MCAST – studenti li qed isegwu taħriġ fil-plumbing
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm studenti l-MCAST li qed isegwu taħriġ fil-plumbing u li huma marbuta mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC)? Jista’ jgħid jekk in-numru ta' studenti indikati humiex biżżejjed jew le għall-ħtiġijiet futuri fis-settur tal-ilma? Kemm qed jingħata taħriġ lill-plumbers preżenti fil-WSC? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinġabu plumbers minn barra l-pajjiż biex jikkumplimentaw dawk eżistenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m’għandhiex studenti tal-MCAST li qed isegwu taħriġ fil-plumbing marbuta magħha. Il-plumbers impjegati mal-Korporazzjoni kollha jingħataw taħriġ skont ir-rekwiżiti ta’ fejn ikunu qed joperaw. Għall-futur qrib, il-Korporazzjoni m’għandhiex ħsieb li jinġiebu plumbers minn barra l-pajjiż biex jikkumplimentaw dawk eżistenti.
Asset Recovery Bureau – Asset Management Unit — konfiski
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?
Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ konfiska li semma fit-tweġiba u li m’għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f’konfiska ta’ assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?
Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalxiex l-Iżvezja ddeċidiet li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-gvern Żvediż, bħal pajji¿na, qiegħed jallineja r-regoli Żvediżi mad-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar l-Evitar tat-Taxxa, jew kif ġeneralment tissejjaħ l-ATAD (Diettiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164). Dawn il-bidliet huma proposti sabiex jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar, 2019.
Skont ir-regoli CFC (
controlled foreign corporation
) li ġew proposti mill-gvern Żvediż, il-gvern Żvediż se jkabbar in-numru ta’ pajjiżi fejn il-kumpaniji tagħhom jistgħu jkunu suġġetti għat-tassazzjoni Żvediża f’livell ta’ azzjonist.
Huwa importanti li jiġi rrilevat li Malta ma tpoġġietx fuq xi
black
list
u għalhekk li tkun barra mill-
white
list
ifisser l-kumpaniji Maltin se jkunu aktar suxxettibbli għal skrutinju mill-awtoritajiet tat-taxxa Żvediża.
Ngħarraf ukoll li l-Gvern Żvediż ma kkonsultax ma’ pajjiżna qabel ma ppubblika dawn il-proposti speċjalment fl-isfond meta wieħed jikkonsidra l-
fundamental
freedoms
stabbiliti u li r-reġim tat-taxxa tagħna huwa wieħed approvat mill-UE.
Ngħarraf ukoll li billi bħalissa il-gvern Żvediż huwa “
caretaker government
”, il-laqgħa proposta mal-Ministru tal-Finanzi Żvediż qed tiġi posposta temporanjament.
Minħabba n-natura tal-proposta fejn l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom diskrezzjoni wiesa’ fl-iskrutinju tagħhom fuq il-kumpaniji Maltin
b’shareholding
Żvediż, l-impatt ta’ tali mi¿ura mhux possibbli li jiġi kkalkulat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għamel il-Gvern biex jindirizza d-deċiżjoni tal-Iżvezja li tneħħi lil Malta kompletament bħala ġurisdizzjoni li hija parti mill-Whitelist għall-finijiet tas-Swedish Income Tax Act b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 8071.
