Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skola Primarja tal-Mellieħa – nuqqas ta’ għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx nuqqas ta’ għalliema fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda nuqqas ta’ għalliema fl-Iskola Primarja tal-Mellieħa.

Użu ta’ pestiċidi — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li total ta’ 66 kors ġew mogħtija lil persuni li jużaw pestiċidi fil-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom. Year Number of Courses held to professional users TOTAL - 2013 11 TOTAL - 2014 1 TOTAL - 2015 40 TOTAL - 2016 7 TOTAL - 2017 3 TOTAL - 2018 4 TOTAL (2013 up to 2018) 66

Good Agricultural Practice — spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm saru spezzjonijiet relatati mal-Good Agricultural Practice dwar l-użu ta’ Pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena? Kemm instabu bdiewa mhux konformi mal-liġijiet u x’kienu n-natura tal-irregolaritajiet?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali spezzjonijiet ma jsirux mill-Ministeru responsabbli għall-Agrikoltura imma mir-regolatur li hija l-Malta Competition and Consumer Affairs Authority u għalhekk it-talba għad-dettallji ta’ dawn l-ispezzjonijiet għanda tiġi ndirizzata lill-Ministru responabbli. Id-Direttorat għad-Diversifikazjoni u Kompettitivita fil-Biedja li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tad-Dipartiment tal-Iżvilupp Rurali huwa responsabbli mill- Uffiċċju tal-Extenion Services li joffri assistenza lill-bdiewa fuq diversi teknikalitajiet fosthom l-użu korrett tal-pestiċidi. Matul is-sena 2019 huwa ppjanat li ssir kampanja edukattiva għal bdiewa li ser tinvolvi numru ta’ żjarat għand bdiewa diversi u workshops/seminars . Dan id-Direttorat qiegħed ukoll fil-proċess li jirrivedi il-kodiċi ta’ prattiċi tajbin fil-biedja ( code of good agricultural practices ) u bħalissa qed issir konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet fosthom l-MCCAA u d-Dipartiment responsabbli mis-saħħa pubblika sabiex dan il-kodiċi jiġi rivedut biex jirrifletti regolamenti li setghu ġew reveduti f’dawn l-aħħar snin.

Preżenza ta’ pestiċidi u kontaminati oħra fil-Water Table u fl-Akwiferi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk qattx saru studji ambjentali jew testijiet ta’ pestiċidi u kontaminati oħra li jistgħu jkunu preżenti fl-ilma tal-Water Table u tal-akwiferi f’Malta u f’Għawdex? Jekk fl-affermattiv meta saru dawn l-istudji u x’kien l-eżitu ta’ dawn l-istudji?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija lill-Minsiteru kkonċernat.

Bdiewa – miżuri għall-pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta’ distakk meta jittrattaw il-frott u l-ħxejjex bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fuq is-suq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi miżuri li qed jittieħdu sabiex jiġi aċċertat li l-bdiewa jirrispettaw il-perjodu ta’ distakk meta jitrattaw il-ħxejjex u l-frott bil-pestiċidi qabel ma dawn jitpoġġew fis-suq. L-awtorità kompetenti li hija l-MCCAA tagħmel spezzjonijiet regolari fuq biegħa li tidħol il-pitkalija u jittieħdu kampjuni tal-frott u l-ħaxix sabiex dawn jiġu analizzati għal MRLs (Maximum Residue Limits). Jekk jinstabu traċċi għoljin ta’ residwi, il-bidwi jiġi mmultat u ma jitħalliex ikompli jpoġġi fis-suq il-prodotti mill-għelieqi tiegħu. Barra minn hekk, l-amministrazzjoni tal-pitkalija tissospendi lil dawk il-bdiewa Ii jinstabu li jkunu għamlu użu eċċessiv ta’ pestiċidi milli jdaħħlu l-prodotti tagħhom ġewwa l-pitkalija sa tmiem l-istaġun. L-uffiċċju tal- extension services jassisti wkoll lil dawk il-bdiewa kollha li jitolbu xi parir dwar l-użu korrett tal-pestiċidi. Barra minn hekk, fl-2019, dan l-uffiċċju ser jenfasizza fuq pariri dwar l-użu sostenibbli tal-pestiċidi. Dan ser isir waqt sensiela ta’ żjarat għand bdiewa differenti u laqgħat apposta. Il-kodiċi ta’ prattiċi tajba għal bdiewa qed jiġi wkoll rivedut biex jinkludi miżuri li jħeġġu bdiewa josservaw sew l-istruzzjonijiet u d-dożi tal-pestiċidi li jkunu ser jużaw. Dan il-kodiċi ta’ prattiċi tajba, għalkemm huma volontarji ser ikun qed jiġi disseminat lil bdiewa waqt l-attivitajiet tal- extension services .

