Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4528, 1027 u 162 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, Dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4527, 1026 u 161 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tad-direct orders mogħtija minn kull entità, Ministeru, dipartiment, Korporazzjoni u/jew Awtorità li huma fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, matul l-2015, l-2016 u l-2017 (sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija)? Jista’ jagħti d-data meta ngħatat kull direct order, fuq ordni ta’ min, lil min, l-ammont involut u għala ma kienx hemm sejħa pubblika f’kull każ?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4503, jista' l-Ministru jgħid u jagħti n-numru eżatt tal-impjegati l-ġodda mal-Korporazzjoni għas-Sevizzi tal-Ilma bejn l-1 ta' Ġunju 2017 u l-1 ta' Diċembru 2017, peress li din il-parti tal-mistoqsija parlamentari ma ġietx imwieġba?
Response (MIZZI, JOE)
M’għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li diġà kont tajt għall-mistoqsija parlamentari 4503.
Jista’ l-Ministru jgħid minn meta (data) l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bdiet tagħmel xogħol ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fit-30 ta’ Marzu 2015, il-General Contracts Committee (GCC) approva l-offerta magħżula. Il-Kuntrattur beda bix-xogħol tiegħu ġewwa r-Residenza f’April 2015.
Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għall-offerti – kuntratt ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid (data) meta l-aħħar li ħarġet sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u jpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-aħħar sejħa għall-offerti għall-kuntratt ta’ tindif ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul ħarġet fil-21 ta’ Diċembru 2018. Is-sejħa għall-offerti kienet ser tagħlaq fil-31 ta’ Jannar 2019. Din is-sejħa fit-23 ta’ Jannar 2019 ġiet estiża sal-14 ta’ Frar 2019. Kopja ta’ din is-sejħa tista’ tiġi pprovduta online minn fuq www.etenders.gov.mt.
Jista’ l-Ministru jgħid min ipprepara l-istimi għax-xogħlijiet ta' toroq li se jsiru minn Infrastruttura Malta, jekk hux mill-impjegati ta' Infrastruttura Malta, mill-impjegati ta' xi Dipartiment tal-Gvern jew jekk inqabdux konsulenti privati? Jekk saru minn konsulenti privati, jista’ jgħid jekk inħarġitx xi sejħa għall-offerti jew ingħataw direct order u kemm tħallsu dawn il-konsulenti privati biex għamlu dawn l-istimi? Min huma dawn il-konsulenti privati?
Response (BORG, IAN)
Infrastructure Malta ħadet f’idejha r-riżorsi umani, fosthom periti u tekniċi oħra, li qabel kienu jiffurmaw parti mid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta’ Transport Malta, sabiex twettaq ir-responsabilitajiet mgħoddija lilha mill-Gvern, fosthom dawk li fis-snin li ġejjin pajjiżna jagħmel qabża kbira 'l quddiem fil-kwalità, l-effiċċjenza u s-sostenibbilità tal-ivvjaġġar fit-toroq.
Infrastructure Malta żammet ukoll diversi kuntratti li kellha l-istess awtorità sabiex tikseb għajnuna teknika u professjonali addizzjonali f’din l-istess ħidma. Ix-xogħol ta’ stimi jifforma parti mill-istadju tal-ippjanar ta’ kull proġett li twettaq Infrastructure Malta. Il-maġġoranza ta’ dan ix-xogħol ta’ tħejjija jsir mill-impjegati ta’ Infrastructure Malta stess. Madankollu, ikun hemm ċirkostanzi fejn jintużaw ukoll servizzi minn entitajiet oħra u mis-settur privat, sabiex jappoġġjaw lil dawn l-impjegati fi proġetti partikolari. Fil-fatt, sa minn meta twaqqfet fl-2018, Infrastructure Malta użat is-servizzi tal-entitajiet u l-periti imsemmija hawn isfel għal diversi proġetti differenti. Dawn l-entitajiet u individwi kienu diġà jagħtu servizzi lid-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura ta’ Transport Malta, qabel twaqqfet Infrastructure Malta. Għal dawn is-servizzi lil Infrastructure Malta, li jistgħu jinkludu wkoll tħejjija ta’ stimi, l-aġenzija ħallset €200,607.05 fl-2018.
