Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Far – proġetti ta’ afforestazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hemmx ippjanati proġetti ta’ afforestazzjoni f’Ħal Far?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li preżentament għaddej stħarrig biex nidentifikaw żona fil-limiti ta’ Ħal Far fejn jista' jsir intervent ta’ afforestazzjoni li tkun miftuħa għal pubbliku. Dan l-istħarrig qed jara wkoll t-titoli tal-art u jekk hemmx xi pjanijiet li jsiru xi proġetti f’din iż-żona.
Leg 13 PQ #8119 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Construction and Maintenance Unit – użu ta’ bricks

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8120 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Construction and Maintenance Unit – użu ta’ soft stone

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp minn Jannar 2018 sal-lum? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw soft stone (kantun) fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #8121 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Attivitajiet Kulturali f’Għawdex – ħaddiema tal-Gvern

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew organizzati attivitajiet kulturali f'Għawdex u kemm ġew inkarigati ħaddiema tal-Gvern u mill-privat, biex għamlu xogħol in konnessjoni ma' dawn l-attivitajiet mis-sena 2013 sal-lum, għal kull attività separatament u maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #8122 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – xogħlijiet biex l-uffiċċju jsir aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'xogħlijiet saru f'kull uffiċċju tal-Ministeru u d-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħtha biex ikunu aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità nkluż għal dawk li għandhom nuqqas ta' smigħ jew nuqqas ta' dawl mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-Mistoqsija Parlamentari ser tingħata f'xi seduta oħra
Leg 13 PQ #8123 Sitting 179 2018-12-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi – ħaddiema Għawdxin li jaħdmu Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm u preżentament kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'Dipartimenti, Awtoritajiet, Aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentament dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Appell — Avviż Legali dwarit-Twaqqif tat-Tielet Sezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn għadu ma ġiex ippubblikat (fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza) l-Avviż Legali li jipprovdi għat-twaqqif tat-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell? Jaf il-Ministru li l-amministrazzjoni tal-Qrati għandha struzzjonijiet biex ma jkunux appuntati appelli quddiem din it-Tielet Sezzjoni tal-Qorti tal-Appell? Jekk il-backlog ta’ kawżi fil-Qorti tal-Appell kulħadd jaf li hu problema, għaliex dan id-dewmien biex jiġi ppubblikat dan l-Avviż Legali li l-amministrazzjoni tal-Qorti qed tinsisti għalih?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Membru Interpellant illi r-Regoli tal-2018 li jemendaw ir-Regoli dwar id-Distribuzzjoni ta’ Kawżi fil-Qorti tal-Appell li jipprovdu għad-distribuzzjoni ta’ kawżi quddiem l-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Sezzjonijiet tal-Qorti tal-Appell ġew pubblikati fil-25 ta’ Settembru 2018 permezz tal-Avviż Legali 301 tal-2018.

