Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti saru u x'kien il-valur tagħhom fi flus matul is-sena 2018 ġewwa Għawdex mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u x'tip ta’ proġetti hemm ippjanati li jsiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2019 ġewwa Għawdex u x'inhu l-valur fi flus ta’ kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li din l-informazzjoni qed tinġabar.

Ix-Xewkija – secuirty guards

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx ħaddiem/ħaddiema li jagħmlu xogħol tas-Security Guards ġewwa s-siti magħrufin bħala tal-Ħofra u l-ex-fabbrika tal-Ħalib fix-Xewkija Għawdex fejn bħalissa għaddej xogħol ta' kostruzzjoni b'fondi tal-Unjoni Ewropea? Kemm hemm security guards b’kollox f’kull sit? X'ħinijiet jaħdmu dawn is-securities? Ma’ min huma impjegati? Kif intgħażlu biex jagħmlu dan ix-xogħol u fejn ħarġet is-sejħa? X’kienet tirrikjedi s-sejħa? Minn liema lokalità huma l-persuni magħżula? Kemm ilhom jagħmlu dan ix-xogħol f'dawn iż-żewġ siti fix-Xewkija Għawdex u min qed iħallas għal dawn il-ħaddiema? X’kienu r-raġunijiet għala ġew imqabbda dawn is-Securities?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dawn iż-żewġ proġetti għadhom fi stadju ta' kostruzzjoni. Il-pussess tas-siti partikulari kif ukoll is-sigurtà u xogħlijiet pertinenti huma fir-responsabiltà tal-kuntratturi rispettivi u dan sakemm jitlestew ix-xogħolijiet. Għaldaqstant il-MIP kif ukoll il-Ministeru ma jimpjegaw l-ebda ħaddiem/ħaddiema sabiex jagħmlu xogħol ta' Security Guards f'dan ir-rigward.
Leg 13 PQ #8154 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Social Assistants

Question

Tista’ l-Ministru tgħid sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum kemm ġew impjegati Social Assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex? Taħt liema Direttorat jifformaw parti u kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum, preċiżament fis-sena bejn April u Mejju tal-2017, ġew impjegati sitt (6) Social Assistants fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dawn jifformaw parti mid-Direttorat tal-Customer Services.

Awtorità tal-Mediċini – liċenzji għal kumpaniji għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7957 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u li issa ġiet riferuta lilu u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-kumpaniji kollha li ngħataw liċenzja mill-Awtorità tal-Mediċini għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali skont kif provdut f’Artikolu 4. (2b) tal-Att dwar il-Produzzjoni tal-Kannabis għal Skopijiet Mediċinali u ta’ Riċerka, Kap. 578? F’kull każ jista’ jgħid fejn hi l-faċilità li minnha kull kumpanija se tkun qed topera?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Malta Enterprise ħarġet għaxar (10) ‘Letter of Intent’ (LOIs). Il-pass li jmiss għal dawk li għandhom LOI huwa li japplikaw mal-Awtorità dwar il-Mediċini biex tinħareġ il-liċenzja wara li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti skond il-liġi.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8069 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7964, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux lest li jikkommetti li l-assi kollha kkonfiskati mill-Istat b’rabta ma’ reati konnessi mat-traffikar tad-droga jgħaddihom lill-NGOs li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-uffiċċju għall-Irkupru ta’ l-Assi (Asset Recovery Bureau) għandu l-obbligu li fuq ordni tal-Qorti, jħejji eżerċizzju sabiex jiġu ddentifikati, u intraċċati l-assi ta’ l-akkużat u wara li tingħata s-sentenża u tkun ordnata l-konfiska, l-istess uffiċċju jiddisponi minn dawn l-assi favur l-Gvern ta’ Malta, jiġifieri l-flejjes jiġu depożitati fil-fond konsolidat. Fuq livell Nazzjonali, l-gvern jalloka diversi fondi u joħroġ diversi skemi ta’ sapport finanżjarju, lil NGOs u fost dawn nsibu dawk li jaħdmu fil-qasam tar-rijabilitazzjoni mid-droga.