NGOs – sodod/postijiet għall-anzjani u persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ sodod/postijiet li l-Gvern ingħataw lilu minn Għaqdiet Mhux Governattivi (bħal Dar il-Wens u d-Dar tal-Provvidenza) sabiex jintużaw mill-anzjani u persuni b’diżabilità? Fejn huma allokati dawn il-postijiet?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi 112–il persuna b’diżabilità qegħdin joqgħodu fi djar immexxija minn għaqdiet non-governattivi imħallsa mill-Gvern, kif ġej :
Dar il-Wens, Kalkara (Fondazzjoni Wens)
Dar l-Abilità, Kalkara (Fondazzjoni Wens)
Dar Merħba, Fgura (Fondazzjoni Wens)
Dar Nazareth, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)
Dar Jean Varnier, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)
Dar l-Arċipriet De Gabriele, Żejtun (Fondazzjoni Nazareth)
Dar Arka, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka)
Dar il-Ġublew tal-Ħniena, Għajnsielem, Għawdex (Fondazzjoni Arka)
Dar Shalom, Żurrieq (Dar tal-Providenza)
Dar Pirotta, B’Kara (Dar tal-Providenza)
Dar l-Akwarell, Qawra (Dar tal-Providenza)
Dar Bjorn, Qormi (ALS Malta)
Servizz tal-Ispettorat/Regolatur – investigazzjoni fuq Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b’Diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx is-Servizz tal-Ispettorat/Regolatur sabiex, minn żmien għal żmien, jinvestiga jekk it-tmexxija tad-Djar tal-Anzjani u tal-Persuni b’Diżabilità humiex jitmexxew skont l-Istandards Nazzjonali? Jekk iva, kemm iż-żjara għamel ir-Regulatur f’dawn l-aħħar tliet snin u fejn saru dawn iż-żjarat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, f’Mejju 2018 ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards ta’ Ħarsien Socjali, skont l-Att Numru XV tal- 2018. Bit-twaqqif ta’ din l-Awtorità l-Gvern ser ifittex illi jmexxi ’l quddiem u jistabilixxi r-regolamentazzjoni tas-servizzi ta’ wens soċjali, mogħtija minn aġenziji jew entitajiet pubbliċi u dawk privati jew minn kull entità jew persuna oħra. Permezz tal-Awtorità, il-Gvern ser jaħdem sabiex, fost oħrajn:
- Jistabilixxi standards
regolatorji għal servizzi ta’ wens soċjali;
- Jgħin lill-provdituri ta’ servizzi sabiex jipprovdu servizzi ta’ kwalità għolja;
- Jinforza l-istandards
u l-kundizzjonijiet stipultati fil-liċenzji mogħtija mill-Awtorità lill-provdituri ta’ servizz.
B’mod ekwu u ugwali l-Awtorità ser tkun qed issegwi, teżamina u tinforza l-operat kollu li jinvolvi l-għoti ta’ servizzi ta’ wens soċjali minn l-imsemmija provdituri ta’ servizz ta’ wens soċjali. Dan kollu ser isir permezz ta’ djalogu u konsultazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex il-proċess tar-regolamentazzjoni jkun wieħed kostruttiv.
Barra minn hekk, l-Awotrità ta’ Standards
ta’ Ħarsien Socjali, bħalissa għaddejja wkoll minn żmien ta’ tranżizzjoni bejn l-istess Awtorità u l-
Health Care Standards Directorate
,
sabiex l-Awtorità tkun ir-regolatur fil-qasam tal-anzjani. Din it-tranżazzjoni hija mbassra li tiġi konkluża sal-aħħar ta’ din is-sena. Għaldaqstant, bħalissa s-settur tal-anzjani għadu jiġi regolat mill-
Health Care Standards Directorate
.
