Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta’ supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-għadd ta’ għalliema li ġew impjegati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-grad ta’ supply teacher, fil-kategorija A, B u C fl-aħħar għaxar snin (mill-bidu ta’ Jannar 2008 u mhux tas-sena skolastika) huwa skont kif ġej:
SenaIngaġġati bħala Supply Teacher
2008107
200954
201064
201162
201275
201369
2014100
2015104
201688
201781
201863
Studenti fil-kors ta’ għalliem fl-Università jew Institute for Education
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li bħalissa qed jattendu xi kors fl-Università jew fl-Institute for Education tul is-sena skolastika 2018/2019 li eventwalment iwassalhom sabiex ikunu eliġibbli għall-grad ta’ teacher full-time on an indefinite basis f’Malta? Jista’ jispeċifika jekk dan l-ammont huwiex biżżejjed għall-esiġenzi tal-futur li jirrikjedu l-iskejjel kollha f’Malta? Jista’ jispeċifika x’inhu n-nuqqas ta’ għalliema għas-sena skolastika 2018- 2019 fis-setturi tal-primarja, tas-sekondarja u fil-każ tal-aħħar, f’liema suġġetti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li n-numri ta' studenti li fis-sena akkademika 2018/19 qed jattendu korsijiet fl-Università ta' Malta li eventwalment iwassluhom sabiex ikunu eliġibbli għall-warrant ta' għalliem f’Malta huma kif ġej:
Faculty
Course
Total
Faculty of Education
Bachelor of Education (Honours)
107
Master in Teaching and Learning
161
Total
268
In-numru ta' parteċipanti fil-korsijiet fl-Institute for Education huwa ta' 67 maqsuma kif ġej:
B.Ed - 19
M.Ed - 35
PGCP - 13
Ninforma l-Onor. interpellant li l-bżonn għal għalliema ma jonqos qatt. Fil-fatt il-Ministeru investa fl-Institute for Education biex dan l-Istitut joffri wkoll korsijiet part-time għal dawk in-nies li qed jaħdmu u jixtiequ jsiru għalliema. Dan minbarra l-korsijiet full-time li kienu u għadhom joffru l-Università ta' Malta.
Kif naħseb japprezza l-Onor. interpellant l-esiġenzi fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni jinbidlu matul is-sena skolastika. Dan minħabba raġunijiet varji fosthom maternity leave, mard, bżonn ta’ leave urġenti, riżenji u oħrajn. Bħalissa għandna nuqqas ta’ tliet (3) għalliema fis-sekondarja (Ingliż, P.E u Geography). Fil-Primarja għandna nuqqas ta’ tliet (3) għalliema tal-Arti u żewġ (2) għalliema tal-Mużika fis-servizz tal-peripatetic. Fil-każ tal-peripatetic, il-Kulleġġi jagħmlu rotation ta’ l-għalliema fil-kulleġġ biex, sakemm jinstabu replacements, ikollna l-istudenti kollha li jkunu qed jieħdu lezzjonijiet. Fil-ġimgħat fejn ma jkollhomx għalliem peripatetic, ikun l-għalliem tal-klassi li jkun qed jagħmel dawn il-lezzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jispjega kemm kien hemm għalliema ġodda impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li n-numru ta’ għalliema ġodda li ġew impjegati bħala indefinite full-time u/jew definite full-time u/jew definite supply għall-ewwel darba fis-setturi tal-primarja u tas-sekondarja għas-sena skolastika 2018-2019 huwa kif ġej:
Għalliema ġoddaPrimarjaSekondarja
indefinite full-time4493
definite full-timeNILNIL
definite supply1540
Entitajiet pubbliċi — poter li jimponu penalitajiet amministrattivi
Question
Jista’ l-Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom l-poter li jimponu penalitajiet amministrativi (‘administrative fines’), kemm f’kull każ hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm ta’ penali li tista’ tiġi mposta għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba.
Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
Ninsab infurmat li Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali skont Kapitolu 445, l-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, Taqsima IX, Artikolu 53 ‘Reati’ minn jikkaġuna hsara lill-partimonjukulturali jew jaġixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jeħel:
(1) multa ta’ mhux anqas minn elf u mija u erbgħa u sittin euro u disgħa u sittin ċenteżmu (€1,164.69) u ta’ mhux iżjed minn mija u sittax-il elf u erba’ mija u tmienja u sittin euro u sebgħa u sittin ċenteżmu (€116,468.67), jew priġunerija għal żmien mhux iżjed minn sitt snin, jew dik il-multa u priġunerija flimkien:
Iżda, bla ħsara għall-ogħla multa hawn aktar qabel imsemmija, l-inqas multa li ħati jista’ jeħel taħt dan l-artikolu m’għandhiex tkun inqas mill-valur ta’ xi xogħol meħtieġ biex jirrimedja l-effetti tar-reat.
(2) Ir-responsabbiltà ta’ ħati taħt subartikolu (1) għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-ħati li jħallas li s-Sovrintendent kull nefqa li ssir għar-reintegrazzjoni, jew ir-restawr tal-proprjetà kulturali minħabba fl-għemil tar-reat, jew li jħallas ġol-Fond il-valur tal-proprjetà kulturali meqruda jew danneġġata meta dik il-proprjetà ma tkun tista’ la tiġi reintegrata u lanqas restawrata. Dak il-ħlas jista’ jinġabar permezz ta’ kawża ċivili li ssir mis-Sovrintendent kontra l-ħati jew l-eredi tiegħu.
(3) Il-Qorti għandha, minbarra li tagħti l-piena msemmija f’dan l-artikolu, tordna lill-persuni misjubin ħatja li jneħħu dak kollu li jkun qed jikkaġuna r-reat u li jreġġgħu lura għal li kienet kull ħaġa li tkun saret mingħajr ebda permess meħtieġ taħt dan l-Att jew biex iħares il-kondizzjonijiet imposti f’tali permess, skont il-każ, fi żmien suffiċjenti għal dak l-iskop u f’kull każ ta’ mhux iżjed minn tliet xhur mid-data tas-sentenza u, jekk il-ħati jonqos milli jħares xi ordni bħal dik f’dak iż-żmien li jiġi hekk stabbilit, jista’ jeħel ukoll multa ta’ mhux inqas minn tmienja u ħamsin euro u tlieta u għoxrin ċenteżmu (58.23) u mhux iżjed minn mija u sittax-il euro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu (116.47), kif il-qorti tista’ tistabbilixxi, għal kull ġurnata li jkompli n-nuqqas wara li jiskadi ż-żmien imsemmi.
MCCAA - Uffiċċju għall-Kompetizzjoni
L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni għandu s-setgħa li jimponi penali amministrattiva ai termini tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap 379 tal-Liġijiet ta’ Malta) u r-regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet(L.S 379.08).
Il-massimu li intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi tista’ teħel huwa multa amministrattiva ta’ mhux aktar minn għaxra fil-mija tad-dħul totali tal-intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi konċernati fis-sena ta’ negozju ta’ qabel.
Rigward penalitajiet li jistgħu jiġu imposti għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi fil-liġi artiklu 21(4)(a) tal-Att dwar il-Kompetizzjoni jipprovdi illi:
Kull intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi li tonqos milli tħares xi ordni ta’ waqfien u ebda tkomplija jew ordni ta’ konformità maħruġa skont l-artikolu 13, jew tonqos milli tħares miżura interim skont l-artikolu 15, jew tonqos milli tħares rabta magħmula vinkolanti skont lartikolu 12Ċ , jew li tonqos milli tipprovdi informazzjoni korretta u kompleta wara talba għal informazzjoni taħt l-artikoli 11A u 12 jew tonqos milli tissottometti lilha nnifisha għal spezzjoni taħt l-artikolu 12 tista’, fid-diskrezzjoni tad-DiretturĠenerali, teħel il-piena ta’ multa kwotidjana li ma tkunx aktar minn ħamsa fil-mija tal-medja tad-dħul ta’ kuljum tas-sena kummerċjali preċedenti tal-intrapriża jew l-għaqda ta’ intrapriżi konċernati għal kull ġurnata li l-nuqqas ta’ ħarsien tal-obbligu jkompli jseħħ.
