Jista’ l-Ministru jgħid kif qed isir it-tqassim tal-bins fir-residenzi, minn min, u kif intgħażlu, qabel ma tiġi fis-seħħ l-iskema ta’ ġbir ta’ skart separat fil-31 ta’ Ottubru li ġej?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku sar minn kuntrattur wara sejħa pubblika. Il-kuntrattur magħżul kien REACTILAB Ltd. Dawn il-kontenituri tqassmu kemm bieb bieb kif ukoll minn postijiet fissi ta’ distribuzzjoni.
Raħal Ġdid – Pjazza – Triq Ninu Cremona – art pavimentata
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għalfejn wara biss ħames xhur mill-inawgurazzjoni tal-pavimentar tal-Pjazza ta’ Raħal Ġdid, diġà hemm parti mill-art pavimentata fil-kantuniera ta’ Triq Ninu Cremona mal-pjazza, li sfrundat bil-konsegwenza li issa tqegħdet pjanċa tal-ħadid li qed tagħmel storbju sħiħ kull meta tgħaddi vettura minn fuqha bil-konsegwenza li mhux qed jitħallew jorqdu r-residenti tal-viċin? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu kontra min għamel xogħol daqstant dilettantesk u ħażin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-ħsara li sofriet l-art fil-Pjazza Antoine De Paul kantuniera ma’ Triq Ninu Cremona ġiet ikkawżata minn trakkijiet kbar li jgħaddu mill-istess pjazza allavolja hemm tabelli li jindikaw li dawn it-tip ta’ vetturi mhux permess li jgħaddu. Madanakollu, appena s-Segretarjat responsabbli mill-proġett induna bil-ħsara mill-ewwel inġibdet l-attenzjoni tal-kuntrattur li immedjatament dan sewwa l-ħsara għas-spejjeż tiegħu.
Inżid ngħid li, wara intervent ta’ dan il-Ministeru, għall-ewwel darba ngħataw fondi fil-vot tal-kunsilli lokali sabiex jagħmel tajjeb għal proġetti kapitali magħmula mill-Gvern ċentrali. Dan għaliex, sal-lum il-kunsilli ma kellhomx vot għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati persuni neqsin, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid l-età u s-sess tal-persuni li ġew irrapurtati neqsin? Jista' jgħid kemm minn dawn il-persuna baqgħu ma nstabux?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa – individwu ingaġġat bħala Project Director
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li l-persuna li d-dettalji tagħha qegħdin jingħataw separatament hija ingaġġata bħala Projects Director fi ħdan is-Segretarjat tiegħu bħala Deputat Prim Ministru?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti, ittri u/jew dokumenti oħra kollha li ntbagħtu mill-Gvern Malti lill-Group of States against Corruption (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropea mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull korrispondenza bejn il-Gvern u l-GRECO fl-istadju qabel ma joħrog ir-rapport hija kunfidenzjali. Sabiex jiġi pubblikat u jiġi reż pubbliku r-rapport finali magħmul mill-GRECO fil-konfront ta’ Stat jirrikjedi l-kunsens tal-Istat konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il każ kien hemm li fih Imħallef li jkun qagħad f'kawża irrakkomanda lill-President ta' Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena skont dak li jipprovdi l-artikolu 494 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta)? Jista' jgħid dwar liema reati kienu jirreferu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, f'kemm il-każ ingħatat maħfra u f'kemm il-każ ingħata tnaqqis tal-piena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi kien hemm kaz wiehed fejn Imhallef irrakomanda lill-President ta’ Malta li persuna kkundannata tingħata maħfra jew tnaqqis tal-piena skont dak li jipprovdi l-artikolu 494 tal-Kodici Kriminali (Kap 9 tal-Ligijiet ta’ Malta).