L-entitajiet u l-individwi li taw dawn is-servizzi jinkludu: Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura, Perit Chris Cachia, Perit Daniel Camilleri, Crowdnet, Perit Chris Grech.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-aħħar elezzjoni sal-lum, xi proġetti saru ta' twessigħ ta' toroq mill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħaddi l-informazzjoni dwar ix-xogħol li sar f'twessigħ ta' toroq f'Malta u f'Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, permezz ta’ Infrastructure Malta u entitajiet oħra li jmexxi, qed iwettaq pjan fit-tul sabiex gradwalment nagħmlu qabża kbira 'l fuq fil-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibilità tas-sistemi tal-ivvjaġġar f’pajjiżna. Dan l-impenn jinkludi għadd ta’ investimenti, bi proġetti żgħar li qed jitwettqu immedjatament u oħrajn aktar estensivi li qed jitħejjew għax-xhur u s-snin li ġejjin.
Fost dawn l-investimenti, hemm proġetti li saru, jew qed isiru, sabiex toroq ewlenin eżistenti jinbnew mill-ġdid biex ikollhom aktar korsiji għal inqas ħin fl-ivvjaġġar bil-karozzi kif ukoll faċilitajiet ġodda għall-ivvjaġġar b’mezzi alternattivi, fosthom il-mixi, it-trasport pubbliku u s-sewqan tar-roti. Fil-perjodu msemmi, fost dawn il-proġetti f’rotot ewlenin hemm ir-roundabout ta’ viċin l-Ajruport, Vjal l-Avjazzjoni biswitha, u r-roundabout tat-tarf l-ieħor tal-istess triq, f’Ħal Luqa, ir-roundabouts ewlenin f’Ħal Qormi u Triq Manwel Dimech bejniethom, il-konnessjoni bejn Triq tal-Barrani u Triq Ħal Tarxien, f’Ħal Tarxien, it-Telgħa t’Alla u Ommu, in-Naxxar, it-triq fl-inħawi tal-Ħemsija, f’Ta’ Qali, ir-roundabouts ta’ Ħaż-Żebbuġ u Triq l-Imdina bejniethom, Triq tal-Balal, bejn in-Naxxar u San Ġwann, Triq Dun Karm, Birkirkara, Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq, ir-roundabouts ta’ ħdejn it-Technopark, il-Mosta u ta’ Ħal Lija u t-triq ewlenija bejniethom (Triq il-Kbira u Triq il-Mosta), Triq il-Buqana, bejn l-Imtarfa u l-Mosta, il-Marsa-Ħamrun Bypass, bejn Santa Venera u l-Marsa u Triq Diċembru 13, Triq il-Marsa u Triq Aldo Moro, il-Marsa wkoll.
Aktar proġetti ta’ titjib tal-infrastruttura tat-toroq ser jibdew fl-ewwel xhur ta’ din is-sena.
Ministeru għas-Saħħa — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7522 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għal-mistoqsija parlamentari numru 7522.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7523 waqt is-seduta ta' nhar is-26 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook huma ta’ natura pubblika u wieħed faċilment isibhom bi tfitxija fuq l-istess sit, rigward l-ispejjeż ta’ dawn ir-reklami nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7523.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7524 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7524.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġjar tal-Ilma — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7525 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-materjal kollhu li sar fuq Facebook min-naħa tal-WSC kien awdjo-viżiv.
Fir-Rigward tal-EWA, apparti l-materjal awdjo-viżiv, kien hemm ukoll xi pubblikazzjonijiet fuq
Facebook
kif ingħad fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7525.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7526 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 7526.
Ministeru għall-Finanzi — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 5569 u 7527 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn izjed x’inzid mat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet 5569 u 7527.
Jista' l-Ministru jgħid jekk a tenur tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 hux permissibbli li negozjant jagħmel każ kontra konsumatur tramite l-intervent ta' ADR entity? Jekk hu possibbli jista' l-Ministru jindika liema hi dik l-ADR entity li toffri tali faċilità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux permissibli li negozjant jagħmel każ kontra Konsumatur residenti Malta tramite l-intervent ta’ ADR entity a tenur tar-Regolament (UE) Nru 524/2013. Mill-banda l-oħra negozjant residenti Malta jista’ jagħmel każ kontra konsumatur residenti l-Belġju, l-Ġermanja, il-Lussemburgu jew il-Polonja tramite l-intervent ta’ ADR entity.