L-artiklu 21(6) tal-Att dwaril-Kompetizzjoni jipprovdi illi:
Meta persuna, li tkun direttur, maniġer, segretarju jew uffiċjal ieħor bħal dawk ta’ intrapriża jew għaqda ta’ intrapriżi tonqos, mingħajr raġuni valida, li tagħti l-informazzjoni mitluba fiż - żmien lilha mogħti , dik il – persuna tista ’ teħel multa amminstrattiva ta’ mhux iżjed minn elfejn u erba’ mitt euro (€2,400) għal kull ġurnata ta’ nuqqas.
Dawn il-penalitajiet hawn fuq imsemmija japplikaw ukoll fil-kaz tal-applikazzjoni tar- regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet.
MCCAA- Affarijiet tal-Konsumatur
Skont l-artikolu 3 tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijietta’ Malta), “Id-Direttur Ġenerali” (Affarijiet tal-Konsumatur) “huwa responsabbli għall-amministrazzjoni u l-infurzar ta’ dan l-Att u għal dan il-għan għandu jeżerċita r-responsabbiltajiet vestiti fl-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur bl-artikolu 17tal-Att dwar l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, u b’dan l-Att ...”.
Skont l-artikolu 106A (1) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, id-Direttur Ġenerali jista’ jimponi multa amministrattiva fuq persuna li d-Direttur Ġenerali, wara investigazzjoni taħt l-artikolu 14A, jsib ħatja ta’ ksur ta’ disposizzjoni ta’ dan l-Att jew ta’ kwalunkwe regolament magħmul taħtu.
Skont l-artikolu 106A (2) tal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, il-multi amministrativi jistgħu jammontaw għall-massimu ta’ sebgħa u erbgħin elf Euro (€47,000), iżda “fil-każ fejn ordni ta’ tħaris ma jiġix obdut id-Direttur Ġenerali jista’ jimponi wkoll multa ta’ mhux anqas minn mija u sittax-il euro u sebgħa u erbgħin ċenteżmu (€116.47) u mhux aktar minn mitejn u tletin euro (€230) kull jum, għal kull ġurnata li fiha ma jiġix obdut.”.
Awtorità tax-Xandir
Skont il-ħames skeda tal-Att dwar ix-Xandir l-ogħla Penali Amministrattiva li l-Awtorita’ tista timponi tammonta għal €34,950. Din il-penali hija marbuta ma’ ksur ta’ paragrafi 5 u 6 ta’ L.S 650,34 (Regolamenti dwar Ġurisdizzjoni u Koperazzjoni Ewropea fix-Xandir).
Teatru Manoel
Jekk persuna tikri kostum u ddum ma’ tagħmel ritorn ta’ kostum trid tħallas l-ammont tal-kostum kull jum żejjed li żżommu.
Ma jeżistix massimu imma fil-kutratt hemm miktub li jekk issir ħsara trid titħallas mingħand dawk li jkunu krew it-teatru.
Pjazza Teatru Rjal
Fil-kuntratt tal-kiri tat-Teatru hemm stipulat jekk issir xi ħsara f’xi parti mill-binja jew tal-faċilitajiet, min ikun qed jikri ikun responsabli ta’ din il-ħsara.
Kif ukoll, hemm piena ta’ €250 jekk tiġi miksujra il-klawżola ta’ saħħa u sigurtà.
Fondazzjoni Kreattività
Fil-każ li issir xi ħsara lit-Teatru jew lill-
Exhibition Areas
, min ikun qed jikri il-faċilitajiet, jinżamm responsabli tal-ħsara li tkun saret.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ċelebrati żwiġijiet biċ-ċivil u kemm ġew ċelebrati żwiġijiet bil-Knisja matul is-sena 2018?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li fis-sena 2018 kien hemm total ta’ 2,552 żwieġ iċċelebrat f’Malta.
Minn dawn kien hemm 1,423 zwieġ bir-rit ċivili u 1,129 żwieġ bir-rit reliġjuż.
