Jista’ l-Ministru jagħti elenku ta’ għajnuna li tingħata fil-forma ta’ children’s allowance?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Allowance tat-Tfal tingħata lill-ġenituri li għandhom tfal taħt is-16-il sena, u li għandhom il-kura u l-kustodja tagħhom.
Sabiex wieħed ikun eleġibbli għall-allowance tat-tfal, it-twelid tal-wild irid ikun reġistrat fir-Reġistru Pubbliku ta’ Malta.
Fejn il-familja għandha dħul nett ta’ aktar minn €25,045 fis-sena, ir-rata applikabbli hija dik minima, li hija ta’ €8.66 fil-ġimgħa, filwaqt li r-rata massima li tista’ titħallas hija dik ta’ €24.08 fil-ġimgħa għal min għandu dħul nett daqs il-Paga Minima Nazzjonali. Id-dħul li jiġi kkalkulat għall-allowance tat-tfal, mhuwiex biss d-dħul li ġej mill-impjieg biss, iżda id-dħul kollu li jista’ jkollha dik il-familja.
Għal min għandu rata ta’ aktar minn dik minima, fl-2019 l-allowance tat-tfal żdiedet minn 6% għal 6.5% tad-differenza bejn id-dħul massimu applikabbli ta’ €25,045 u d-dħul nett li l-familja kellha. Bħalissa, id-dħul li jiġi kkalkulat huwa dak tas-sena 2017. Għal min, skont il-komputazzjoni li ssir, ir-rata tiġi anqas minn dik minima, ir-rata li titħallas lil individwu/familja, tkun ir-rata minima stabbilita. Ir-rata massima din is-sena żdiedet minn €22.23 għal €24.08 fil-ġimgħa.
Meta tarbija tiġi reġistrata, jibda l-proċess biex isir il-pagament, fejn l-ewwel titħallas ir-rata minima applikabbli jekk il-ġenituri ma jkunux diġà qed jirċievu l-allowance tat-tfal u tintbagħat notifika biex jekk id-dħul ta’ dik il-familja jkun anqas minn €25,045, għandha issir applikazzjoni u jintbagħtu d-dokumenti meħtieġa, biex jekk ikun il-każ, tiżdied ir-rata applikabbli.
Jekk il-ġenituri jkunu qegħdin diġà jirċievu rata ta’ allowance skont id-dħul nett tagħhom, allura l-pagament tal-wild il-ġdid isir skont dik ir-rata mingħajr il-ħtieġa ta’ applikazzjoni. Wieħed irid ifakkar li kull tibdil fiċ-ċirkostanzi, għandu jiġi ikkomunikat lid-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali, fi żmien 6 xhur, inkella tista’ tintilef parti mill-allowance dovuta.
Raħal il-Ġdid – Knisja ta’ Santa Ubaldesca — restawr
Question
Jista’ jgħid jekk hemmx ippjanat restawr mal-Knisja ta’ Santa Ubaldesca f’Raħal il-Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-preżent id-Direttorat tar-Restawr m’għandux ippjanat xogħol ta’ restawr mal-knisja ta’ Santa Ubaldeska. Intant nfurmat mill-Kunsill Lokali Paola li din l-Knisja mhix proprjetà tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant ma għandu l-ebda jedd fuqha.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8074 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew likwidati kumpaniji matul l-2017 u l-2018, xahar b’xahar?
Spiża ta' inkjesta maġisterjali u seduti tal-Qorti
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7632, jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-esperti li kienu mqabbdin mill-Maġistrat fi kwalunkwe punt tal-Inkjesta Maġisterjali? Kien hemm persuni oħra, apparti dawn l-esperti, li kellhom aċċess għall-indaġni Maġisterjali in toto jew in parte? Jekk iva, min kienu u għal liema skop?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Qrati ma jkunx informati bl-esperti li jitqabbdu mill-Maġistrati fl-inkjesta u lanqas ikun nfurmat jekk ikunx hemm persuni oħra li qed jgħinu lill-Maġistrat fl-inkjesta.
