Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm uffiċjali li jagħmlu xogħol ta’ infurzar fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li bħalissa fl-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) hemm sittax-il persuna li jwettqu spezzjonijiet u xogħol ta’ nfurzar b’rutina.
Tista’ l-Ministru tgħid, fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), kemm qed jiswa l-Uffiċċju taċ-Chairman, inkluż l-onorarja, il-car allowance u ż-żewġ persons of trust għal kull sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm membri fil-Bord tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Kemm qed jitħallas kull membru fis-sena u kemm qed jiswa l-Bord tal-OHSA kull sena fit-total?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li għadu ma tax il-flus stipulati għas-sena akkademika 2018-2019 lill-Academic Work Resource Fund (AWRF)? Kif jispjega li ħalla l-akkademiċi bla riżorsi ta’ fondi? Kemm u meta se jingħataw dawn il-fondi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Rigward din il-mistoqsija parlamentari, irid jiġi ppreċiżat li dawn ir-riżorsi ma jingħatawx mill-Ministru iżda huma parti mill-baġit tal-Università u jingħataw mill-Università fil-ħin approprijat. Infurmat li bħal snin oħra passati din l-allokazzjoni ġiet mogħtija fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru, din is-sena preċiżament fis-7 ta' Diċembru, lil dawk li kienu mxew kif suppost mar-regoli, inkluż li ssottomettew ir-rapport tagħhom fil-ħin u għamlu użu mir-rizorsi skont ir-regoli.
Forzi Armati ta’ Malta – stock ta’ flokkijiet ta’ taħt u kalzetti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-istores tal-Forzi Armati ta’ Malta kienx hemm dejjem stock għall-membri tagħha, u jekk iva kemm kien hemm bħala bilanċi fl-aħħar ta’ kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin, dawn l-imsemmija oġġetti:t
- Flokkijiet ta’ taħt; u
- Kalzetti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi flokkijiet u l-kalzetti kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
Flokkijiet
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1963
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 3990
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-11 ta’ Settembru 2018 – total 3656
.../2
Kalzetti Olive Green
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1592
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 488
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-1 ta’ Novembru 2018 – total 654
Kalzetti Navy Blue
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 918
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 284
L-istokk skont l-aħħar stocktake fil-27 ta’ Novembru 2018 – total 378
Jista’ l-Ministru jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u għaldaqstant jgħid jekk hijiex skont il-policies li jirregolaw l-ippjanar fiż-żona?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita tal-Ippjanar li l-Applikazzjoni PA 9516/18 ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta’ Novembru 2018. Dan iffisser illi l-ewwel perjodu ta’ 30 ġurnata, li jwassal għall konklużjoni ta’ l-ewwel fażi ta’ konsultazzjoni u fl-istess ħin jagħti ċans għall-kummenti tal-pubbliku, għalaq fis-7 ta’ Dicembru 2018.
Id-Direttorat ta’ l-Ippjanar, f’isem ic-Chairperson Eżekuttiv, irid jifli l-każ sew issa li ngħata ċans lill-entitajiet kollha illi jagħtu sehemhom fid-deliberazzjoni ta’ din l-applikazzjoni. Irid jieħu wkoll konjizzjoni tal-kummenti kollha li ntbghatu mill-pubbliku. Dawn kienu numerużi, aktar minn elf u sebgħa mija.
Il-proċess jista’ jinkludi wkoll fażi fejn l-applikanti u l-periti ikollhom jissottomettu informazzjoni ulterjuri. Dan jista’ jiskatta t-tieni fażi ta’ konsultazzjoni. Meta l-proċess ikun sħiħ u komplut, id-Direttorat jikteb ir-rapport finali li jkun jinkludi rakkomandazzjoni sħiħa dwar il-każ. Ikun f’dan l-istadju li l-Awtorita’ jkollha l-fatti kollha neċessarji sabiex tkun tista’ tiddelibera u tagħmel rakkomandazzjoni favur jew kontra dan il-proġett. Dan ir-rapport imsemmi għandu jitlesta u jintbgħat għand il-Kummisjoni għall-Ippjanar sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Frar 2019, sakemm ma jkunx hemm talba mill-perit sabiex jissospendi l-applikazzjoni.
Il-Ministru, minn naħa tiegħu, jista’ biss jiżgura ruħu mill-fatt illi l-process isir tajjeb u bi sħiħ, u jieħu konjizzjoni ta’ l-eżitu tal-proċess meta tittieħed deċizjoni mill-Awtorita’, u dan billi josserva u jirrispetta l-awtonomija assoluta illi għandha din l-istess Awtorita’.