Impjegati Għawdxin li jaħdmu f'dipartimenti f'Malta
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' impjegati Għawdxin, fil-grad ta' skrivan, li qed jaħdmu f'dipartimenti f'Malta? Jista' jgħid jekk preżentament hux qed isir xi eżerċizzju biex jiġu identifikati funzjonijiet u attivitajiet tal-Gvern u entitajiet parastatali f'Malta li jkunu jistgħu jibdew isiru f'Għawdex bir-riżultat li iktar impjegati Għawdxin f'dan il-grad jibdew jaħdmu f'Għawdex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ haddiema Ghawdxin fi grad ta’ skrivan li jahdmu f’Malta huwa ta’ 24.
Ngharraf lill-Onor Interpellant li fl-2012 dan in-numru kien ta’ 93.
Ninsab informat ukoll li l-ezercizzju li jaghmel riferenza ghalih fit-tieni parti tal-mistoqsija jinsab ghaddej u li dan huwa ezercizzju kontinwu.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess sabiex tiġi reġistrata trademark?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex tiġi rreġistrata trademark l-applikant jrid jimla u jissottometti l-applikazzjoni relevanti flimkien mat-tariffa ta’ €116.47 lid-Dipartiment għal-Kummerċ. Dan jista’ jsir b’mod faċli permess li wieħed jidħol fis-sit tas-Servizz.gov u jimla l-applikażżjoni online minn hemm.
Id-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali, li jaqa' fil-ħdan id-Dipartimenti għal-Kummerċ, li fost dmirijiet oħra jipproċessa it-
trademarks,
jiċċekkja li l-applikażżjoni ġiet mimlija bl-informazzjoni korretta u jinforma lill-applikant fil-każ li xi informazzjoni hi skorretta. Din imbagħad tgħaddi biex jsir analiżi tal-marka skont il-proviżjonijiet tal-liġi u l-uffiċċju jikkomunika mal-applikant kif meħtieġ jekk tinsab xi element mhux aċċettabbli skond il-ligi.
Ġaladarba dan il-proċess jkun sar l-applikażżjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit www.ips.gov.mt u tibqa' miftuħa għall possibilità ta’ oppożizzjoni minn terzi fuq bażi u raġunijiet skont il-liġi, għal tliet xhur. Fil-każ li ma ssir l-ebda oppożizzoni t-
trademark
tista' tiġi rreġistrata u terġa' tiġi ppubblikata r-reġistrażżjoni tat-
trademark
. Fil-każ li tkun saret oppożizzjoni, l-applikant jiġi mogħti l-opportunità li jew jirtira l-applikazzjoni jew jiskatta proċedura bejn l-applikant u l-parti terza li qed tagħmel l-oppożizzjoni sabiex jintlaħaq fethim bejn l-applikant. F’każ li dan ma seħħx l-applikant jista' jissottometti r-risposta tiegħu għall-oppożizzjoni u jekk it-terża parti tibqa' ssostni l-oppożizzjoni, l-uffiċċju jieħu d-deċiżjoni jekk jirrifutax l-oppożżiżżjoni u jirreġistra t-
trademark
jew jaċċetta t-
trademark
u jirrifuta l-oppożizzjoni. Il-parti kontra minn tkun ittieħdet id-deċiżjoni jista' jappella din id-deċiżjoni fil-Qorti tal-Appell.
Qabel ma wieħed jissottometti applikazzjoni għal
trademark
huwa rrakkomandat li jsir tfittxija fid-
database
lokali kif ukoll tal-UE biex jiċċekkja jekk din il-
mark
jew marka li tixxibah magħha hijiex ġa qed tintuża bħala
trademark
minn ħaddieħor. Din it-tfitxija tista' jsir, mingħajr ħlas, fir-reġistru nazzjonali tat-
trademarks
u fir-reġistru ta’
trademarks
rreġistrati fl-UE li t-tnejn huma reġistri
online
fuq www.ips.gov.mt.
Din it-tfitxija tista' ukoll issir mid-Direttorat tal-Proprjetà Industrijali fi ħdan id-Dipartiment tal-Kummerċ billi wieħed jibagħat email fuq ipoffice@gov.mt u jagħti l-informazzjoni meħtieġa biex l-uffiċċju jkun jista' jagħmel din it-tfittxija. Il-ħlas tat-tfitxija li jsir fuq talba lill- Dirrettorat huwa ta €11.65 għal kull tfittxjia.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta’ grants immirati għal kumpaniji ġodda u innovattivi, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġija u e-commerce?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta Enterprise toffri skemi li jistgħu jgħinu impriżi innovattivi ġodda jibdew in-negozju tagħhom. Dawn jinkludu:
Business START (B.Start)
–
toffri
grants
għall-
start up
. Din l-iskema hija mmirata biex tgħin
start-ups
żgħar li għandhom proġett vijabbli u qiegħed fil-bidu tal-iżvilupp tiegħu.
