B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22683, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hux se toħroġ white paper fuq din il-liġi? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm proċess ta' konsulatazzjoni marbuta mal-libertà tal-istampa? Meta hu ppjanat li din il-liġi titressaq fil-Parlament?
Response (ABELA, ROBERT)
Kif diġa ġie indikat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari nru 22683, il-konsultazzjoni diġa’ bdiet u se tkompli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Santa Luċija (Malta) bbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.
L-Awtorita’ tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
B’referenza għad-domanda parlamentari 21108, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex Ġnien il-Mediterran jiġi riabilitat u kkurat kif għandu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Paola għaddej b'disskusjonijiet ma’ Parks Malta sabiex din l-entità tassisti fil-kura tal-ġnien. Apparti minn hekk il-Kunsill Lokali Paola ħadem u qiegħed fil-proċess li jdaħħal applikazzjoni l-Awtorita tal-Ippjanar sabiex isir ukoll proġett tar-riġenerazzjoni ta' dan il-ġnien; ġnien li ser jinkorpora fih fost l-oħrajn il-Covid Garden kif ukoll Dog Park.
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet senjatament fit-teknoloġija moderna u fis-sigurtà saru fl-ambaxxati ta’ pajjiżna tul is-sena li għaddiet?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-pandemija ta’ Covid 19, fis-sena 2020, proġetti relatati mas-sigurtà kienu limitati meta mqabbel mas-snin preċedenti.
Il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej, investa u implimenta diversi sistemi li minnhom ibbenefikaw kemm il-Ministeru f’Malta kif ukoll l-Ambaxxati li għandna imferrxin madwar id-dinja.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li sarret mill-Uffiċċju tal-Immaniġjar tad-data f’ambaxxati dawn l-aħħar 12-il xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Marsaxlokk ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
Response (GALDES, RODERICK)
L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma li saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Dublin tul dawn l-aħħar 12-il xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew mislufa kotba tul dawn l-aħħar 12-il xahar mil-Librerija Pubblika fil-Gudja u jista’ jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet u nxtraw kotba ġodda?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-Librerija Pubblika tal-Gudja ġew mislufa 23,834 ktieb bejn Settembru tal-2020 u Ottubru tal-2021 u 19,297 bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Il-librerija inagħtat mitejn u tlett (203) kotba b’donazzjoni bejn Jannar u Ottubru tal-2021 u nxtraw mija disgħa u tletin (139) ktieb ġdid bejn Jannar u Ottubru tal-2021.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li tinfetaħ xi half-way house għall-priġunieri li jkunu waslu biex jiskontaw is-sentenza ta' priġunerija li jkunu ngħataw, fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li m’hemm l-ebda ħsieb li tinfetaħ xi half way house għall-priġunieri fil-lokalità tal-Qrendi jew f' xi lokalità oħra fil-madwar tal-Qrendi, mill-Agenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22662, 22022, 21772, 21321, 19750 u18282 u jgħid kemm kien in-numru ta' immigranti illegali li kienu ilhom Malta mill-2019 u li ġew rimpatrijati fit-12 ta' Jannar 2021, in-nazzjonalità tagħhom, fejn ġew irritornati u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Unjoni Ewropea għal din l-operazzjoni u jekk kienx hemm għajnuna oħra mill-Unjoni Ewropea sabiex din l-operazzjoni sseħħ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni mitluba għat-titjiriet l-oħra ta’ rimpatriju li seta’ kien hemm wara d-data msemmija irrispettivament mid-data tal-wasla tar-rimpatrijati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 22661, 21773 u 22021 u jgħid kemm ġew rilokati immigranti illegali f'pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea mill-2010 'l hawn, kemm swew dawn l-operazzjonijiet ta' rilokazzjoni u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea sabiex isiru tali rilokazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Ix-Xagħra Għawdex – proprjetà immobbli li tappartjeni għall-Istat