Bdiewa – korsijiet dwar l-użu ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm ingħataw korsijiet lill-bdiewa dwar l-użu ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jkopri mis-sena 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma sena b’sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa tali korsijiet ma jingħatawx mill-Gvern imma mill-privat, minn nies kompetenti u ċċertifikati mill-MCCAA.

Prodotti fis-suq – residwi ta’ pestiċidi

Question

Jista’ l-Ministru jelenka kemm ġew imsejħa lura minn fuq is-suq, prodotti primarji alimentari li kienu kkontaminati minn residwi ta’ pestiċidi matul il-perjodu li jibda minn Jannar 2013 sal-ġurnata tal-lum maqsuma separatament sena b’sena u kif ukoll jelenka x’kienu l-prodotti u minn liema tipi ta’ residwi ta’ pestidiċi kienu kkontaminati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-Mistoqsija lill-Minsiteru kkonċernat.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, la mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-30 ta’ Novembru 2018. Isem tal Entita'/ Dipartiment Tip ta' servizz Ħlas tas-servizz Bidu tas-servizz u Tmiem tas-servizz jew Data tal-Pagament National Orchestra Ltd Xiri ta equipment għal recording studio €11,789.47 29/03/2017 Servizzi ta’ Pjanista €5,119.21 31/03/2018 MCCAA Xogħol Regolatorju ta' awdittjar speżjaliżat (Conformity of Production Audits) €14,820.80 10.07.18

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħti mis-sena 2013 sal-1 ta’ Diċembru 2018.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti fil-bank li qed jirreferi għalih.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrasturttura u Proġetti Kapitali — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (BORG, IAN)

Bi tweġiba għal mistoqsija Parlamentari numru 7871, skont ma jien infurmat mir-recordstal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum, l-uniċi pagamenti li saru lil bank imsemmi saru fir-rigward ta’ spezzjonijiet li nagħtaw lit-Taqsima Marittima u qed jidhru hawn taħt; Benefattur – Amitis Arashipping Ltd - € 747.07 – 22.02.18 Benefattur – Amitis Arashipping Ltd - € 1180 – 13.06.18 Benefattur – Amitis Arashipping Ltd - € 1940 – 17.07.18 Benefattur – Amitis Arashipping Ltd - € 6360 –17.09.18
Leg 13 PQ #7872 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — trasferimenti/pagamenti f’bank

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsijia parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-lum ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru għal Għawdex u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu lill-Bank imsemmi f’dil-mistoqsija parlamentari.

OHSA – spiża rikorrenti f’salarji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu mal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Kemm hi l-ispiża rikorrenti f’salarji għall-2018? Kemm minn din l-ispiża huma arretrati li jridu jitħallsu skont il-collective agreement?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Novembru 2018, l-Awtorita’ kellha staff ta’ disgħa u għoxrin impjegat imħallsa direttament minnha. Dan l-ammont ma jinkludix 3 persuni assenjati mill-ERL u ieħor mill-RSL u lanqas 2 persons of trust tal-Uffiċċju taċ-Chairperson. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ispiża rikorrenti f’salarji għall-2018 skont il-Management Accounts ta’ Ottubru 2018.

OHSA – reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Hemm sejħiet miftuħa f’dan ir-rigward? Hemm ħsieb li l-OHSA timpjega ħaddiema ġodda biex jiżdied in-numru ta’ ħaddiema li tant għandha bżonn din l-Awtorità importanti f’pajjiżna?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-aħħar reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda fi ħdan l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) sar fi tmiem 2016. Fl-2017 l-Awtoritá irnexxilha tingaġġa s-servizzi ta’ Inġineer fuq l-Elettriku, Environment & Safety Management Coordinator u Assistant Prinċipal fil-grad klerikali. Dawn it-tlett ħaddiema eks-Enemalta ġew sekondati mill-Energy Resources Ltd (ERL). Ma hemm ebda’ sejħa miftuħa iżda l-Awtorita’ għada kif ħejjiet l-abbozz finali ta’ Pjan Strateġiku għar-Riżorsi Umani mifrux fuq tlett snin, liema dokument jinsab quddiem il-Bord għad-diskussjoni.