Lista ta’ Deċiżjonijiet tal-Qorti — iffriżar ta’ flus u oġġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8068 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7965, jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ konfiska li semma fit-tweġiba u li m’għadhomx fis-seħħ (39 fl-2017) irriżultaw f’konfiska ta’ assi u fiex kienu jikkonsistu dawn il-konfiski?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li mid-disgħa u tletin (39) freezing order li nħargu fis-sena 2017, skont kif indikat fil-PQ 7965, erbgħa (4) m’għadhomx fis-seħħ. a. Fit-tnejn (2) minhom, fejn l-akkużati kienu persuni ta’ nazzjonalita barranija, għalkemm il-Qorti ordnat il-konfiska, fir-rapport tal-assi ma rriżultax li kien hemm assi x’jiġu kkonfiskati. b. Kien hemm ordni ta’ konfiska oħra fejn l-ammont ta’ Eur36,500 ġie kkonfiskat. c. U kien hemm: Freezing order waħda (1) li ġiet kanċellata u konsegwentement konfiska ma ġietx ordnata. Mill-kumplament tal-freezing orders li huma ħamsa u tletin (35), il-proċeduri għadhom pendenti u għaldaqstant għad ma hemmx konfiski ordnati.

Asset Recovery Bureau – Asset Management Unit — konfiski

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8067 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-konfiski kollha li nħaddmu mill-Asset Management Unit tal-Qorti u/jew mill-Asset Recovery Bureau mill-1 ta’ Jannar 2017 ’il hawn maqsuma xahar b'xahar u jgħid x’użu qed isir minn kull konfiska u/jew kienx hemm xi bejgħ tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Qorti ta’ Malta 2017 Data Ammont Konfiskat favur il Gvern ta Malta Mejju 201718,055.00 Ottubru 20173.71 Ottubru 201712,565.00 Ammont Totali30,623.71 2018 DataAmmont konfiskat favur il Gvern ta Malta Apr-185,697.90 Awissu 20184,338.36 Awissu 201838,500.00 Settembru 2018592.96 Settembru 201830.25 Ottubru 201817,647.51 Ottubru 201886.19 Ammont Totali66,893.17 Asset Recovery Bureau Data tal-KażAmmont Konfiskat favur il Gvern ta Malta Awwissu 2018€1,500 Ottubru 2018€1,260 Ammont Totali€2,760.00 L-Asset Recovery Bureau kkonfiskat ukoll vettura li għada suġġetta għall-appell.
Leg 13 PQ #8168 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: HERMANN SCHIAVONE To: Ministeru għat-Turiżmu

Port Ħieles – shore to vessel supply

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8087 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, Investimenti u Negozji Żgħar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jew meta, il-Port Ħieles ser jinstalla x-shore to vessel supply tal-enerġija għal vapuri sabiex tibda tiġi mmitigata l-problema ta’ ħsejjes enormi li qed ikunu ġġenerati minħabba l-ġeneraturi u li minħabba fihom ir-residenti ta’ Birżebbuġa qed ibatu ħafna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern u l-Ministeru tat-Turiżmu permezz tal-Malta Freeport Corporation u l-ERA, b’mod kostanti baqa’ jagħmel moniteraġġ fuq il-Malta Freeport Terminal. Saru studji u rapporti li minnhom ħareġ x’miżuri trid taddotta l-Malta Freeport Terminals sabiex tiġi mitigata din il-problema. Tajjeb li l-Onorevoli Interpellant ikun jaf li: · tnaqqas il-ħoss tas-sistemi tal-alarms mal-krejnijiet li jimxu bir-roti (RTG’s) skont l-istandard EN I20 7731; · ġiet installata s-sistema crane slow down feature s’issa f’65% tal-Quay Cranes biex ma jkunx hemm tiżbita finali meta l-container jitniżżel fuq it-trakk; · din is-sena inġabu 7 krejnijiet RTG ġodda li għandhom sistema ta’ white noise biex b’hekk jonqsu l-ħsejjes waqt li jkunu qed jgħabbu jew iħottu l-containers; · saru xogħlijiet fuq 107,000sqm ta’ toroq fiż-żona tal-Freeport; · Għadu għaddej tibdil ta’ uċuħ tat-toroq li kienet magħmula minn cobbled blocks u li issa qed jingħataw it-tarmac. Inbidlet ukoll art li kienet miksija bil-pjanċi tal-ħadid fejn flokhom ingħata l-konkrit; · Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta u l-Malta Freeport Terminal dwar attivita ta’ refuelling ta’ vapuri sabiex ma jsirx daqq ta’ ħornijiet mill-vapuri; · Saret konsultazzjoni bejn Transport Malta, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni sabiex is-South Road tingħata t-tarmak. Din it-triq jgħaddu madwar 310 vettura kuljum; · Il-Malta Freeport Terminal kontinwament tagħmel upgrades fl-appart li tuża’ sabiex tnaqqas l-istorbju; · Il-Malta Freeport Terminal intrabtet ukoll li tagħmel tisbieħ tal-ġnien ta’ Birżebbuġa maġenb Triq San Patrizju. Dan ser jieħu inkonsiderazzjoni pjanar biex jitnaqqsu l-ħsejjes iġġenerati mill-Freeport; · l-Awtorita’ tal-Freeport ser tiffinanzja Multi-storey car park li ser ikun għal-użu tar-residenti ta’ Birżebbuġa.

Sptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre – operaturi tal-parkeġġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid min hu/ma l-operatur/i u/jew kuntrattur/i li llum qed jopera/w il-parkeġġi bi ħlas tal-Isptar Mater Dei u ta’ Sir Anthony Mamo Oncology Centre?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operaturi privati tal-parkeġġi tal-isptar Mater Dei huma KIS Services Ltd.

Sptar Mater Dei u Sir Anthony Mamo Oncology Centre – operaturi tal-parkeġġ — kuntratt

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-kuntratti/ftehim li hemm illum fis-seħħ tal-operat tal-parkeġġi bi ħlas fl-Isptar Mater Dei u ta’ Sir Anthony Mamo Oncology Centre?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7029.

Birżebbuġa — ħut mejjet f'wiċċ il-baħar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li matul ix-Xatt ta’ Birżebbuga qed jintlemaħ ammont sostanzjali ta’ mulett mejjet f’wiċċ il-baħar? Jista' jgħid x’inhu s-sors tal-problema u jekk hux qed isir xi ħaġa biex din il-problema tiġi mistħarrġa u solvuta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-ERA sabiex jinvestigaw is-sors tal-problema.

Residwi fi prodotti ta’ oriġini veġetali — riżultati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura u l-policy stabbilita ta’ meta jinstab riżultat pożittiv ta’ residwi fi prodotti ta’ oriġini veġetali? Jista’ jgħid x’isir f’xenarji differenti inkluż dik ta’ sejħa lura tal-prodott?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jista’ jkun hemm tlett xenarji wara li joħroġ riżultat ta’ pestiċidi fil-kampjuni ta’ oriġini veġetali. Dawn huma: 1. Residwu ta’ pestiċidi awtorizzat f’ammont inqas mill-MRL. F’dan il-każ ma tittieħed l-ebda azzjoni minbarra li s-sid tal-prodott ikun infurmat b’dan ir-riżultat. 2. Residwu ta’ pesticidi awtorizzat f’ammont aktar mill-MRL. F’dan il-kaz il-produttur jigi mgħarraf bir-riżultat u li ser jittieħdu passi legali kontra tiegħu u sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq. F’dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun infurmat sabiex jieħu l-passi skond il-liġi sabiex il-kumplament tal-ħsad tal-prodott konċernat għal kumplament tal-istaġun ma jkunx jista’ jitpoġġa fuq is-suq. Jibdew proċeduri legali kontra dak il-produttur konċernat. 3. Residwu ta’pestiċidi li jkun mal-limitu tal-MRL ( within the uncertainty limit ). Għalkemm ma tittieħed l-ebda azzjoni legali, is-sid tal-prodott jiġi mgħarraf bir-riżultat u jiġi ordnat sabiex ma jpoġġix il-prodott affettwat fuq is-suq. F’dan il-każ ukoll il-Ministeru tal-Agrikoltura jkun infurmat sabiex jieħu l-passi skond il-liġi sabiex il-prodott ma jkunx jista’ jitpoġġa fuq is-suq. Dan biex ikun protett aħjar il-konsumatur ( precautionary principle).

Standard Operating Procedures – Resideni ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-proċedura stabbilita biex jinġabru kampjuni biex jiġu ttestjati għal preżenza ta’ residwi ta’ pestiċidi u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iStandard Operating Procedures li qed jiġu segwiti f’dan ir-rigward?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 6821.

