkeġġi f'din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-entità kompetenti responsabbli mit-tiswijiet u l-manutenzjoni ta’ din it-triq hija l-kunsill lokali tal-lokalitá konċernata. Infrastructure Malta infurmat lill-kunsill lokali konċernat sabiex iqisu dan l-ilment u jieħdu l-passi għat-tiswijiet meħtieġa.
Sadanittant, Infrastructure Malta, l-aġenzija nazzjonali inkarigata mill-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta, qed taħdem fuq investiment bla preċedent ta’ €700 miljun sabiex fis-snin li ġejjin gradwalment tirranġa u tibni mill-ġdid it-toroq f’kull lokalità. Fil-fatt, diġa tħabbru l-ewwel 120 mill-lista ta’ toroq li ser ikunu qed jinbnew mill-ġdid fl-2019. Aktar toroq li ser jitranġaw fl-istess sena jitħabbru fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Appoġġ u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ;
Appoġġ
Pożizzjoni tal-Ħaddiema
Numru ta’ Impjegati
FULL TIME
ADMINISTRATION EXECUTIVE
1
ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER
10
CUSTOMER CARE CLERK
1
DIRECTOR - APPOGG
1
DRIVER II
3
EXECUTIVE - SENIOR
1
EXECUTIVE I
3
EXECUTIVE II
12
EXECUTIVE III
12
EXECUTIVE IV
12
GENERAL HAND
1
MANAGER
11
PERSONAL ASSISTANT
1
PRECINCTS HANDLER
4
PSYCHOLOGY OFFICER
2
SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE
3
SOCIAL SUPPORT WORKER
20
SOCIAL WORKER
170
SUPPORT LINE (179) OPERATOR
4
SUPPORT WORKER
68
TRAINEE SUPPORT WORKER
6
TRAINEE SUPPORT WORKER
1
YOUTH WORKER
5
PART TIME
ADMINISTRATIVE SUPPORT WORKER
1
CUSTOMER CARE CLERK
1
EXECUTIVE III
3
SOCIAL SUPPORT WORKER
9
SOCIAL WORKER
10
SUPPORT WORKER
17
UNPAID LEAVE
SOCIAL WORKER
5
SUPPORT WORKER
1
TOTAL
399
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-complement tal-ħaddiema kollha tal-Aġenzija Sedqa u jaqsam l-informazzjoni skont kull grad kif ukoll bejn full-time u part-time?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif mitlub minnu huwa kif ġej ;
SEDQA
Ħaddiema Sedqa – Pożizzjoni tal-Ħaddiema
Numru ta’ Impjegati
FULL TIME
ACTING MANAGER
1
ADMINISTRATION SUPPORT WORKER
8
CARE WORKER
17
CLINICAL DIRECTOR
1
COMMUNITY WORKER
1
COUNSELLOR
3
DIRECTOR - SEDQA
1
EXECUTIVE III
4
EXECUTIVE IV
1
FAMILY THERAPIST
4
MANAGER
4
MEDICAL DOCTOR
2
NURSE
8
NURSING OFFICER
1
PRECINCTS HANDLER
1
PREVENTION EXECUTIVE
5
PSYCHOLOGIST
3
PSYCHOLOGY ASSISTANT
5
PSYCHOTHERAPIST
1
RECEPTIONIST
1
SENIOR ADMINISTRATION EXECUTIVE
1
SOCIAL WORKER
24
PART TIME
ADMINISTRATION SUPPORT WORKER
1
EXECUTIVE I
1
FAMILY THERAPIST
2
FAMILY THERAPY WORKER
1
MEDICAL DOCTOR
2
NURSE
5
PHARMACIST
2
PREVENTION FACILITATOR
1
PSYCHOLOGIST
1
PSYCHOLOGY ASSISTANT
4
PSYCHOTHERAPIST
2
UNPAID LEAVE
FAMILY THERAPIST
1
PREVENTION PROGRAMME FACILITATOR
1
TOTAL
121
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta’ pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej:
- Anqas minn €400 fix-xahar;
- Bejn €401 u €500 fix-xahar;
- Bejn €501 u €600 fix-xahar;
- Bejn €601 u €700 fix-xahar;
- Bejn €701 u €800 fix-xahar;
- Bejn €801 u €900 fix-xahar;
- Bejn €901 u €1,000 fix-xahar;
- Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u
- Aktar minn €1,101 fix-xahar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin:
- President
- Prim Ministru
- Speaker
- Awditur Ġenerali
- Ombudsman
- Ministru
- Segretarju Parlamentari
- Membru Parlamentari