OHSA – flus allokati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm flus allokati għat-taħriġ tal-ħaddiema tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA)? Huwa minnu li l-ammont allokat huwa ta’ €1,000 fis-sena, li fil-fatt ifisser €29 kull impjegat?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li l-€1,000 Ewro msemmija ma jinkludux il-fond għall-Continuing Professional Development għall-impjegati tal-OHSA li ġie miftihem lejn tmiem din is-sena u li permezz tiegħu hemm allokat fond sa’ €6,000 fis-sena għal dawk il-ħaddiema li jagħżlu li jkomplu jistudjaw f’oqsma relatati max-xogħol tagħhom. Iċ-ċifra tal-elf ewro ma tinkludix lanqas opportunitajiet għal taħriġ intern li jingħata b’mod regolari fuq temi varji fosthom proċeduri ta’ nfurzar, taħriġ legali, temi tekniċi, ħiliet klerikali u amministrattivi, kif ukoll taħrig li jingħata barra minn Malta, fosthom dak offrut taħt il-kappa tas-Senior Labour Inspectors Commitee (SLIC), fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeja. L-OHSA hija attiva ħafna f’attivitajiet oħra tal-iSLIC foshom parteċipazzjoni regolari fi skambji ma’ spettorati oħra Ewropej, u li fihom ħaddiema tal-OHSA jirċievu taħriġ barra minn Malta. Kien hemm okkazzjonijiet ukoll li spettorati Ewropej bagħtu spetturi minn tagħhom f’Malta għal qsim ta’ esperjenzi u taħriġ hawn Malta mal-ispetturi tal-OHSA. L-OHSA, tipparteċipa ukoll f’konferenzi organiżżati f’pajjiżna minn entitajiet oħra. Numru ta' ħaddiema jippartecipaw attivament f’konferenzi internazzjonali, f’Working Groups, kif ukoll f’numru ta’ laqgħat ta’ Expert Groups varji fuq materji tekniċi. Minbarra dawn, l-OHSA tipparteċipa fil-pjattaforma tal-iSLIC magħrufa bħala KSS (Knowledge Sharing Site), u li biha l-ispetturi tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol madwar l-Ewropa jaqsmu bejniethom informazzjoni fuq aspetti varji marbuta mal-infurzar tad-Direttivi Ewropej kif ukoll l-isfidi li l-infurzar jofri lill-istess Aġenziji.
Leg 13 PQ #8149 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ restawr

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid kemm ilu jaħdem maċ-Ċivil kull wieħed minn dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid ukoll x’korsijiet intbagħtu jagħmlu fir-restawr dawn il-ħaddiema sena b'sena mis-sena 2013 sal-lum u x’korsijiet hemm ippjanati li jsirulhom matul is-sena 2019?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 sal-aħħar tas-sena 2016 kien hemm tmien ħaddiema jagħmlu xogħol ta’ restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, filwaqt li mis-sena 2017 sal-lum żdiedu magħhom tlettax-il ħaddiem taċ-ċivil kif ukoll sbatax-il ħaddiem tal-Community Scheme. Għas-sena 2019 għad ma ġiex iffissat programm ta’ taħriġ. L-informazzjoni mitluba dwar dawn il-ħaddiema hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #8150 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Accelerated Open Procedure — tenders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Accelerated Open Procedure sena b'sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x' kienet ir-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba rigwardanti s-sejħiet għall-offerti ppubblikati mid-Dipartiment tal-Kuntratti għan-nom ta’ Awtoritajiet Kontraenti varji, fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs, jew aktar minn €144,000. Ta’ min jinnota li t-terminu ‘ accelerated open procedure ’ kien introdott permezz tal-avviż legali 352/2016 li daħal fis-seħħ fit-28 t’Ottubru 2016. Approvazzjoni sabiex tintuża din il-proċedura, għal xiri pubbliku fejn l-estimu tal-valur involut ikun daqs, jew aktar minn €144,000, tingħata mid-Direttur tal-Kuntratti hekk kif stipulat fis-sotto regolament 116(3) tal-imsemmija Regolamenti għax-Xiri Pubbliku.
Leg 13 PQ #8151 Sitting 181 2018-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Taqsima tar-Restawr — proġetti ta' restawr

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi proġetti ta' restawr hemm ippjanati li jsiru mill-ħaddiema tat-Taqsima tar-Restawr matul is-sena 2019? Tista' tgħid f'liema lokalitajiet jinsabu dawn is-siti li se jiġu restawrati u kemm hu maħsub li jiswa kull proġett?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-restawr li hemm ippjanat li jsir matul is-sena 2019 huwa dak fil-Learning Hub f’Għajnsielem u fil-Fanal ta’ Ġordan. Dan ix-xogħol qed isir bil- ħaddiema tal-Gvern. Flimkien ma’ dan ix-xogħol, hemm ukoll dak relatat mal-iskema tar-rewstawr li huma l-Monument ta’ Mro Vincenzo Caruana fis-Sannat, l-istatwa tal-Madonna tar-Ramla, niċċa fi Triq Salvinu Gambin fl-Għasri, il-Village Cross Monument, fiż-Żebbuġ, u n-niċċa tal-Madonna ta’ Loretu fir-Rabat. Issa ħarġet ukoll it-tieni sejħa. Hemm mukoll ix-xogħol li qed isir ma’ Wirt Għawdex li jkopri r-restawr tal-Barrakka fir-Rabat Għawdex u restawr tax-xelters tal-Gwerra li jinsabu fiċ-Ċittadella. Qed jiġi wkoll maqbul il-kumplament tal-programmta’ restawr għall-2019.