L-esperti li sal-lum ippreżentaw “vouchers” għal ħlas in konnessjoni mal-inkjesta jammontaw għall-29 u qiegħdin kif muri fil-lista ta' hawn taħt:
Lista ta' Esperti li ġew imqabbda mill-Qorti u ppreżentaw il-kont għall-ħlas
Isem tal-Espert
Servizz
1
Agius Herbert
Analiżi ta' data eletronika
2
Ali Sarfraz
Post Mortem
3
Aquilina Richard
Perit Tekniku
4
Arthur Borg - Surġent (espert tal-Qorti)
Inkjesta DCG appuntat mill-Magistrat Dr Anthony Vella
5
Atanasio William
Medical Lab Technician
6
Bajada Martin
Tekniku
7
Bugeja Yanika
Traduzzjoni
8
Buttigieg Mario
Tekniku
9
Camilleri Marie Therese
Post Mortem
10
Camilleri Yanika
Traduzzjoni
11
Cardona Alvin
Digital Forensics
12
Cassar Jesmond
Ballistika
13
Cassar John
Dissector
14
Critien Robert
Qari u analiżi ta' data elettronika
15
Cutajar Keith
Forensika Diġitali
16
Two FBI Agents
Forensika Data Elettronika
17
Formosa Saviour
Tekniku
18
Gera John
Saħħa u Sigurtà
19
Grima David
Medical Lab Technician
20
Lanfranco Reuben
Espert tekniku Marittimu
21
Lietje Bonello Boissevain
Traduzzjoni
22
Marco Tolli
Forensika Data Elettronika
23
MLS Bio DNA
Laboratorju
24
Netherlands Forensisch
Xhud laboratorju forensiku
25
Portelli Catrina
Dissector
26
Sant Marc
Interpreter - Degiorgio et
27
Tanti Quentin
Qari u analiżi ta' data elettronika
28
Vella Daniel Alfred
Xjenza Forensika (
Fire & Explosions
)
29
Vella Lennox
Traduzzjoni
B’referenza għat-tweġiba tal-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 8168, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija oriġinali u ċjoè jekk il-Port Ħieles hux se jistalla x-shore to vessel supply?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat li l-Malta Freeport Corporation qiegħdha taġġorna ruħha fuq żviluppi li jista’ jkun hemm fuq ix-shore to vessel supply permezz tal-MedPorts Association li tagħha hija membru.
Djar tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità – –Amministrazzjoni ta’ Mediċini
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8083, jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jamministra u jagħti l-mediċini lir-residenti tad-Djar Residenzjali, jekk hux infermiera kwalifikati jew le?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-amministrazzjoni u l-għoti tal-mediċini fid-djar residenzjali għall-anzjani kif ukoll ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, issir mill-infermiera kkwalifikati.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, l-mediċina li tingħata fid-djar residenzjali għal persuni b’diżabilità tal-Aġenzija Sapport, tiġi amministrata minn
Support Workers
illi jaħdmu fl-istess residenzi. Din il-mediċina tiġi preparata minn farmaċisti kkwalifikati, skont il-preskrizzjoni tal-psikjatra jew it-tabib.
San Ġwann – Ġnien Karin Grech – proġett ta’ bandli
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-il Leġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m’hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, dan il-proġett għadu maħsub li jiġi mplimentat skont id-disinji approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Filwaqt li l-ħtieġa ta’ dan il-proġett hija rikonoxxuta, qegħdin isiru taħditiet bejn Ministeri rispettivi biex dan il-proġett jiġi mwettaq bl-aħjar mod għall-ġid tal-lokalità u r-residenti tagħha.
San Ġwann – Ġnien Karin Grech – proġett ta’ bandli
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3748, 1367, 296, 18274 u 20780 tat-12-ilLeġiżlatura fejn matul dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi dejjem kellna l-konferma mill-Gvern li l-proġett ta' quddiem il-knisja se jsir skont kif ippjanat u mwiegħed mill-Gvern Laburista, jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-Gvern se jmur lura minn kelmtu u se jabbanduna l-proġett tal-bandli ta' Ġnien Karin Grech għax issa nduna li m’hemmx biżżejjed flus allokati għall-familji u t-tfal tal-lokalità ta' San Ġwann?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Il-Mellieħa – Wied ta’ Ġnein Ingraw – fdalijiet ta’ blata kbira
Question
B’referenza għall-aħbar li kienet irrapportata fis-7 ta’ Diċembru fuq l-istazzjon Nazzjonali, bl-isem ‘Bdiewa Melliħin jitolbu l-għajnuna biex jitneħħew fdalijiet ta’ blata kbira’, jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dipartimenti konċernati humiex se jkunu qed jagħtu l-għajnuna mitluba mill-bdiewa Melliħin konċernati sabiex jitneħħew fdalijiet ta’ blata li waqgħet fiż-żona magħrufa bħala l-Wied ta’ Ġnien Ingraw fil-Mellieħa?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li tajt struzzjonijiet lill-Ambjent Malta, li peress li ġie mpattat perkors ta’ ilma naturali li jintuża għall-biedja, għandha tara kif tista tgħin biex tkun riżolta din il-problema.
