Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-perjodu konċernat.
Leg 13 PQ #7865 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu ebda trasferimenti u/jew pagamenti lill-bank imsemmi fil-Mistoqsija.
Leg 13 PQ #7866 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank imsemmi.
Leg 13 PQ #8124 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xagħra – L-Għar ta’ Calypso – għeluq ta’ akkwati għall-pubbliku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li parti mill-akkwati tal-Għar ta’ Calypso ġewwa x-Xagħra ngħalqu għall-pubbliku? Kemm ilhom li ngħalqu u x'azzjoni qed jieħu l-Ministeru biex jerġgħu jinfetħu mill-aktar fis possibbli?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-parti ngħalqet sabiex jitnaqqas l-aċċess għal din parti mill-pubbliku inġenerali u għalhekk titnaqqas il-possibilità ta’ iktar ħsarat lis-sit filwaqt li tassigura li l-veduta minn dan il-post tibqa’ titgawda. Bħalissa għaddejjin 3D scanning tas-sit u tal-għar biex, flimkien ma’ studji oħra, tiġi ddeterminata l-aħjar triq li għandu jieħu l-Ministeru sabiex jiġu kkonsolidati l-għar u s-sit tal-madwar.

L-Imġarr Għawdex — Xogħlijiet ta’ Dredging fuq il-port

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ta’ dredging u xogħol ieħor ġewwa l-Port tal-Imġarr Għawdex għadu ma bedix? F’liema xahar u f’liema sena hu ppjanat li jibda u jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, Infrastructure Malta ser tibda x-xogħol indikat, li jinkludi dredging, bini ta’ mollijiet ġodda u tibdil tal-pontoons eżistenti b’oħrajn ġodda, fit-tieni kwart tas-sena 2019, hekk kif jintemmu l-proċessi tal-għażla tal-kuntratturi meħtieġa, wara li nħarġu sejħiet għall-offerti, u l-appelli relatati li hemm jew jista’ jkun hemm.
Leg 13 PQ #8126 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ix-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ cleaning

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum kemm kien hemm ħaddiema mid-diversi Direttorati li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex li jagħmlu xogħol ta’ cleaning u manutenzjoni ġewwa l-areas tax-Xlendi, Marsalforn, Ramla, Dwejra u Ħondoq ir-Rummien, x’inhu il-grad tagħhom u dawn il-ħaddiema taħt min huma responsabbli? Tista’ tgħid ukoll x’ħinijet u ġranet jaħdmu dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8127 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna – skrivana, Executive Officers, Assistant Prinċipals u Principles — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx Skrivana, Executive Officers, Assistant Principles u Principles li jaħdmu ġewwa Kemmuna u jekk iva kemm hu n-numru? X'tip ta’ xogħol klerikali jagħmlu, fejn huma dawn l-uffiċini ġewwa Kemmuna u kif inhuma attrezzati? X'inhuma l-ħinijiet tax-xogħol tagħhom fix-xitwa u fis-sajf u meta jkun il-maltemp fejn jirrapportaw għax-xogħol? X'tip ta’ xogħol jagħmlu u taħt liema Direttorat jaqgħu? Min hu responsabbli għal dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-gradi msemmija l-Ministeru għandu uffiċjal wieħed li qed jagħmel superviżjoni f’Kemmuna kuljum mit-Tnejn sas-Sibt bejn is-7.00 a.m u s-2.00 p.m. Bħala uffiċċju hu juża l-kamra li hemm fil-Blue Lagoon u jissorvelja u jintervjeni skont l-esiġenza tas-servizz mitlub minnu. Dan l-uffiċjal jirrapporta lill-uffiċċju tal-Intervention Team li jaqa’ taħt ir-responsabilta’ tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru. Kull meta t-temp ma jippermettix, hu jirrapporta l-Uffiċċju tal-Intervention Team f’Għawdex.
Leg 13 PQ #8128 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Proġett ta’ Airfield

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' Airfield ġewwa Għawdex? Fiex waslu l-preparamenti biex jitwettaq dan il-proġett? Meta hu mistenni li jibda jintuża?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li qiegħdin f’taħdidiet avvanzati flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu dwar il-possibilta’ ta’ servizz bil-ħelikopter bejn iż-żewġ Gżejjer
Leg 13 PQ #8129 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol

