Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — segretarji eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il kunsill lokali jew reġjun kienu qegħdin joperaw b'segretarju eżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ta' kunsill lokali ieħor sal-aħħar ta' Diċermbru 2018? F'kull każ, liema huma l-kunsilli/reġjuni involuti? Fejn hemm segretarju eżekuttiv li kien qed jaqdi dan l-irwol f'liema kunsilli jew reġjuni f'kull każ kien qed jaqdi dan id-dmir?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 kien hawn 2 Reġjuni u 8 Kunsilli Lokali li kienu qed joperaw b'segretarjueżekuttiv li qed jaqdi dan l-irwol f'kunsill jew reġjun ieħor. Hawn taht hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Entità Status Fejn qed iservu wkoll Reġjun Xlokk Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Tarxien Reġjun Nofsinhar Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Birżebbuga Ħaż-Żabbar Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-Fontana Deputat Segretarju Eżekuttiv Kunsill Lokali Xagħra(impjeġata) Il-Gudja Aġent Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali x-Xgħajra Il-Ħamrun Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Qormi Ħal Lija Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Ħal Balzan L-Imqabba Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali r-Rabat (M) Santa Venera Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kumitat AmministrattivSwatar (Part-Time) Ta' Xbiex Deputat Segretarju Eżekuttiv Segretarju Eżekuttiv mall-Kunsill Lokali Tas-Sliema

Sptar Mater Dei — Embrijuni frizati

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru jgħid attwalment kemm hawn embrijuni ffriżati bħalissa fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 11 il-koppja li għandha l-embrijuni friżati fl-Isptar Mater Dei. Fil-każijiet kollha l-intenzjoni hi li l-embrijuni jintużaw fiċ-ċikli li jmiss.
Leg 13 PQ #8482 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: ROSIANNE CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħal Qormi — Wied il-Kbir - proġett

Question

Peress li l-ispazji miftuħa f’pajjiżna huma limitati, jista’ l-Ministru jesplora l-possibilità li f’Wied il-Kbir f’Ħal Qormi jsir proġett kapitali li jinkludi t-tindif estensiv tal-Wied, il-ħolqien ta’ picnic area, passaġġi u pontijiet aċċessibbli għan-nies, kif ukoll faċilitajiet għad-dilettanti tal-isports tar-rock climbing biex b’hekk ikollna attrazzjoni ġdida f’pajjiżna kif ukoll post ta’ rikreazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Projects Malta Limited dejjem lesta li tilqa’ ideat dwar proġetti ġodda. Dawn l-ideat imbagħad jiġu kkunsidrati, analiżżati u evalwati sabiex ikun stabbilit jekk ikunux vijabbli jew le biex jitwettqu.
Leg 13 PQ #8483 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Pariri Legali fuq trasferiment ta’ art pubblika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir legali li l-Gvern ingħata mingħand ditta legali barranija dwar it-trasferiment ta’ art pubblika lill-grupp ta’ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Leg 13 PQ #8484 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Interess f’xi negozji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hu u/jew xi familjari tiegħu għandux interess dirett jew indirett f’xi negozju ta’ jew assoċjat mal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Le.
Leg 13 PQ #8485 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Memorandum of Understanding bejn il-Gvern u kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding li ġie miftiehem bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fit-Tnax-il Leġiżlatura (2013 – 2017) peress li dan kien sar minn Ministru ieħor imma ma kienx ġie mressaq il-Parlament?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess dwar ir-riġenerazzjoni tal-peninsula tal-Bajja ta’ San Ġorġ għadu mhux konkluż. Id-dokumentazzjoni relevanti tiġi ppublikata aktar tard.

Transport Malta — ordnijiet maħruġa skont Kap. 81

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 8302 u t-tweġiba li ngħatat, jista’ l-Ministru jikkonferma li kull ordni li Transport Malta toħroġ skont l-artikolu 4 tal-Kap. 81 (Att dwar ir-Regolamenti ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi) qabel ma jiġu mqiegħda xi cables eċċ. li jkunu ser jgħaddu minn proprjetà privata, qed tiġi notifikata lil sid l-art inkwistjoni mill-inqas għaxart ijiem qabel kif titlob il-liġi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li fil-każ li Transport Malta toħroġ ordni taħt Cap 81, dan isir fir-rispett tal-kapitlu u l-artikli kollha jiġu segwiti.