Informat li dan ma kienx l-ewwel każ ta din ix-xorta fl-istorja legali riċenti ta pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid x'proprjetajiet għandu l-Gvern fil-Belt Valletta mingħajr ma jindika l-isem u d-dettalji personali tal-persuni li għandhom il-pussess tal-imsemmija proprjetajiet? Jista' jgħid ukoll f'liema triq jinsabu dawn il-proprjetajiet, x'inhu l-użu ta' kull proprjetà, jekk humiex mogħtija b'enfitewsi, b'kirja, b'encroachment, b'tolleranza jew b'titolu prekarju lil terzi u kemm huwa l-ammont ta' ċens, kirja jew xort'oħra li titħallas lill-Gvern kull sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont l-informazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Artijiet id-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar — trasferimenti/pagamenti f’bank
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7861 u jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru pagamenti mill-Malta Enterprise f’kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, dawn kienu relatati ma’ pagamenti lill-benefiċċjarji ta’ assistenza minn skemi amministrati mill-Korporazzjoni, dawn jammontaw għal €194,098.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji kollha dwar il-kiri ta' vetturi minn kull dipartiment u entità li taqa’ taħtha li saru mill-bidu tas-sena 2013 sal-lum? Tista' tgħid ukoll minn liema kumpanija jew individwi ġew mikrija, u jekk il-kirja f'kull każ saritx wara sejħa għall-offerti, sejħa għal kwotazzjonijiet jew b'direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm tqassmu fuljetti u materjal ieħor stampat fid-djar mis-sena 2013 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-materjal imqassam fid-djar, x'tip ta’ karta ntużat, fejn ġie stampat il-materjal, kemm sewa kull fuljett jew materjali li ntbagħat u jekk tqassamx bil-posta jew xi mezz ieħor? Jekk b'mezz ieħor kif tqassam u kemm sewa t-tqassim ta' kull fuljett jew materjal li ntbagħat, sew jekk bil-posta jew b'xi mezz ieħor?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRU 8227 Fuljetti u Materjal stampat fid-Djar - .._ (002).pdf
Tista’ l-Ministru tagħti aktar dettalji dwar it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 7692 u tgħid fiex kien jikkonsisti t-tieni mandat u fuq xiex sar, rigward Triq ta’ Ġorf ġewwa x-Xagħra? X'sar mill-Ministeru għal Għawdex? Jekk kien hemm deċiżjoni mill-Qorti, tista’ l-Ministru tpoġġi kopja tad-deċiżjoni fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, tista' tgħid xi ftehim sar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-digriet mogħti mill-Qorti li qed jiġi anness bħala Dok ‘A’.
Għawdex — Uffiċċju tal-Artijiet – bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba’
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa li qed iħallsu l-qbiela tar-raba' tal-Gvern fl-Uffiċċju tal-Artijiet f'Għawdex? Għal kull każ f'liema lokalitajiet f'Għawdex qiegħed ir-raba' li għalih qed titħallas il-qbiela u kemm hu n-numru ta' bdiewa li qed iħallsu l-qbiela? Tista' tgħid jekk humiex bdiewa part-time jew full-time?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorità tal-Artijiet illi l-klijenti tal-istess Awtorità għandhom il-faċilità li jħallsu l-kontijiet tagħhom fl-uffiċini ta’ din l-Awtorità ġewwa Malta u Għawdex, fil-kunsilli lokali, online, jew permezz ta’ transazzjoni bankarja. L-Awtorità tal-Artijiet ma jkolliex informazzjoni dwar jekk il-bdiewa li jħallsu l-qbiela humiex part-time jew full-time. Lista ta’ numru ta’ bdiewa f’kull lokalità fejn qed jitħallsu l-qbiela qed tidher hawn taħt;
Lokalità fejn tinsab il-qbiela
Numru ta’ bdiewa li jħallsu qbiela fil-lokalità
Fontana
5
Għajnsielem
18
Għarb
8
Għasri
14
Kerċem
88
Munxar
3
Nadur
33
Qala
4
Rabat
34
San Lawrenz