Jista' l-Ministru jagħti lista aġġornata tal-entitajiet li huma rikonoxxuti bħala ADR entities a tenur ta' L.S. 378.18?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet rikonoxxuti bħala ‘ADR entities’ għall-finijiet u l-effetti tal-Avviż Legali 378.18 tal-Liġijiet ta’ Malta huma:
· Pardee Consulta
· eCOGRA
· MADRE
· EADR
· L-Uffiċċju tal-Arbitru Finanzjarju
· Id-Direttorat tal-Ilmenti u l-Konċiljazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur
· Dr Mario Caruana LL.D għall-‘ADR Malta Centre’
ADR – Complaints and Conciliation Directorate — każijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il każ ġie riferut lill-Complaints and Conciliation Directorate fil-vesti tagħha ta' residual ADR skont l-L.S. 378.19 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jekk kien hemm każijiet, jgħid fir-rigward ta' liema setturi kienu u x'kien l-eżitu f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-ġurnata tat-tnedija tal-L.S. 378.19 sad-data ta’ meta ġiet imwieġba din il-mistoqsija, id-Direttorat fil-kapaċità tiegħu ta’ entità tal-ADR residwa, tratta erba’ każijiet. Dawn kienu jittrattaw reżoluzzjoni għal diżgwid fuq servizz ta’ telekomunikazzjoni, tqegħid ta’ madum u tiswija ta’ karozza.
Rigward ilment dwar tqegħid ta’ madum, il-kummerċjant irrifonda s-somma lill-konsumatur; fit-tieni każ ta' tiswija ta' karozza, il-konsumatur ġie ukoll rrifondat bi flus kontanti; fit-tielet każ, il-kumpanija ta' telekomunikazzjoni rrifondat lill- konsumatriċi. F’każ ieħor, kumpanija ta’ telekomunikazzjoni u l-Konsumatur ftehmu li dan jingħata ċekk u ż-żewġ numri ċellular tiegħu jiġu ttoppjati.
Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 jista' l-Ministru jgħid min hu l-ODR contact point f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ODR advisors u x'inhi l-professjoni jew grad tagħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ODR Contact Point f’Malta huwa ċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur ta’ Malta. ODR advisors hemm tnejn (2) li l-grad tagħhom huwa ta’ Adminstrative Officer u Legal Officer.
Residenza San Vinċenz de Paul – kundizzjonijiet u standards
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministeru biex jiżgura li l-kundizzjonijiet u l-istandards stipulati fit-tenders għall-provvediment tal-ikel lir-residenzi tal-anzjani ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul u residenzi u djar tal-anzjani oħra, fosthom dawk imħaddma bħala PPP u djar tal-knisja, kif ukoll is-servizz tal-Meal on Wheels qed jiġu osservati minn min ifornihom? Jista' ġentilment jgħid id-dati matul dawn l-aħħar sitt xhur meta u fejn saru tali aċċertamenti u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid jekk il-Ministeru waslulux ilmenti dwar id-deterjorament sinjifikanti kemm fil-kwalità kif ukoll fil-kwantità tal-ikel li preżentament qed jitwassal lill-anzjani? Jekk fl-affermattiv jista' ġentilment jgħid x'passi ttieħdu biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fir-rigward tas-Servizz tal-Meals on Wheels, ilmenti dwar deterjorament sinjifikanti fil-kwalità u l-kwantità tal-ikel servut, kienu remoti. Madanakollu, kull ilment jiġi mgħoddi lill-kuntrattur sabiex jiġi investigat.
Barra minn hekk, uffiċjali mid-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita` ħadu ħsieb illi jżuru numru ta’ anzjani li jinqdew minn dan is-servizz, sabiex jisimgħu l-ilmenti u jaraw il-kwalita` tas-servizz mogħti. Matul l-aħħar sitt xhur kien hemm tnejn minn dawn iż-żjarat, fit-2 ta’ Awwissu, 2018 u fl-14 ta’ Novembru, 2018. Isiru wkoll laqgħat regolari mal-kuntrattur illi jagħti dan is-servizz.
Rigward l-ikel pprovdut ġewwa d-djar residenzjali tal-Gvern, id-Dipartiment ma kellux ilmenti li jindikaw deterjorament sinjifikanti fil-kwalita’ u l-kwantita tal-ikel. Matul is-sena 2018, kien hemm 58-il ilment u dawn kollha ġew mgħoddija lill-kuntrattur b’mod immedjat biex tiġi ratifikata s-sitwazzjoni. Barra minn hekk, jinżamm kuntatt kontinwinu mal-kuntrattur, kemm permezz ta’ korrispondenza u kemm permezz tal-laqgħat, fejn jiġu diskussi diversi miżuri sabiex jittieħdu azzjonijiet, hekk kif jixtiequ l-anzjani.