Madankollu, mingħajr preġudizzju għal dak li jista’ jirri¿żulta fir-rapport finali, u għad-deċizjoni li għad trid tittieħed mill Awtorita’, il-Ministru diġa ħa konjizzjoni tal-fatt illi prima facie, il-proposta ta’ żieda ulterjuri fl-għoli tal-bini eżistenti jista jkollha mpatti negattivi fuq dan il-bini storiku u fuq l-“Area of High Landscape Value” illi fiha tinstab is-Saqqajja.
Għaldaqstant, anke f’dan l-istadju hekk bikri, jidher car illi din l-applikazzjoni sabiex jiżdied l-għoli tal-binja eżistenti ma tikkwalifikax bħala waħda minn dawk illi tista’ tisfrutta il-Policy imsemmija hawn fuq.
Forzi Armati ta' Malta — spiża ta' xatba tar-ranges tal-isparar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa x-xatba li tagħti għar-ranges tal-isparar tal-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi tliet xatbiet ġew installati fir-ranges ta' Pembroke. It-tlieta kienu manifatturati u installati mill-FAM. B’kollox, it-tliet xatbiet swew lill-FAM €1642.
Forzi Armati ta' Malta — Ingwanti taċ-ċerminojal - stock
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm dejjem stock, u jekk iva, kemm kellu fl-istores tal-Forzi Armati ta' Malta għall-membri tagħha, bħala bilanċi fl-aħħar tas-sena għal dawn l-aħħar tliet snin, ingwanti taċ-ċerimonjal?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-perjodu msemmi, ingwanti taċ-ċerimonjal kienu disponibbli. L-istokk li baqa' fl-aħħar ta' kull sena, fil-perjodu msemmi, huwa kif ġej:
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2016 – total 1
L-istokk fl-aħħar tas-sena 2017 – total 32
L-istokk skont l-aħħar stocktake fit-8 ta’ Novembru 2018 – total 71
Jista’ l-Ministru jelenka liema laboratorju jew laboratorji fil-preżent qed jiġu ingaġġati biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ analiżi ta’ residwi li qed isiru minn kull laboratorju rispettiv?
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-laboratorji li fil-preżent qed jintużaw biex janalizzaw ir-residwi ta’ pestiċidi f’kampjuni ta’ oriġini veġetali huma akkreditati skont il-liġijiet eżistenti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iScope of Accreditation ta’ dawn il-laboratorji?
Kampjun ta’ oriġini veġetali – testijiet għar-residwi ta’ pestiċidi
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk meta jiġi pprelevat kampjun ta’ oriġini veġetali mingħand sid jew entità biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi, jekk dak is-sid hux qed jingħata dokument jew notifika tan-natura u kwantità ta’ kampjun li ġie pprelevat? Is-sid jew produttur qed jiġi infurmat x’kien l-eżitu tar-riżultat ta’ analiżi ta’ kull kampjun li qed jiġi pprelevat mingħandu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sid il-prodott jingħata kopja ta’ rċevuta uffiċjali tal-Awtorita’ li jkun fiha informazzjoni tan-natura u kwantita’ approssimattiva tal-prodott li jkun prelevat. Infurmat ukoll li s-sid jirċievi ittra bir-riżultat ta’ jekk il-kampjun instablux livelli għoljin jew le ta’ pesticidi wara li l-Awtorita’ tirċievi r-riżultat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex meta jiġi prelevat kampjun tiġi aċċertata t-traċċabilità tal-prodott li minnu jkunu qed jiġu prelevati l-kampjuni? Jista’ jikkonferma jekk hijiex ukoll qed tintuża sistema ta’ double coding biex tassigura li min ikun qed jagħmel l-analiżi ma jkunx jaf l-identità tal-produttur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kull kampjun li jiġi pprelevat jiġi mpoġġi f’boroż ġodda tal-plastic u ssiġillat permezz ta’ siġil b’numru uniku quddiem sid il-prodott stess. Dan in-numru jitniżżel ukoll fuq l-irċevuta relevanti għal dak il-prodott. Kull korrispondenza mal-laboratorju, inkluż ir-riżultat, rigward il-prodott elevat tirreferi biss għal dan in-numru uniku sabiex tkun żgurata il-kunfidenzjalita ta’ sid il-prodott.