Awtorità tax-Xandir – reklami jew filmati kummerċjali mwaqqfa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm reklami jew filmati kummerċjali li ġew imwaqqfa jew mitluba li jiġu emendati mill-Awtorità tax-Xandir, mis-sena 2008 sas-sena 2018 maqsuma sena b’sena? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm żewġ istanzi fejn reklami jew filmati kummerċjali ġew imwaqqfa jew mitluba li jiġu emendati mill-Awtorità tax-Xandir. Hawn taħt hawn tabella b’informazzjoni dettaljata.
SenaStazzjonProgramm/ReklamDeskrizzjoni
2008ONEReklam 'St Mary's Clinic'L-Awtorità tax-Xandir intervjeniet mal-istazzjon dwar dan ir-reklam li xxandar fuq One TV fit 3 ta’ Novembru, 2008, u saħansitra nħarġet akkuża, minħabba li dan kien jikser paragrafu 5.3, 6.2 u 9.1 (a) u (c) tal-Ħtiġijiet dwar Standards u Prattika fuq Programmi li Jinvolvu l-Parteċipazzjoni ta’ Ċerti Professjonijisti fil-Kura Medika, fil-Mezzi tax-Xandir u Ħtiġijiet dwar Reklamar, Metodi ta’ Reklamar u Direttivi li Japplikaw għal Prodotti u Trattamenti Mediċinali, peress li saru referenzi għal offerti ta’ roħs mhux permess bil-liġi u ma ngħatawx dettalji tat-trattment u s-side effects tiegħu.
2009TVMReklam 'Have a Look'L-Awtorità tax-Xandir intervjeniet mal-istazzjon dwar dan ir-reklam ‘Have a Look’ tal-1 ta’ Frar 2009, u saħansitra nħarġet akkuża minħabba li kien kiser il-paragrafu 6 (b) tal-Kodiċi tax-Xandir dwar il-Protezzjoni tal-Minuri (illum emendat) meta r-reklam kien jinkoraġġixxi lill-minuri jipperswadu l-ġenituri tagħhom jixtru kostumi tal-Karnival.
B referenza għall-mistoqsija parlamentari 7874, jista' l-Ministru ġentilment jara li jiġu finalizzati l-preparamenti meħtieġa biex titħallas il-familja li kienet ittiħdilha proprjetà mill-Gvern u din Il-familja rebħet kawża u appell fil-qorti fejn il-qorti iddeċidiet fiż-żewġ stanzi li din il-familja għandha tibgħata kumpens li ġie stabbilit mill-qorti? Jista' ġentilment jara li tiġi onorata d-deċiżjoni tal-Qorti mingħajr aktar dewmien fid-dawl tal-prinċipju legali li justice delayed is justice denied?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, l-Awtorità tal-Artijiet talbet dokumenti ulterjuri sabiex tkompli bl-ivvettjar abbażi tal-istess dokumenti sabiex isir il-kuntratt li permezz tiegħu jkun jista’ jingħata l-kumpens xieraq.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-qtar tal-għajnejn Trusopt Brendit m'għadux fil-lista tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Trusopt hija ditta partikulari ta’ dorzolamide li ġieli tinxtara skont it-tender. Id-Dipartiment jixtri il-mediċini bl-isem ġeneriku. F’dan il-każ dorzolamide jew brinzolamide eye drops.