5
Sannat
58
Xagħra
67
Xewkija
74
Żebbuġ
37
Oħrajn (Tal-Ħatar, Il-Wileġ, Ta’ Willraf, Tal-Għasri, Tal-Loġġa, Is-Saqwi, Ta’ Għajn Tuta, Ramla)
11
Tista’ l-Ministru tgħid mill-€140 miljun ta' investiment fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea mħabbra f'konferenza tal-aħbarijiet li saret minn esponenti tal-Gvern nhar is-Sibt 11 ta' Novembru, kemm minnhom se jintużaw fuq toroq jew proġetti f'Għawdex? Tista’ tagħti lista ta’ toroq f'Għawdex li se jsiru b’dawn il-fondi?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Għawdex hemm programm estensiv ta’ toroq. Il-lista ta’ dawn it-toroq tinsab qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:MISTOQSIJA PARLAMENTARI NRU 8281 - MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Fondi għat-tor.._.pdf
Ministeru għal Għawdex – ramel u żrar li intuża mid-Direttorati
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7815 u tgħid kemm u x’tip ta’ ramel u żrar intuża mid-Direttorati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex, sena b’sena u xahar b’xahar mis-sena 2013 sal-lum? Tista’ tgħid fejn intuża dan ir-ramel u żrar u tgħid ukoll fuq kull proġett/biċċa xogħol min kienet il-persuna li ordnat ir-ramel jew żrar u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont u min kienu l-kuntratturi li ssupplixxew dan il-materjal u kemm kienet l-ispiża xahar b’xahar u sena b’sena fuq dan il-materjal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 7815.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jistennew intervent u/jew operazzjoni fl-Isptar Mater Dei jew f’xi sptar ieħor, u jagħti n-numru ta’ pazjenti skont kull kategorija ta’ intervent mediku? Jista’ jgħid ukoll kemm ilhom jistennew skont dawn il-perjodi li ġejjin:
a) anqas minn tliet xhur;
b) bejn 3 u sitt xhur;
c) bejn 7 u 12-il xahar;
d) bejn 13 u 24 xahar;
e) bejn 25 u 36 xahar; u
f) aktar minn 36 xahar?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jistennew is-servizz tal-Home Help? Kemm ra każijiet ġodda l-bord matul is-sena 2018 u kemm minnhom ingħataw is-servizz? Kemm ġew miċħuda s-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iżommx statistika ta’ kemm hemm djar abitabbli jew potenzjalment abitabbli li huma vojta u ma jintużawx għal skopijiet residenzjali? Jista’ jippreżenta din l-istatistika jekk teżisti u possibbilment jaqsam l-informazzjoni skont il-lokalità?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn blokok ta’ flats tal-Gvern (dawk li jaqgħu taħt il-pussess tal-Awtorità tad-Djar), lokalità b’lokalità f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm appartamenti f’sular tal-blokok?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ blokok tal-Gvern/Awtorità tad-Djar f’Malta u f’Għawdex huwa ta’ 1,172, b’t-total ta’ 7,636 appartament. It-tabella t’hawn taħt tindika l-lokalitajiet u n-numu ta’ blokok madwar Malta u Għawdex :
Lokalità
Numru ta’ blokok
Attard
6
Birgu
35
Birkirkara
48
Birżebbuġa
9
Bormla
126
Fgura
24
Furjana
42
Għargħur
2
Għaxaq
7
Gudja
4
Gżira
10
Ħamrun
32
Isla
26
Kalkara
16
Kirkop
17
Lija
4
Luqa
7
Marsa
25
Marsaxlokk
2
Mellieħa
7
Imġarr
4
Mosta
32
Mqabba
4
Imsida
15
Imtarfa
6
Naxxar
2
Pembroke
22
Pieta’
12
Qormi
37
Rabat
25
Rabat, Għawdex
16
Raħal Ġdid
45
Safi
1
San Ġiljan
15
San Ġwann
67
San Pawl il-Baħar
9
Santa Luċija
56
Santa Venera
18
Siġġiewi
14
Ta’ Xbiex
30
Ħal Tarxien
26
Valletta
176
Ħaż-Żabbar
19
Żebbuġ
30
Iż-Żejtun
28
Żurrieq
14
Total
1172
Għotja ta’ darba għall-persuni li għamlu xi żmien jaħdmu f’Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kienet ir-raġuni li wasslet sabiex kien hemm applikazzjonijiet għall-fondi li damu mas-sena u nofs u anke għal sentejn, sakemm ġew trattati?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.