Jista’ l-Ministru jelenka x’inhi l-proċedura stabbilita ta’ meta jinġabar kampjun ta’ oriġini veġetali biex jiġi ttestjat għar-residwi tal-pestiċidi? Kemm jinżammu numru ta’ kampjuni biex ikun iggarantit li f’każ ta’ appell mingħand is-sid tal-prodott li jkunu rriżultaw li fihom ir-residwi ta’ pestiċidi jistgħu jiġu kkonfermati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kampjuni jittieħdu tlieta ta’ bejn wieħed u ieħor kilo il-wieħed li jiġu ssiġillati individwalment u jingħtaw numru uniku. Żewg kampjuni jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorita’ ġewwa freezer apposta sakemm ikun hemm bżonn, filwaqt li wieħed jingħata lura lis-sid tal-prodott issiġillat sabiex iżommu fil-freezer sakemm joħroġ ir-riżultat. Wieħed miz-żewġ kampjuni li jinżammu mill-uffiċjali tal-Awtorita’ jintbagħat il-laboratorju sabiex ikun ittestjat filwat li l-ieħor jibqa’ fil-freezer tal-Awtorita’ sakemm joħroġ ir-riżultat jew sakemm il-każ jintemm mill-Qorti.
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokument bi proċedura SP-TRD-902.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jelenka meta kienu d-dati ta’ meta nġabru l-kampjuni biex jiġu ttestjati għar-residwi ta’ pestiċidi ta’ oriġini veġetali matul is-sena 2017 sal-ġurnata tal-lum u kif ukoll id-dati ta’ meta r-riżultati ta’ kull kampjun ġew f’idejn l-awtoritajiet kompetenti għal kull kampjun li ġie pprelevat?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor, Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6815.
Intant, qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati aġġornati ta’ sena 2018.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari kemm-il ordni ta lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern skont dak li jipprovdi l-artikolu 3 (3) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Ministru jagħti d-data u dwar xiex kien kull wieħed mill-imsemmija ordnijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma jidhirx li qatt ingħatat ordni bħal dik imsemmija fid-domanda. Il-poter li jingħataw tali ordnijiet huwa wieħed ta’ riżerva u eċċezzjonali li jinstab f’numru ta’ liġijiet li waqqfu korporazzjonijiet pubbliċi fl-aħħar ċirca għoxrin sena.
Avukat Ġenerali – valuri ta’ servizz u Kodiċijiet ta’ Etika
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe valuri ta' servizz u Kodiċijiet ta' Etika li skont l-artikolu 3 (6) tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali (Kap. 90 tal-Liġijiet ta' Malta) jistgħu jiġu abbozzati mill-Avukat Ġenerali bi ftehim miegħu bħala l-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala Aġenzija tal-Gvern?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Ħatra ta’ Bordijiet ta’ Inkjesta
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7494 u jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il Bord ta' Inkjesta ġie maħtur minnu bħala Prim Ministru skont dak li jipprovdi l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-imsemmija Bordijiet ta' Inkjesta li ġew maħtura minnu u għal kull wieħed minnhom jindika s-suġġett u l-għan tal-inkjesta, it-termini tal-ħatra tal-inkjesta, l-isem, il-kunjom u l-kariga u/jew professjoni tal-persuni li ġew maħtura bħala Chairman u/jew Membri tal-Bord, id-data ta' meta ġie/ġew maħtur/a ċ-Chairman u l-Membri tal-Bord u d-data ta' meta ġie ppreżentat ir-rapport finali?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Bank Ċentrali ta’ Malta — Gvernatur u Deputati Gvernaturi laqgħat ma’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvernatur flimkien ma’ wieħed miż-żewġ Deputati Gvernaturi tal-Bank Ċentrali ta' Malta qattx kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali, avukati, accountants, awdituri, konsulenti, ħaddiema, diretturi jew azzjonisti tal-bank li d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat, min f'isem il-Bank Ċentrali ta' Malta kien preżenti għal dawn il-laqgħat, min talab li jsiru dawn il-laqgħat u x'kienu l-iskop ta’ dawn il-laqgħat? Jista' jgħid ukoll jekk kienx hemm talbiet għal laqgħat li ma ġewx milqugħa u jekk iva x'kienet ir-raġuni għat-talba għal laqgħa, min talab li ssir il-laqgħa u x'kienet ir-raġuni għaliex il-laqgħa ma saritx?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Gvernaturi rispettivi (2013 - 2018), la waħedhom u lanqas mad-Deputati Gvernaturi ma kellhom talbiet għal laqgħat ma' uffiċjali jew rappreżentanti oħra tal-bank li dwaru saret din il-mistoqsija.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed npoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2016 mill-isptar Mater Dei sar pagament ta’ €46 permezz tal-bank imsemmi minnu għal rimbors ta 'depożitu fuq krozzi filwaqt li fl-2018 mic-Central Procurement and Supplies Unit saru diversi pagamenti permezz ta’ dan il-bank għal Xiri ta' mediċina, Kunsulenzi u Korsijiet. It-total ta’ dawn il-pagamenti kien €71,682.51.