Miż-żmien illi ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards
ta’ Ħarsien Socjali (minn Mejju) sal-4 ta’ Diċembru tal-2018 saru
44
żjara ta’ spezzjoni f’residenzi għal persuni b’diżabilità, kif qed ikun spjegat fit-tabella, kif ġej :
Residenza għal Persuni b’Diżabilit
à
Żjarat li saru
minn Mejju sa Diċembru 2018
Dar tal-Providenza
4
Dar tal-Gublew tal-Ħniena
4
Dar Nazareth
5
Fondazzjoni Wens
4
Dar Bjorn
3
Fgura Residence
2
Kirkop Residence
2
Vajrita 1
1
Vajrita 2
1
Villino Maria – Mtarfa
3
Dar Orchidea
3
Dar Andrew
2
Dar il-Fjuri
2
B’Bugia Residence
2
Sapport Head Office
5
Casa Apap Bologna
1
Total
44
Qabel ma ġiet imwaqqfa l-Awotrità ta’ Standards
ta’ Ħarsien Socjali f’Mejju, iż-żjarat ta’ spezzjonijiet kienu jsiru mid-Dipartiment tal-Istandards għal Ħarsien Soċjali, kif spjegat fiż-żewġ tabelli t’hawn taħt :
Sena
Żjarat
2016
12
2017
23
2018 (minn Jannar sa April)
24
Residenza għal Persuni b’Diżabilit
à
2016
2017
Jannar sa April 2018
Dar tal-Providenza
1
8
1
Dar tal-Gublew tal-Ħniena
1
4
2
Dar Nazareth
1
5
4
Fondazzjoni Wens
2
4
2
Dar Bjorn
0
1
3
Fgura Residence
0
0
2
Kirkop Residence
1
0
1
Vajrita 1
1
0
2
Vajrita 2
1
0
0
Villino Maria – Mtarfa
1
0
1
Dar Orchidea
1
0
1
Dar Andrew
1
0
1
Dar il-Fjuri
0
0
1
B’Bugia Residence
0
0
1
Sapport Head Office
1
1
2
Total
12
23
24
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – kumitat konsultattiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid id-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità għandhomx kumitat konsultattiv fejn primarjament jiġu diskussi l-fehmiet u l-opinjonijiet tar-residenti ta’ dawn id-Djar? Jekk iva, x’inhu rwol ta’ dan il-kumitat konsultattiv u kemm-il darba ltaqa’ matul dawn l-aħħar tliet snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-djar kollha tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tad-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, kollha għandhom kumitat konsultattiv għall-anzjani. Dan il-kumitat konsultattiv huwa wkoll wieħed mill-obbligi kuntrattwali f’kuntratti ta’ xiri ta’ sodod mill-privat. Dan il-kumitat huwa mmexxi mill-anzjani stess, bl-assistenza tal-istaff tad-djar rispettivi jew ħaddiema soċjali, u ġeneralment jiltaqa’ darba fix-xahar. L-irwol tal-kumitat konsultattiv huwa li jservi ta’ fora biex l-anzjani jiddiskutu affarijiet kurrenti li jikkonċernaw id-djar u jressqu rakkomandazzjonijiet lill-maniġment tad-djar u lid-Dipartiment.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, persuni b’diżabilità li jiġu riferuti lejn is-servizzi tal-Aġenzija Sapport, inkluż servizzi residenzjali, isirilhom assessjar minn ħaddiema soċjali, fejn jiġu analizzati u diskussi x-xewqat u l-bżonnijiet tal-persuna, sabiex jiġi żgurat illi jingħata l-aħjar servizz possibbli. Dan minbarra li, ladarba persuna b’diżabilità tibda tibbenefika mis-servizz, din tibqa’ tiġi segwita b’mod regolari minn diversi professjonisti u l-familjari, fejn dawn ikunu involuti, sabiex ikun assigurat illi l-bżonnijiet tal-persuna qed jiġu milħuqa. Dan il-moniteraġġ isir b’mod regolari u mhux permezz ta’ struttura ta’ laqgħat kollettivi ma’ klijenti oħra imma laqgħat individwali, hekk kif kull individwu għandu bżonnijiet differenti. Dawn il-laqgħat isiru darba fil-ġimgħa. Kull servizz huwa mmexxi minn tim ta’ professjonisti li jkunu disponibbli li jitkellmu mal-klijenti skont u meta tinqala’ l-ħtieġa.
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – residenti li għandhom servizz ta’ kustodju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità li għandhom is-servizz ta’ kustodju sabiex jitkellem f’isimhom fejn ikun meħtieġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità m’għandux servizz ta’ kustodju.
Ġentilment ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm, 11-il persuna b’diżabilità li bħalissa huma residenti f’xi waħda mid-djar għal persuni b’diżabilità, mmexxija mill-Aġenzija Sapport, illi għandhom kustodju legali. Tajjeb illi wieħed jirrimarka li, mhux kull persuna b’diżabilità residenti fid-djar immexxija mill-Aġenzija Sapport, għandha bżonn kustodju legali.