- Segretarju Permanenti Ewlieni
- Segretarju Permanenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ IPOs li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid:
- id-data tal-ħruġ;
- kemm kien l-ammont ta’ ishma maħruġa; u
- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ Bond Issues li saru fil-Borża ta’ Malta fl-aħħar għaxar snin u f’kull każ jgħid:
- id-data tal-ħruġ;
- kemm kien il-valur tal-Bonds maħruġa; u
- min kien/u l-istockbroker/s imqabbda?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200
Question
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda dan it-tnaqqis, fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-miżura tat-tnaqqis ta’ €200 oħra mill-pensjoni tas-servizz, kif imħabbra fil-baġit għas-sena 2019, ser tkun qiegħda tiġi implimentata fir-reviżjonijiet illi ser isiru fl-2019, bl-istess mod illi ġiet implimentata fis-snin imgħoddija.
Tajjeb nippreċiża għall-fini ta’ korrettezza, li din il-miżura ma kinitx introdotta fl-2008 iżda f’dik is-sena kien tkompla l-proċess illi kien ilu wieqaf għal 11-il sena, wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f’Ottubru 1997 minn Gvern Laburista.
Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200
Question
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern semma li €200 oħra se jiġu mnaqqsa fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u li dan it-tnaqqis ta' €200 kien ġie oriġinarjament introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 li hawn inkluda dan it-tnaqqis fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti u peress li fil-passat, il-€200 kienu jiġu mnaqqsa fil-kalkoli f'każijiet fejn il-pensjonant kien jirċievi żewġ pensjonijiet, bħal pereżempju pensjoni tat-Teżor u pensjoni normali, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan hux se jkun il-każ fl-2019 ukoll?
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi, se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni? Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, skont id-diskors tal-baġit, iż-żieda ta’ €11 fil-ġimgħa ma tirreferix għal miżura tal-€200.
Din iżda tirreferi għal miżura oħra, li bis-saħħa tagħha, ir-reviżjoni li ssir kull sena lil dawk li jilħqu l-età ta’ 72 sena, minflok ser tiġi injorata 50 fil-mija tas-somma li kienu kkommutaw mill-ammont dovut lilhom bħala pensjoni oriġinali tas-servizz, issa ser jibda jiġi injorat 75 fil-mija.
Bejn wieħed u ieħor madwar 7,500 pensjonant jirċievu pensjoni tas-Servizz minbarra l-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali. Huwa stmat illi bejn dawk illi ser jieħdu żieda bis-saħħa tal-€200 tnaqqis, u dawk illi ser ikunu qed jibbenefikaw mill-miżura tal-75%, ser ikunu qed jibbenefikaw madwar 5,500 pensjonant.
Kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi u tnaqqis ta’ €200
Question
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar li t-tnaqqis ta' €200 oħra fil-kalkoli tal-pensjonijiet tas-servizzi se jwassal għal żieda ta' €11 fil-ġimgħa lil madwar 2,000 pensjonant, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-servizz, tat-Teżor jew pensjoni addizzjonali u li mhux ser jaraw żieda vera fil-pensjoni? Jidhirlu l-Ministru li żieda ta' €11 fil-ġimgħa hija adegwata fl-isfond tat-tkabbir ekonomiku mistenni għal pajjiżna?