Residwi tal-pestiċidi – apparat u proċedura

Question

Jista’ jelenka l-proċedura,kif ukoll l-apparat li qed jiġi wżat biex jiġi aċċertat li kull kampjun pprelevat biex jiġi analizzat għall-preżenza ta’ residwi tal-pestiċidi, huwa rappreżentattiv skont l-ammont tal-lott jew kunsinja partikolari ta’ produttur?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma jintużax apparat sabiex jinġabru l-kampjuni. Il-kampjun li jintuża huwa skont Subsidiary Legislation 430.04 European Community Methods Of Sampling For Official Control Of Pesticide Residues In And On Products Of Plant And Animal Origin Regulations.

Użu ta’ pestiċidi — proċeduri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittieħdu proċeduri kemm amminsitrattivi kif ukoll kriminali fil-konfront ta’ persuni dwar użu ta’ pestiċidi, ittikettjar ta’ pestiċidi, u kummerċ jew traffikar ta’ pestiċidi mhux skont il-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena skont in-natura tal-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. · Proċeduri amministrattivi – Il-pitkalija jiġu avżati kull darba li kien hemm każ ta’ frott jew ħaxix li eċċeda l-MRL. 2013 = 3 każijiet 2014 = 12 -il każ 2015 = każ wieħed 2016 = 12 -il każ 2017 = 7 każijiet 2018 = 4 każijiet · Proċeduri kriminali – 2013 = 3 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 2014 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 1 każ ta’ mportazzjoni ta’ prodott mhux reġistrat 2015 = każ wieħed ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL 2016 = 12 -il każ ta’ frott u ħaxix li eċċeda l-MRL 2017 = 7 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL 2018 = 4 każijiet ta’ frott u ħaxix li eċċedew l-MRL (sa 30 ta’ Novembru 2018)

Spezzjonijiet fuq distributuri ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq distributuri ta’ pestiċidi u kemm instabu pestiċidi mhux reġistrati jew mhux konformi mal-liġi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt. Numru ta’ retailers li ġew spezzjonati Numru ta’ PPPs spezzjonati Numru ta’ PPPs li nstabu mhux reġistrati 2018 sat- 30 ta’ Novembru 14 86 12 2017 15 109 41 2016 4 42 9 2015 3 21 2 2014 4 38 1 2013 6 43 1

Bejgħ ta’ pestiċidji — distributuri

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat li d-distributuri tal-pestiċidi jbiegħu biss pestiċidi lill-persuni li jkunu kwalifikati fl-użu tal-pestiċidi jew li jkunu attendew kors rikonoxxut ta’ kif għandhom jiġu applikati korrettement dawn il-pestiċidi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa hemm 'il fuq minn 3,513 utent professjonali li attendew taħriġ fuq ‘Użu Sostenibbli tal-Pestiċidi’. Avviż Legali jitlob li utenti professjonali jridu jattendu dan it-taħriġ u li l-Awtorita’ timplimenta din is-sistema ta’ ċertifikazzjoni tal-utenti professjonali wara li dawn tal-aħħar jattendu tali taħriġ b’suċċess. Qed tiġi kkunsidrata ukoll emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni Nazzjonali attwali biex id-distributuri jiżguraw li l-utenti professjonali tal-pestiċidi jippreżentaw iċ-ċertifikat maħruġ mill-Awtorità qabel ix-xiri, kif wkoll li l-utenti professjonali jkunu legalment obbligati li jippreżentaw dan iċ-ċertifikat.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li mis-sena 2013 sal-lum, mill-Ministeru u d-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħtu, sar ħlas ta’ pagi ta’ persuna waħda f’kont fil-bank li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, kif ġej: 2017 2018 Deskrizzjoni €14,625.00 €20,475.00 pagi Rigward l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi, ħlief għal entità waħda li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament. L-unika entità li mill-2013 sal-lum għamlet trasferimenti lejn kontijiet bankarji ta' oriġini fil-bank indikat mill-Onor. Interpellant kienet l-Università ta’ Malta li għamlet tliet trasferimenti, kollha fl-aħħar sena. Il-pagamenti kollha kienu għal servizzi jew oġġetti li nxtraw mingħand entitajiet. L-ammonti tat-tliet tranżazzjonijiet kienu €5,097.60, €152.22 u €29.50.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninsab infurmat li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru tiegħi u l-entitajiet mis-sena 2013 sal-lum fir-rigward tal-bank imsemmi.