Skola Primarja tan-Nadur – FTS — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar xhur u eżattament minn Ġunju 2018 sal-lum sarux xi xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur mill-Foundation for Tomorrow’s School (FTS) u dan peress li hemm partijiet minn din l-iskola li jinsabu fi stat ħażin ħafna? Jista’ jgħid jekk il-periti tal-FTS lestewx ir-rapporti li kellhom ilestu fl-aħħar xhur u jekk iva jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'passi se jittieħdu f'din l-iskola sal-aħħar tas-sena skolastika kurrenti u matul is-sajf li ġej?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li qegħdin isiru l-preparamenti sabiex tinħareġ it-talba permezz tad-Dynamic Purchasing System biex Perit ikun inkarigat biex jagħmel ix-xogħlijiet meħtieġa. Għalkemm il-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada m'għamlet l-ebda xogħlijiet fl-Iskola Primarja tan-Nadur, saru xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’din l-iskola kif muri fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7820.
Leg 13 PQ #8130 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Karigi – remunerazzjoni, allowances u benefiċċji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7969 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-remunerazzjoni, allowances u l-benefiċċji li huma marbutin mal-karigi li ġejjin: - President - Prim Ministru - Speaker - Awditur Ġenerali - Ombudsman - Ministru - Segretarju Parlamentari - Membru Parlamentari - Segretarju Permanenti Ewlieni - Segretarju Permanenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Pensjonijiet mill-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7968 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hawn pensjonanti li jirċievu xi forma ta’ pensjoni mill-Istat u jaqsam tali informazzjoni fi brackets kif ġej: - Anqas minn €400 fix-xahar; - Bejn €401 u €500 fix-xahar; - Bejn €501 u €600 fix-xahar; - Bejn €601 u €700 fix-xahar; - Bejn €701 u €800 fix-xahar; - Bejn €801 u €900 fix-xahar; - Bejn €901 u €1,000 fix-xahar; - Bejn €1,001 u €1,100 fix-xahar; u - Aktar minn €1,101 fix-xahar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7959 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi fl-2017 u din is-sena?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat minn SportMalta li l-kuntratti li saru fl-2017 u 2018 huma s-segwenti: 1. Valletta United Waterpolo Club, 2. Marsa Football Club, 3. Birżebbuġa Foundation. Dawn il-kuntratti qed jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta’ kull applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni responsabbli skont l-Avviż Legali rispettiv, b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi? Għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid: a. min applika; b. fejn huwa s-sit li fuqu qed issir l-applikazzjoni u x’daqs fih il- footprint tas-sit; c. fiex tikkonsisti l-applikazzjoni u jekk tikkonsisti fi żvilupp kemm se jiġi żviluppat spazju f’termini ta’ metri kwadri; d. jekk il-Kummissjoni responsabbli approvatx il-proposta, għadhiex qed tevalwa jew irrifjutathiex; u e. f’każ li ġiet approvata, x’inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-kuntratt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Kummissjoni tal-Faċilitajiet Sportivi Kummerċjali, wara talba minn diversi għaqdiet sportivi għal direzzjoni dwar jekk proġett jistax ikun vijabbli jew le, ħolqot sistema ta’ pre-applications li permezz tagħha dawn l-għaqdiet, b’nefqa minima, jingħataw risposta prima facie dwar jekk proġett huwiex sportivament u kummerċjalment vijabbli jew le. Il-Kummissjoni s’issa rċeviet tmien (8) pre-applications (sebgħa minn klabbs tal-futbol u waħda minn assocjazzjoni nazzjonali) u bħalissa qiegħda tikkonsulta kemm mal-għaqdiet rispettivi, kif ukoll mal-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità dwar l-Artijiet, il-vijabbilità ta’ dawn il-proġetti. Kif ikun konkluż dan il-proċess, jekk il-Kummissjoni tagħti approvazzjoni prima facie għall-proġett, l-għaqda sportiva kkonċernata tkun tista’ tgħaddi sabiex tagħmel l-applikazzjoni skont il-lġi, u ċjoè r-Regolamenti għall-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi. S’issa l-Kummissjoni approvat prima facie, pre-application waħda, u ċjoè dik ippreżentata minn Sliema Wanderers FC, u bħalissa qed tistenna lill-klabb jippreżenta l-applikazzjoni proprja.

Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7959, jista’ l-Ministru jikkonferma li s-sit li qed jirreferi għalih fit-tweġiba, huwa dak li Valletta FC preżentement għandhom il-kuntratt ta’ ċens fuqu fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ? Jekk iva, jista’ jagħti rendikont aktar dettaljat ta’ x’sar fil-ħidma li qed jirreferi għaliha fl-istess tweġiba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-art li saret riferenza għaliha fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 7958 (mhux 7959 kif erronjament indikat fil-mistoqsija) mhijiex l-art ta’ Ħal Farruġ.
Leg 13 PQ #8135 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA – kumpaniji — UBOs

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm trusts jew kumpaniji nominee li l-Ultimate Beneficial Owners (UBO) tagħhom huma reġistrati mal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

In-numru ta’ kumpaniji li l-ishma tagħhom, jew parti mill-ishma tagħhom, huma miżmumin minn kumpaniji liċenzjati f’Malta bħala fiduċjarji (trustees/nominees) u li dwarhom gew sottomessi in-notifiki tal-Ultimate Beneficial Owners jammontaw għal 1,430.

Skejjel Primarji — għoti ta' ħalib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba suppost jingħata l-ħalib fl-iskejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li kull skola primarja tingħata ħalib darba fil-ġimgħa.

Raħal Ġdid — skola primarja - għoti ta' ħalib

Question

Jista' l-Ministru jivverifika kemm-il darba f'ġimgħa qed jingħata ħalib fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onorevoli interpellant li kull skola, inkluż iż-żewġ skejjel A u B tar-Raħal Ġdid, jieħdu ħalib darba fil-ġimgħa bħal kull skola primarja oħra.
Leg 13 PQ #8138 Sitting 180 2018-12-11 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, jista’ jgħid x’inhu xogħlu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-individwu li d-dettalji dwaru ingħataw separatament m’huwiex impjegat mal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ — impjegat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, fis-Segretarjat jew f’xi dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Le m’huwiex.

Ministeru għas-Saħħa — impjegat

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex impjegat mal-Ministeru għas-Saħħa, fis-Segretarjat jew f’xi dipartiment li jaqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

NinfNinforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu msemmi minnu m’huwiex parti mis-segretarjat tal-Ministru għas-Saħħa.