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 lil hawn inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma’ dawn il-pensjonanti?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jispjega aħjar x’inhu l-punt illi qed jipprova jagħmel b’din il-mistoqsija, għaliex il-mistoqsija m’hijiex ċara.
Sadattant kif diġa weġibt għall-Mistoqsija Numru 7973, għall-fini ta’ korrettezza il-miżura tal-pensjonanti tas-servizz, tal-€200 ma kinitx introdotta fl-2008, iżda f’dik is-sena kien tkompla l-proċess illi kien ilu wieqaf għal 11-il sena, wara l-miżura estensiva li kienet tħabbret għall-pensjonanti tas-servizz f’Ottubru 1997, minn Gvern Laburista.
Peress li fil-baġit li tħabbar għas-sena 2019, il-Gvern ħabbar tnaqqis ta' €200 fil-kalkoli tal-pensjonijiet bl-għan li dawk li qed jaqilgħu fost l-iċken pensjonijiet tiżdidilhom il-pensjoni bi ftit u peress li dan it-tnaqqis ta' €200 ġie introdott fis-sena 2008, u, bl-eċċezzjoni tal-2010, kull baġit annwali mill-2008 inkluda tnaqqis ta' €200 fuq it-tnaqqis tas-snin preċedenti, u peress li hemm eluf ta' pensjonanti li kienu jaħdmu maċ-ċivil li minħabba li jikkwalifikaw għal aktar minn pensjoni waħda, qed jirċievu aktar mill-pensjoni massima tal-bolla, jiġifieri €12,185 fis-sena u dawk li jirċievu pensjonijiet annwali ta' inqas minn din iċ-ċifra, raw aġġustament tal-pensjoni tagħhom bil-mod il-mod iżda dawk li bid-dritt għandhom jieħdu pensjonijiet li huma aktar mill-massimu jridu jistennew is-snin qabel ma jibdew jaraw il-frott ta' proposti bħal dawn, jista’ l-Ministru x'miżuri short term għandu l-Gvern biex issir ġustizzja ma’ dawn il-pensjonanti?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies jaħdmu fi ħdan il-Justice Unit, u x’inhu l-grad jew pożizzjoni ta’ kull persuna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fi ħdan il-Justice Unit Hemm jaħdmu total ta’ seba’ persuni. Il-gradi tagħhom huma hekk kif ġej:
Senior Lawyer1
Lawyer - Scale 61
Adviser 1
Lawyer - Contract for Service1
Higher Clerical Officer1
Legal Adviser part-time1
Senior Operative1
Total 7
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima li l-gvern irid jippreżenta l-abbozz tiegħu lill-Kummisjoni Ewropea sal-aħħar ta’ din is-sena? Jista’ jagħti d-data meta se jippreżentah quddiem il-Parlament għad-diskussjoni? Jista’ jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti kopja tiegħu lill-Oppożizzjoni fil-ġurnata li jirrispondi din id-domanda?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tal-2019. Abbozz ta’ dan il-pjan jinstab fi stadju avvanzat sabiex jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar tas-sena 2018 wara li jkun ġie approvat mill- Kabinett. Matul l-2019, wara li jiġi diskuss l-abbozz mall-Kummissjoni Ewropeja, u jittieħed kont ta’ konsultazzjoni pubblika u aktar informazzjoni minn studji kurrenti, jitqiegħed il-pjan fuq il-Mejda tal- Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-gvern fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli, biex nilħqu l-miri mfassla għall-2020? Jista’ jgħid kemm huwa persważ il-Ministru li dawn il-miri se tilħaqhom Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex jintlaħqu l-miri mfassla għall-2020 fejn tidħol l-enerġija rinnovabbli, il-Gvern qiegħed jimplimenta bis-sħiħ in-National Renewable Energy Action Plan li ġie ppublikat fl-2017 u li fost oħrajn jinkludi numru ta’ nċentivi għall-istallazjoni ta’ sistemi fotovoltajiċi ta’ daqs zgħir, medju u kbar (solar farms), kif ukoll għajnuna għal min jinvesti f’solar water heaters. Qiegħed jiġi wkoll assigurat li persentaġġ dejjem akbar mill-fjuwil ikun ġej minn sorsi rinnovabbli. Il-Gvern huwa kommess li jkompli jimplimenta dawk il-miżuri kollha li jwasslu sabiex jintlaħqu l-miri tal-2020 bl-aktar mod effettiv.