Ambjent Malta — Awtorità

Question

In vista tal-artiklu fit-sit tvm.com.mt tat-3 ta’ Awwissu 2018 intitolat “Ambjent Malta, a guardian for Malta’s environment”, fejn hemm rappurtat li "Ambjent Malta has been formally established to act as an environmental guardian….Minister for the Environment José Herrera said that every directorate related to the environment will be working within the operation of Ambjent Malta. He said that among other things it has a mandate to manage the Natura 2000 site. It will also manage natural heritage and implement environmental initiatives...”, u peress li sal-jum li fih qed issir din l-interpellanza ma jidhirx li ġie ppubblikat l-Avviż Legali li jwaqqaf Ambjent Malta, kif tgħid il-Liġi għal kull Awtorità/Aġenzija, jista’ l-Ministru: a. jispjega kif u b’liema jedd titwaqqaf Awtorità/Aġenzija mingħajr is-saħħa tal-Liġi li twaqqafha, bżonnjuża u siewja kemm trid; b. jagħti spjegazzjoni peress li sakemm ma jiġix ippubblikat dan l-Avviż Legali, Ambjent Malta m’għandha ebda mandat legali u kull azzjoni li qed tagħmel huwa ultra vires; c. jekk kienx infurmat fit-3 ta’ Awwissu 2018 meta hu tkellem dwar Ambjent Malta, li f’għajnejn il-Liġi din kienet fatat u non entity għax ma kinetx imwaqqfa b’Liġi; d. jagħti l-ismijiet tal-persuni li huma inkariga biex iwaqqfu Ambjent Malta u meta tahom dan l-inkarigu; e. kif jispjega l-fatt li fl-14 ta’ Lulju 2018 it-timesofmalta.com irrapurtat hekk " The Ambjent Malta agency has still not been formally launched, despite Environment Minister José Herrera having told the Times of Malta it would be up and running before the summer. In May (2018), Dr Herrera told Times of Malta that “work on Ambjent Malta was at a very advanced stage” and the agency would be launched “ definitely before summer ”, u minkejja t-trapass ta’ dawn ix-xhur kollha, l-Ministeru tiegħu ma ħax il-briga li jippubblika l-Avviż Legali rispettiv?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li Ambjent Malta giet imwaqqfa fit-3 ta’ Awwissu 2018 minn dak li qabel kien id-Direttorat tal-PARKS fi ħdan il-Ministeru għall- Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima. Din twaqqfet bħala direttorat ġenerali fis-servizz pubbliku u mhux bħala aġenzija jew awtorità. Għaldaqstant ma hemmx bżonn ta’ Avviż Legali għat-twaqqif tagħha għaliex hi ggvernata mill-Kostituzzjoni u l-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika. Għalhekk kull azzjoni li ħadet Ambjent Malta hi skont il-liġi u ma ħadet l-ebda azzjoni ultra vires. Is-sur Herman Galea gie appuntat Direttur Ġenerali ta’ Ambjent Malta fit-13 ta’ Ġunju 2018 bl-inkarigu amministrattiv li jwaqqaf dan id-Dipartiment. Is-sur Galea huwa assistit mis-sur Francis Farrugia li ġie appuntat Direttur ( Operations ) fl-20 ta’ Lulju 2018 flimkien ma Direttur ( Embellishment ) li s’issa għadu mhux maħtur. Ġie maħtur Board of Governors biex jgħin u jassisti lill-Ministru biex jipprovdi d-direzzjoni li għandu jieħu l-istess Dipartiment fl-immaniġġjar tal-wirt u kapital naturali Malti.

Ambjent Malta — Direttorat għall-Ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn, fit-twaqqif ta’ Ambjent Malta, id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti qatt ma ġie kkonsultat jew involut?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lil Onor. Interpellant li kemm id-Direttorat għall-Ambjent fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti kif ukoll is-Segretarju Permanenti kienu involuti bi sħiħ fit-twaqqif ta’ Ambjent Malta.

Kampjuni ta’ oriġini veġetali – ittestjar ta’ residwi ta’ pestiċidi u kontaminanti

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm inġabru kampjuni ta’ oriġini veġetali biex jiġu ttestjati għar-residwi ta’ pestiċidi u kontaminanti oħra matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba. Sena Numru ta’ Kampjuni 2013 118 2014 133 2015 100 2016 136 2017 121 2018 (sa 30 ta’ Novembru 2018) 212

Maximum Residue Level — kampjuni

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema kienu r-residwi ta’ pestiċidi li nstabu f’kampjuni ta’ oriġini veġetali li nġabru kemm li jeċċedu u kif ukoll dawk li ġew kwantifikati li fihom residwi taħt il-Maximum Residue Level, il-ħaxix jew frott li nstabu fih dawn ir-residwi, u l-pajjiż tal-oriġini tal-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati ta’ snin 2018, 2017, 2016, 2015, 2014 u 2013 li juru liema residwi ta’ pestiċidi nstabu f’oriġini veġetali, x’kien il-livell tagħhom, f’liema tip ta’ ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x’kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x’kien il-Limit of Detection ta’ kull metodu utilizzat għal kull residwu, u x’kien il-Level of Uncertainty ta’ kull riżultat pożittiv għall-kampjuni.

Residwi ta’ pestiċidi f’oriġini veġetali

Question

Jista’ l-Ministru jelenka liema residwi ta’ pestiċidi nstabu f’oriġini veġetali, x’kien il-livell tagħhom, f’liema tip ta’ ħxejjex, frott, ċereali jew prodotti oħra nstabu, x’kien il-Maximum Residue Level għal kull residwu partikolari, x’kien il-Limit of Detection ta’ kull metodu utilizzat għal kull residwu, u x’kien il-Level of Uncertainty ta’ kull riżultat pożittiv għall-kampjuni matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6815.
Leg 13 PQ #7830 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – servizzi ta’ konsulenza minn individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7383 waqt is-seduta ta' nhar it-2 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament? Jista' l-Ministru, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm tħallas l-istess individwu għas-servizzi tiegħu?