Startup Advance
– hija skema immirata lejn impriżi żgħar li qegħdin fil-proċess li jikkonsolidaw l-operat tagħhom li wera li hemm potenzjal għalih fis-suq u huwa meqjus mill-Korporazzjoni bħala innovativ u li huwa ekonomikament vijabbli li jsir.
Start-Up Finance 2017-2020
– L-għan ta’ din il-miżura huwa li mpriżi innovattivi jiġu megħjuna finanzjarjament mill-bidu nett tal-ħolqien tagħhom. Dawn l-impriżi żgħar iridu juru li għandhom kunċett vijabbli u li hemm il-possibilità ta’ tkabbir ukoll.
Għotja ta’ darba għall-persuni li għamlu xi żmien jaħdmu f’Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8369 u jgħid jekk sarux pagamenti lil dawk il-ħaddiema li applikaw għall-għotja ta' darba għal persuni li qabel ma daħlu uffiċjalment fis-Servizz Pubbliku wara s-16 ta' Jannar 1979 għamlu xi żmien jaħdmu f'Dipartiment tal-Gvern qabel l-1979?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, din l-għotja bdiet tingħata lill-benefiċċjarji eleġibbli mis-sena 2017, liema pagamenti saru bejn Ottubru u Diċembru tal-2017.
F’Novembru u Diċembru 2018, tħallas pagament ieħor wara li kienet saret sejħa oħra fil-Gazetta tal-Gvern għall-applikazzjonijiet f’April 2018.
Il-pagamenti saru lil dawk eleġibbli, li daħlu uffiċjalment fis-servizz pubbliku wara s-16 ta’ Jannar 1979 u li qabel din id-data għamlu xi żmien iservu f’dipartimenti tal-Gvern, iżda mhux bħala uffiċjali pubbliċi. Fil-każ ta’ dawk il-persuni li laħqu mietu l-pagamenti saru lill-werrieta tagħhom.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kunsilli lokali jew reġjuni li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv/aġent deputat segretarju eżekuttiv? F'kull każ, jista' jgħid f'liema rwol ieħor huma impjegati mal-Gvern jew aġenziji tal-Gvern dawn l-uffiċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li preżentament qegħdin joperaw b'aġent segretarju eżekuttiv/deputat segretarju eżekuttiv.
Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba.
Entità
Status
Fejn qed iservu wkoll
Reġjun Xlokk
Aġent Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Tarxien
Reġjun Nofsinhar
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliBirżebbuga
Ħaż-¯abbar
Aġent Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalix-Xgħajra
Il-Fontana
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Kunsill Lokali Xagħra (impjeġata)
Il-Gudja
Aġent Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalix-Xgħajra
Il-Ħamrun
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Qormi
Ħal Lija
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliĦal Balzan
L-Imqabba
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokalir-Rabat (M)
Santa Venera
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-KumitatAmministrattiv Swatar (Part-Time)
Ta' Xbiex
Deputat Segretarju Eżekuttiv
Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill LokaliTas-Sliema
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjuni bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsilli lokali oħrajn? F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol, f'liema kunsilli jew reġjuni qed jaqdi dan id-dmir f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li bħalissa qed joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ieħor. Hawn taħt tinsab tabella bl-informazzjoni mitluba.