Rigward kuntratti ta’ xiri ta’ soddod, il-kuntratturi huma obligati li jipprovdu dan is-servizz u li jswegwu l-kwalita` tal-ikel illi jingħata. Il-kuntratturi huma obligati li jindirrazaw l-ilmenti fil-ħin u jirratifkaw is-sitwazzjoni. Dawn il-kuntratturi huma segwiti mill-Quality and Assurance Team tad-Dipartiment għall-Anzjanita` Attiva u Kura fil-Komunita`, sabiex ikun żgurat illi l-kuntratt qed jiġi onorat u l-ikel huwa ta’ kwalita` għolja kif mitlub. Il-kuntratturi huma mitluba wkoll li jżommu samples tal-ikel illi jiġu ittestjati skont il-ħtieġa u f’kull audit illi jsir, l-anzjani jiġu mistoqsijia dwar l-ikel.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule, qed jittieħdu diversi provedimenti sabiex l-ikel jasal għand ir-residenti bl-aktar mod sigur, u bl-għola livell ta’ iġene possibli. Il-kuntrattur jagħmel eżamijiet frekwenti tal-ikel li jingħata, f’laboratorju akkreditat. Kopja ta’ dawn, kif ukoll checklists, illi jisru sabiex jiġi assigurat dik li tissejjaħ ‘Hazard Analysis and Critical Control Points’ jiġu pprovduti lil San Vinċenz, dan hekk kif huwa rikjest mill-Food Safety Act (Cap 449 of the Laws of Malta). Barra minn hekk issir laqgħa ta’ kumitat konġunt bejn il-kuntrattur u l-amminstrazzjoni tar-Residenza San Vinċenz, sabiex jiġu diskussi problemi u jsiru tibdiliet u rakkomandazzjonijiet skont il-bżonn. Darba kull sitt xhur, issir analiżi minn riċerkaturi terzi sabiex ir-residenti jiġu mistoqsija fuq il-kwalita` tal-ikel. Kopja ta’ din ir-riċerka tintbgħat lir-Residenza San Vinċenz. Is-sezzjoni tal-Customer Care u tal-Quality Assurance ukoll isaqsu lir-residenti u anke` isir stħarriġ magħhom fuq il-kwalita` tal-ikel. Il-kuntrattur jagħti taħriġ lill-impjegati tar-Residenza fuq ‘Hazard Analysis and Critical Control Points’ u anke` l-liċenzja tal-ikel. Qed isiru wkoll tasting sessions mar-residenti, organizzati mill-kuntrattur u r-Residenza San Vinċenz de Paule, sabiex ir-residenti jagħtu rispons immedjat fuq il-kwalita` tal-ikel. Il-kuntrattur jagħmel spezzjonijiet lill-fornituri tagħhom sabiex jistabilixxu li dawn għandhom proċessi ta’ iġene u sigurta` tal-ikel. L-impjegati tal-kuntrattur jiġu suġġetti għal testijiet frekwenti minħabba l-iġjene u l-bakterja li tista’ tiġi trasmessa mill-impjegati waqt il-preparazzjoni tal-ikel.
Is-sistema tat-tqassim tal-ikel hija waħda immoniterata, fejn l-ikel jintbgħat fi ‘trolleys’ apposta. Dawn ikunu immonitorjati bl-internet mill-kumpanija sabiex l-ikel jasal fis-sala fit-temperatura adegwata. Anke l-van li jintuża fit-tqassim għandu temperatura kontrollata. Uffiċjali minn San Vinċenz de Paule jagħmlu spezzjonijiet fis-swali sabiex tiġi ċċekjata il-kwalita` tal-ikel illi jkun qiegħed jitqassam. Teżisti kommunikazzjoni kontinwa bejn it-taqsima tal-ikel ġewwa r-Residenza u l-kuntrattur, sabiex l-ikel lir-residenti dejjem ikun wieħed ta’ kwalita`. Ġiet introdotta sistema kompjuterizzata bil-għan illi l-għażla tal-ikel tar-residenti tiġi rispettata, kif ukoll sabiex l-ordinijiet jiġu proċessati b’sistema aktar effiċjenti.