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6468 u 3535, jista' l-Ministru jgħid jekk l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-Uffiċċju Konġunt hux se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li fetħet din l-iskema, kien fl-2013, taħt Gvern Nazzjonalista?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsieb tal-Gvern jibqa’ dak li ngħinu kemm nistgħu persuni jsiru sidien ta’ darhom. Ninsabu avvanzati ferm biex dawk li jgħixu fi djar b’ċens li skada jew se jiskadi jkollhom is-serħan il-moħħ meħtieġ permezz ta’ ħruġ ta’ skema li tindirizza dan. Għall-fini ta’ korrettezza, l-aħħar skema ta’ fidi ta’ ċnus, kienet inħarġet fl-2012.
B'referenza għal dak li kien ġie rrapportat fl-artiklu bit-titlu ‘Malta Islamic Finance Association backed by Maltese Government’ li deher on-line fil-ġurnal ‘Independent’ datat 26 ta’ Ġunju 2018, jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi saru minn dakinhar sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux xi applikazzjonijiet mal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) matul l-2018 fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji Islamiċi? Jekk iva, kemm daħlu u kemm minnhom ġew approvati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ċentru Ċiviku tal-Mosta – kuntratti ta’ dawk li jikkupaw il-binja
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi l-kuntratti ta’ dawk kollha li jokkupaw il-binja taċ-Ċentru Ċiviku tal-Mosta? Jista’ jagħti informazzjoni tal-obbligi li għandu d-Dipartiment tal-Artijiet, kif ukoll tal-okkupanti tal-istess binja, fejn tidħol il-manutenzjoni tal-uffiċini, il-partijiet komuni u tal-faċċata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar. Bħalissa d-Dipartiment tal-Artijiet qed jagħmel eżerċizzju biex jaġġorna r-rekords kollha.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6720 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se toħroġ l-iskema ta' regolarizzar fil-bini tad-djar, liema bini u rranġar fid-dar bla permess fil-hamlets?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għal xi skemi simili li saru fil-passat jew jekk hux qed jissuġerixxi skema ġdida għal dawn iċ-ċirkustanzi.
Jista' l-Ministru jara li s-sidien tal-art li ġiet esroprijata (dettalji dwarha qed jingħataw separatament ) jiġu kkumpensati mill-Awtorità tal-Artijiet u dan meta il-kumpens dovut ilu li nħadem mis-17 ta' Settembru 2013 u huma kienu ġew diġà infurmata dwar l-ammont lilhom dovut bl-imgħaxijiet? X'inhu jżomm li dawn jiġu mħallsa dak li legalment huwa lilhom dovut?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat, dan il-każ għadu qed jiġi diskuss internament fi ħdan l-Awtorità tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jara u jaċċerta li l-post li se jintuża bħala estensjoni għall-annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieha (fil-kumpless tal-faċilità sportiva li jinsab metri bogħod mill-iskola) huwiex wieħed aċċettabbli u li jilħaq il-livelli kollha xierqa u bla perikli fejn tidħol saħħa u sigurtà kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema (dawn jinkludu fost l-oħrajn użu ta’ faċilitajiet sanitarji, ventilazzjoni adegwata fil-kmamar li se jintużaw bħala klassijiet, kif ukoll turġien wieqfa u dojoq)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li rigward saħħa u sigurtà sar risk assessment minn uffiċjal tas-Saħħa u s-Sigurtà fejn saru numru ta’ rakkomandazzjonijiet. Ir-rakkomandazzjonijiet magħmula ser ikunu implimentati qabel jintuża l-post, wara jsir risk assessment ieħor li jikkonferma dan.
Skola Primarja tal-Mellieħa – miżuri għal studenti bi problemi ta’ mobilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’mi¿uri se jittieħdu għal tfal/studenti bi problemi ta’ mobilità li se jkunu qed jattendu fil-parti li se tkun qed tintu¿a bħala annex għall-Iskola Primarja tal-Mellieħa fil-ġimgħat li ġejjin (il-parti li tinsab fil-kumpless sportiv)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-amministrazzjoni tal-iskola tiżgura li t-tfal/studenti kollha bi problemi ta’ mobilità li jattendu l-iskola Primarja tal-Mellieħa jkollhom aċċess għaż-żoni meħtieġa għat-tagħlim tagħhom billi jintużaw żoni aċċessibbli eżistenti.