Baġit għas-sena d-dieħla – allokazzjoni ta’ 40% inqas għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn il-gvern qed jalloka 40% inqas għall-enerġija fil-baġit għas-sena d-dieħla? Jista’ jgħid kif dan it-tnaqqis jaqbel mal-miri tal-gvern u ma’ dak li qed jippjana li jimplimenta f’dan il-qasam matul is-sena d-dieħla?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindika l-voti speċifiċi fejn qiegħed jara li l-Gvern qed jalloka 40% inqas għall-enerġija fil-baġit għas-sena d-dieħla u fl-istess ħin jirrelata’ l-Mistoqsija tiegħu mal-fatt li semma l-miri tal-Gvern u dak li qed jippjana li jimplimenta f’dan il-qasam matul is-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-partita baġitarja nru 5789 imsejħa “Provision of spare capacity electricity”? Jista’ jgħid l-allokazzjoni ta’ €14-il miljun għal reserve capacity għalxiex intużat fil-passat jew ser tintuża?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti baġitarja Nru 5789 imsejħa ‘’Provision of Spare Capacity Electricty’’ hija providiment tal-Public Service Obligation (PSO), ffirmat bejn il-Gvern Malti u Enemalta plc fit-2 t’Ottubru 2014, bħala kumpens għal Enemalta plc b’risq iż-żamma ta’ spare capacity fejn għandha x’taqsam il-ġenerazzjoni tal-elettriku.
Din l-
ispare
capacity
hija essenjzali sabiex Enemalta tkun tista tkopri għat-telf tas-sistemi ta’ ġenerazzjoni li normalment ikunu qed joperaw, kif ukoll hija neċessarja, f’sitwazzjonijiet bħal
total shutdown
, sabiex il-provista tal-elettriku tkun tista’ tiġi ristabilita fl-iqsar żmien possibbli.
Fejn jidħlu l-anomaliji li hemm fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma, issa li l-Prim Ministru ammetta u ġie fi kliem l-Oppożizzjoni, u fuq ix-xandir nazzjonali ħabbar li s-sena d-dieħla din se tissolva, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-investigazzjoni li qed jagħmlu f’dan ir-rigward? Jista’ jinfurmana jekk il-familji u n-negozji li qed jinsterqu humiex ser jiġu kkumpensati? Jekk iva, kif, kemm u meta? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li sar dwar il-kontijiet tad-dawl u l-ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sistema li qed tintuża mill-ARMS ilha tintuża minn żmien l-Aministrazzjoni Nazzjonalista. Jekk l-Onor. Interpellant qed jallega li l-konsumaturi nsterqu, allura bl-istess argument tiegħu stess, fiż-żmien meta kien hemm Amministrazzjoni Nazzjonalista, li huwa stess kien jagħmel parti minnha, kien qed jassumi li l-konsumatrui kienu qed jinsterqu u baqa’ ma tkellimx.
Jista’ l-Ministru jispjega l-ARMS x’qed jifhmu bi cumulative consumption per annum hekk kif miktuba fil-legal notice? Jista’ jgħid ukoll meta tibda u tispiċċa s-sena, għal skop ta’ kontijiet tad-dawl u l-ilma, skont kif jikkalkulawha l-ARMS, jekk hux minn Jannar sa Diċembru, minn Jannar sa Jannar ta’ wara, jew sempliċement 12-il xahar konsekuttiv? Jista’ jgħid kif?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ta r-Regolatur dwar l-ilment imressaq mill-Oppożizzjoni f’dan ir-rigward.