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetà immobbli li tappartjeni lill-Istat ġewwa l-lokalità tax-Xagħra Għawdex? Jista' jgħid kemm minn din il-proprjetà hi suġġetta għal kirja jew ċens? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx proprjetà li tinsab f'idejn il-Gvern u jekk iva, jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-proprjetajiet bl-indirizzi fejn jinstabu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 19433 u 20040 u jispjega lill-Parlament kemm kienu dawk l-investimenti li mill-2013 ‘l hawn irrifjutaw li jiġu Għawdex minħabba n-nuqqas tat-Tieni Fibre Optic Cable? Jista’ jgħid ukoll kemm investimenti wrew interess jew saħansitra ġew Għawdex, proprju għax issa hemm it-Tieni Fibre Optic Cable bejn il-gżejjer?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
F’kompetizzjoni feroċi biex kull reġjun fid-dinja jattira l-investiment huwa diffiċli biex tistabbilixxi ilgħala proġett jagħ¿el post minn ieħor fejn jinvesti. L-ebda investitur ma jgħidlek il-ħsibijiet tiegħu. Pero’ jibqa’ l-fatt li waqt li hawn Malta s-settur tal-informatika fis-sens wiesgħa tal-kelma kiber tant li sar pilastru ewlieni fl-ekonomija ta’ Malta b’niċeċ bħal software, video gaming, remote gaming, online platforms u gateways eċċ, mhux l-istess sar f’Għawdex.
U dan ¿gur mhux minħabba n-nuqqas ta’ ħiliet f’din il-g¿ira. Għax hawn ħafna Għawdxin li jaħdmu f’dawn in-niċeċ hawn Malta.
Il-Gvern investa €4 miljun fil-fibre optic cable tal-aħħar teknoloġija biex jindirizza dan il-gap. B’dan il-cable it-tkabbir ekonomiku li sar hawn Malta fl-industrija “ICT enabled” jista’ jsir ukoll f’Għawdex. Il-Gvern jemmen fis-sħiħ li l-potenzjal ekonomiku f’Għawdex jista’ jkompli jikber b’investimenti sostanzjali f dawn l ahhar snin fid-digital hub, b’estenzjonijiet fix-Xewkija u fuq kollox bl-iskola ta’ Barts f’Għawdex. Il-cable ser jagħti spinta akbar biex aktar proġetti fl informatica digitali jiġu allokati f’Għawdex biex b’hekk joffru impjiegi ta’ kwalita’.
Minn meta tqiegħed il-cable, ¿ewġ kumpaniji barranin investew f'Għawdex. Dawn għandhom il-potenzjal li jimpjegaw madwar 20 ruħ bejniethom. Ovvjament id-deċi¿joni li jinvestu Għawdex ma tkunx marbuta biss mal-cable imma mal-pakkett kollu li toffri din il-gzira.
Barra minn hekk l-opportunita' li joffri l-fibre optic cable tista' tkun importanti ħafna biex tkompli titwettaq l-iskema li tattira lejn Malta id-Digital Nomads.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18292 u 20041 u ċjoè: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17795, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Ċentrali għamilx esproprjazzjonijiet fil-lokalità tal-Għasri Għawdex, preċiżament fiż-żona ta' Triq il-Ġdida u Triq il-Qadima li kopji tal-pjanti għalihom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji, possibbilment anke billi jpoġġi pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid x'użu sar sal-jum li titwieġeb din il-mistoqsija parlamentari mit-tieni fibre-optic cable li tqiegħed bejn Malta u Għawdex? Jista' jispjega x'arranġamenti saru mal-kumpanniji tat-telekomunikazzjoni biex dawn jagħmlu użu mill-cable? Jista' jindika wkoll il-ħlas mitlub biex ikun jista' jsir użu mill-cable?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li It-tliet kumpaniji tat-telekomunikazzjoni Maltin jiġifieri Epic, Go u Melita kollha huma connected mal-fibre optic cable u qed jagħtu servizz lill-klijenti tagħhom ġewwa Għawdex permezz ta' dan il-cable wkoll. It-tliet kumpaniji għandhom kuntratti identiċi mal-kumpanija Gozo Fibre Optic Cable Ltd u t-tlieta li huma jħallsu l-istess rata għal dan is-servizz. Peress li dan huwa arranġament kummerċjali, ir-rata kemm tħallas kull kumpanija ma' tistax tingħata. Pero' l-ebda parti mill-ispejjez tal-proġett ma intefat fuq il-konsumatur Għawdxi.
Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-bordijiet appuntati mill-Gvern jew fejn il-Gvern għandu dritt jappunta direttament jew indirettament xi membri, fejn ġew maħtura persuni b'diżabilità?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet appuntati mill-Gvern jew fejn il-Gvern għandu dritt jappunta direttament jew indirettament xi membri, fejn ġew maħtura persuni b'diżabilità huma: L-Kunsill għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’; Il-Kunsill Konsulattiv dwar l-Awtiżmu; Il-Bord ta’ L-Appelli tal-Ħajja Komunitarja Indipendenti; L-Bord tal-Ħajja Komunitarja Indipendenti; u il-Kunsill dwar il-Lingwa Maltija tas-Sinjali.
Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni b'diżabilità f'Malta jirċievu pensjoni tad-diżabilità? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni jirċievu pensjoni li hi ekwivalenti fl-ammont għall-paga minima nazzjonali?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Ix-Xemxija — Triq il-Preistorja - servizzi mgħoddija
Question
Jista' l-Ministru jara li arblu li jinsab fi Triq il-Preistorja fix-Xemxija u li m’għandu l-ebda servizzi mgħoddija minnu/fuqu, jitneħħa mill-Kunsill Lokali?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi ghat-twegiba ghal-Mistoqsija Parlamentari numru 23040.
Awtorità li tirregola l-kostruzzjoni biex jitnaqqas l-impatt permezz tal-kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jispjega x’qiegħed issir permezz tal-Awtorità li tirregola l-kostruzzjoni biex jitnaqqas l-impatt permezz tal-kostruzzjoni fuq dawk li joqogħdu viċin jew maġenb siti tal-kostruzzjoni? Jista' jispjega x’qiegħed issir minn din l-Awtorità biex jitnaqqas it-tniġġiż tat-trab (dust polution) li jsir mis-siti ta’ kostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Jien infurmat li l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni qed tieħu l-mezzi kollha possibbli sabiex jonqos l-impatt fuq dawk li joqgħodu fil-viċinanzi ta’ fejn isiru xogħlijiet anke permezz t’Avviz Legali 426 tal-2021 dwar Regolamenti tal-2021 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Evitar ta’ Ħsara lil Proprjetà ta’ Terzi Persuni li ddaħħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru li għadda. Sadanittant fil-ġimgħat li ġejjin għandu jinħareġ għall-konsultazzjoni pubblika l-kodiċi dwar Twaqqigħ, Skavar u Kostruzzjoni. Irrid ngħid ukoll li l-Awtorità għall-Bini u Kostruzzjoni żiedet l-attività ta’ infurzar anke billi ser ikun qiegħed jingaġġa uffiċjali ġodda għal dan il-għan. Għad baqa’ xogħol xi jsir iżda l-impenn tagħna jibqa’ li l-Awtorità tibqa’ tissaħħaħ ħalli s-settur isir dejjem iżjed organizzat.
Mosta, Ħ'Attard, l-Imtarfa, ir-Rabat, Ħad-Dingli u Ħaż-Żebbuġ — garaxxijiet li huma proprjetà tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm garaxxijiet proprjetà tal-Gvern? Kemm minnhom qegħdin il-Mosta, Ħ'Attard, l-Imtarfa, ir-Rabat, Ħad-Dingli, u Ħaż- Żebbug?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar għandha garaxx wieħed flimkien ma spazju ta’ parkeġġ li huma battala kif ukoll garaxx ieħor li huwa mikri ġewwa l-Imtarfa. Il-kiri ta’ garaxx fl-Imtarfa huwa każ partikolari peress illi bħala prassi garaxxijiet proprjetà tal-Gvern li huma mikrija jiġu amministrati mill-Awtorità tal-Artijiet.