EntitàStatusFejn qed iservu wkoll
Reġjun XlokkAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Tarxien
Reġjun NofsinharDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Birżebbuga
Ħaż-ŻabbarAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra
Il-FontanaDeputat Segretarju EżekuttivKunsill Lokali Xagħra (impjeġata)
Il-GudjaAġent Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra
Il-ĦamrunDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Qormi
Ħal LijaDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Balzan
L-ImqabbaDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali r-Rabat (M)
Santa VeneraDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kumitat Amministrattiv Swatar (Part-Time)
Ta' XbiexDeputat Segretarju EżekuttivSegretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Tas-Sliema
Residenza San Vinċenz — Anzjani fi Djar Residenzjali tal-Gvern
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8395, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern li huma:
a. indipendenti;
b. semi-dipendenti;
c. dipendenti; u
d. bid-Dimenzja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28979 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid meta se jinfetaħ uffiċjalment iċ-Ċentru Leap ta’ Marsaskala li hija lokalità kbira u li hemm ‘il fuq minn 5000 familja?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 1886.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja ta’ separazzjonijiet reġistrati kuljum f’pajjiżna fl-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taht li tikkontjeni l-informazzjoni mitluba.
Malta
Noti għal separazzjoni bonarja:
290
Ittri ta’ medjazzjoni (separazzjoni kontenzjuza)
907
Rikorsi ghall- Kawżi:
114
Total:
1311
B’hekk jiġi illi l-medja ta’ kuljum, fir-rigward ta’ bidu ta’ procedimenti ghal separazzjonijiet, (maħduma fuq 365 jum) hija ta’ 3.60.
Ġħawdex
Noti konġunti għal separazzjoni bonarja:
11
Ittri ta’ medjazzjoni (separazzjoni kontenzjuza)
34
Rikorsi ghall-Kawżi:
2
Total:
47
B’hekk jiġi illi l-medja ta’ kuljum, fir-rigward ta’ bidu ta’ procedimenti ghal separazzjonijiet, (maħduma fuq 365 jum) hija ta’ 0.13 jew aħjar medja ta’ 4 fix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Kunsill Skolastiku fl-Iskola Primarja ta’ Marsaskala? Jekk iva, x’attivitajiet twettqu minn dan il-Kunsill matul is-sena l-oħra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, iva, hemm Kunsill Skolastiku fl-iskola ta’ Marsaskala magħmul minn President, Segretarju (il-Kap tal-Iskola), tliet edukaturi u tliet ġenituri. L-attivitajiet kienu:
-
Open Week
: attivitajiet fil-klassijiet mal-ġenituri;
- Jum iċ-Ċelebrazzjoni mal-mistidnin distinti u ġenituri;
- Attivitajiet tal-Milied (fil-klassijiet u fuq il-palk) mal-ġenituri;
- ‘
Farewell
’ tal-Istudenti tas-Sitt Sena;
- Sports fil-komunità mal-ġenituri;
- Laqgħat għall-ġenituri minn Sedqa u PSCD;
- ‘
Carnival Fun Walk
’ – sfilata mit-tfal max-xatt ta’ Marsaskala;
- Ritratti tal-Milied;
- Fiera tal-Ktieb; u
- Fiera tal-Pjanti.
Peress li preżentament, hemm periklu imminenti minħabba ħsarat estensivi fuq il-pont li jinsab taħt it-telgħa li tagħti għall-kamra tan-nar ta’ San Sebastjan (Wied il-Kbir, Għar Ħanżira), jista’ l-Ministru jagħti direzzjoni sabiex isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni neċessarji mill-aktar fis?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ħal Qormi – Triq il-Belt Valletta – ħajt faċċata taċ-Ċimiterju
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7667, jista’ l-Ministru jgħid jekk marx il-perit tal-Ministeru sabiex jagħmel rapport fuq il-ħajt li qed iċedi u għaldaqstant huwa ta’ periklu għan-nies?
Response (BORG, IAN)
Nikkonferma li tqabbad Perit tal-MTIP u sar ir-rapport tad-‘dangerous structures’ li ġie mgħoddi lill-pulizija biex isegwu mas-sidien privati.
Ħal Qormi — Triq Ġuże Maria Camilleri - rampa għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tal-ħaddiema tal-Gvern, joħloq rampa aċċessibbli minn persuni b’diżabilità minn Triq Ġuze Maria Camilleri Ħal Qormi għal ġol-Wied simili bħalma hemm biswit il-grawnd iż-żgħir tal-futbol fi Triq il-Belt Valletta, Ħal Qormi?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li mhux rakkomandabbli li ssir rampa fil-post indikat ghax din tista’ tostakola l-mixja tal-ilma f’wahda mill-aktar partijiet dojoq tal-korsa tal-ilma.