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – Trattamenti ta’ kull residenti — dokumenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra d-dokument importanti tat-Trattament ta’ kull resident fid-Djar kollha tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità? X’ikun hemm inkluż f’dan id-dokument ta’ trattament?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jikkjarifika u jispeċifika għal liema dokumenti qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq każ ta' housing u sfidi oħra soċjali fosthom iċ-cheque tar-relief? Jista' jara li jsir rapport mis-social worker dwar dan il-każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi, qiegħed jingħata l-attenzjoni kollha meħtieġa, bħal kull każ ieħor.
Mental Health Crisis Intervention – konsulent psikjatriku
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex is-sejħa li kienet ħarġet biex jimtela l-post ta’ Konsulent Psikjatriku fil-Mental Health Crisis Intervention ġiet irtirata jew inkella ma ġietx ipproċessata? Jaħsibx li meta r-rata ta’ emerġenzi psikjatriċi fosthom każijiet ta’ suwiċidju qed jiżdiedu, din il-kariga hija importanti? Hemm il-ħsieb li jerġa’ jiġi mwaqqaf il-Mental Health Crisis Intervention Team li ġie żarmat meta kien qed jagħmel xogħol tajjeb ħafna? Jista’ ġentilment iwieġeb dawn il-mistoqsijiet waħda waħda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fiż-żmien li kienet ħarġet is-sejħa, fl-2014 kien ġie deċiż illi s-sejħa għal Konsulent Psikjatriku ma jkunx għal xogħol komunitarju esklussivament imma jkun jinkludi wkoll xi xogħol ibbażat fl-isptar. Nfakkru illi waqt konferenza nazzjonali fl-5 ta’ Diċembru tnehdiet il-Konsultazzjoni pubblika dwar Strateġija Nazzjonali tas-Saħħa 2020-2030 u hija din l-istrateġija li se tkun qed tippjana l-iżvilupp għal-kura u prevenzjoni tas-Saħħa Mentali f’Malta u Għawdex inkluż ukoll fil-komunita’.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jew meta, il-Port Ħieles ser jinstalla x-shore to vessel supply tal-enerġija għal vapuri sabiex tibda tiġi mmitigata l-problema ta’ ħsejjes enormi li qed ikunu ġġenerati minħabba l-ġeneraturi u li minħabba fihom ir-residenti ta’ Birżebbuġa qed ibatu ħafna?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm hemm art okkupata minn fabbriki f’Ħal Far? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm art li hija meqjusa bħala industrial area f’Ħal Far? Jista’ jindika permezz ta’ pjanti, liema art hija meqjusa industrijali, liema art hija vakanti u liema art hija okkupata b’fabbriki?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kif ġie ristrutturat dak li kien id-Direttorat Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex? Liema taqsimiet u dipartiment kienu jaqgħu taħt dan id-Direttorat u issa taħt liema direttorat ġew? Min huma d-diretturi li ġew appuntati wara r-ristrutturar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li il-Ministeru kkummissjona lis-Sur David Spiteri Gingell biex isir rapport għar-ristrutturar tal-Ministeru. Kull tibdil huwa marbut ma’ dan l-eżerċizzju.
Tista’ l-Minsitru tgħid x’kienet ir-raġuni li ġew mibdula s-serraturi ta’ bibien li jagħtu għal ċertu dipartimenti ewlenin fil-bini tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onoervoli Interpellant li in vista tal-proċess u proġett tar-retro fitting tal-Ministeru għal Għawdex, ser jinbidel kollox. B’hekk ser ikollna uffiċċini ġodda, moderni u energy efficient.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie ppubblikat ir-rapport dwar ir-rispons li l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) irċeviet kif imsemmi fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7092? Jekk ir-rapport ġie ppubblikat, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? U jekk ir-rapport għadu ma ġiex ippubblikat, jista’ jgħid meta ser jiġi ppubblikat? Jista’ jpoġġi kopji tad-diversi risposti li saru fir-rigward tal-konsultazzjoni inkwistjoni?