Response (MIZZI, KONRAD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kuntratt standard li fuqu jiġu fformulati kuntratti ta’ persuni ngaġġati fuq bażi part-time.
Leg 13 PQ #7831 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija – Villa Francia — attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru f’Villa Francia f'Ħal Lija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Għall-perjodu Marzu 2013 sa Lulju 2016 nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 7100, 15056, 22882 u 26757 tal-legiżlatura XII. Minn Lulju 2016 sal-lum, kif kien jiġri qabel l-2013, kien hemm 29 okkazjoni bi spiża medja ta’ €939 għal kull okkazjoni, fejn jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali f’Villa Francia li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b’rabta ma’ żjarat f’pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi u attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa ta’ Ħal Lija u fl-okkażjoni tal-Milied. Niġbed l-attenżjoni tal-Onor. Interpellant li meta qabel l-2013 deputati tal-Oppożizzjoni talbu informazzjoni dwar Villa Francia, il-Prim Ministru ta’ dakinhar kien wieġeb li l-informazzjoni mitluba kienet tirrikjedi ħafna xogħol u ma ngħatatx (mistoqsija parlamentari 26428 - Seduta 373 - Leġiżlatura XI). Minn informazzjoni li nstabet, jirrizulta li bejn l-2009 u l-2012 kien hemm 38 attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra li saru f’Villa Francia bi spiża medja ta’ €998 ghal kull okkazjoni.
Leg 13 PQ #7832 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħal Lija – Villa Francia — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time f'Villa Francia f'Ħal Lija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

F'Villa Francia hemm jaħdmu 3 persuni, 1 full-time u 2 part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu fil-Palazz tal-Girgenti .
Leg 13 PQ #7833 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi — Palazz tal-Girgenti - attivitajiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra kollha li saru fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u rendikont dwar in-nefqa b'rabta ma' kull waħda mill-imsemmija attivitajiet, laqgħat, ikliet, riċevimenti u okkażjonijiet oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Niġbed l-attenżjoni tal-Onor Interpellant li kif kien jiġri qabel l-2013, wara l-2013 ukoll, jien u l-mara tiegħi kellna impenji uffiċjali fil-Palazz tal-Girgenti li kienu jinkludu fost oħrajn attivitajiet b’rabta ma’ żjarat f’pajjiżna minn delegazzjonijiet għolja barranin, riċevimenti għas-soċjetà ċivili u għaqdiet mhux governattivi, u attivitajiet fl-okkazjoni tal-fieri li jsiru fis-sajf u l-kuncert Classics Under the Stars. L-aħħar żewġ impenji bdew ikunu organizzati qabel l-2013. Minn Marzu 2013 sal-lum kien hemm 43 attività li jaqgħu fil-kategoriji msemmija mill-Onor. Interpellant, fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta’ €1,712 għal kull attività. Minn informazzjoni li nstabet, jirrizulta li bejn Marżu 2008 u tmiem l-2012 kien hemm 63 attività fil-Palazz tal-Girgenti bi spiża medja ta’ €1,732 għal kull attività.
Leg 13 PQ #7834 Sitting 178 2018-12-06 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Siġġiewi – Palazz tal-Girgenti — ħaddiema

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time u/jew part-time fil-Palazz tal-Girgenti fis-Siġġiewi?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Fil-Palazz tal-Girgenti hemm jaħdmu 3 persuni, 1 full-time u 2 part-time, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn huma l-istess persuni li jaħdmu f'Villa Francia.

Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern hu obbligat li jagħmel skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (5) (d) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) biex jiġu stabbiliti l-finanzjament tal-aġenzija kif ukoll il-ħidmiet li għandhom jiġu indirizzati u miksubin minnha?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta f'ohra.

Kontijiet tal-enerġija – miżuri ta’ verifika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f'dawn l-aħħar 12-il xahar, kemm-il miżura ta' verifika ttieħdu fuq kontijiet tal-enerġija, partikolarment tal-ilma, li jkunu qed jirreġistraw “zero” għal-ammont ta’ ġranet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar 12-il xahar, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għamlet 8,940 intervent fuq ‘meters’ li kellhom xi forma ta’ problema bil-konsum.