Ordnijiet maħruġa skont Kap. 81

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ordnijiet s’issa mill-2017 taħt l-artikolu 4 tal-Kap. 81 (Att dwar ir-Regolamenti ta’ Ċerti Xogħlijiet f’Utilitajiet u Servizzi), fil-konfront ta’ sidien ta’ art privata peress li ma ġiet mogħtija l-ebda figura kif mitlub fil-mistoqsija 8302?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2017 sal-lum ma nħarġet l-ebda ordni minħabba li Transport Malta ma jirriżulta li kellha ebda talba li kienet tirrikjedi ordni fis-sens ta’ dan il-kapitlu inkluż fuq art privata.

Awtorità tal-Artijiet – Fortizza ta’ Bengħajsa — konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx konċessjonijiet jew xi titolu favur terzi in rigward il-Fortizza ta’ Bengħajsa fil-limiti ta’ Birżebbuġa jew jekk din il-fortizza hiex fil-pussess tal-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Birżebbuġa – Triq Mons Spiru Penza — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani biex il-parti ta’ Triq Mons Spiru Penza li tagħqad ma’ Triq it-22 ta’ Frar f’Birżebbuġa hux se tkun qed tingħata asfalt?

Response (BORG, IAN)

Il-proġetti u l-ħidmiet tal-aġenzija ġdida Infrastructure Malta, bħala parti mill-investiment bla preċedent tal-Gvern sabiex intejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna, qed jiġu ppjanati b’mod gradwali sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Fil-fatt, f’Jannar 2019, din l-aġenzija bdiet tibni mill-ġdid 31 minn fost l-ewwel 120 mill-lista tat-toroq li ser tkun qed tibni mill-ġdid is-sena d-dieħla. It-toroq li bdew jinbnew mill-ġdid fil-ġimgħat li għaddew jinkludu Triq il-Ġdida fi Triq l-Għarnuq, il-Fgura, Triq Valletta, Triq Santa Marija u Triq il-Gudja, Ħal Għaxaq, Triq Vincenzo Dimech, fil-Furjna, Triq Ħadd in-Nies, Ħaż-Żabbar, Triq Taltas u Triq Toni Zahra fiż-Żejtun, Triq Ġorg Borg Olivier u Triq Ħal Tartarni fir-Rabat, Triq Alessandra, Bormla, Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa u Triq San Dwardu, fil-Birgu, Triq Mike Pulis, Birkirkara, Triq it-Turisti u Triq il-Luzzu f’San Pawl il-Baħar, Vjal Sir Temi Zammit f’Ta’ Xbiex, Triq Luqa Briffa, il-Gżira, Triq Dawret il-Wied, il-Mosta, Triq Wied Għomor f’San Ġiljan, Triq Filippu Castagna fil-Gudja, Triq Santa Marija, Ħal Tarxien, Triq il-Qaliet, Marsascala, Triq ir-Rinella fil-Kalkara, Triq il-Qalb ta’ Ġesu, Triq il-Ġdida u Triq Tax-Xewk f’Raħal Ġdid, Triq it-Tempesta, il-Qrendi, Triq il-Ġdida fi Triq Innoċenzju, l-Imqabba u Triq is-Sarġ l-Imsida. Ix-xogħol meħtieġ għall-bini mill-ġdid ta’ aktar toroq qed jiġi ppjanat bħalissa u ser jitħabbar fiż.żmien li ġej. L-aġenzija ser tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.

Libreriji Pubbliċi – self ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età? Jista’ jgħid kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u kemm e-books, maqsuma skont l-età? X’inizjattivi qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub fl-ewwel, it-tieni u t-tielet parti tal-mistoqsija huwa kif ġej: Kemm huma l-persuni reġistrati biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi maqsuma skont l-età Kategorija Numru ta’ persuni Żgħar (0-12) 50,219 Intermedji (13-17) 16,225 Adulti (18+) 72,210 Total 138,654 Kemm persuni ssellfu kotba fl-aħħar ħames snin, maqsuma skont l-età Kategorija 2015 - 2018 Żgħar (0-12) 19,810 Intermedji (13-17) 5,303 Adulti (18+) 27,618 Total 52,731 Is-sistema preżenti ta’ Malta Libraries bdiet fis-seħħ fl-aħħar tal-2014 u allura l-informazzjoni pprovduta hija għall-aħħar erba’ snin. Kemm qed jissellfu kotba fil-format stampat u kemm e-books, maqsuma skont l-età In-numru ta’ kotba fil-format stampat mislufa fl-2018 jammonta għal 1,011,657. Kategorija Numru ta’ kotba mislufa Żgħar (0-12) 643,708 Intermedji (13-17) 27,283 Adulti (18+) 340,666 Total 1,011,657 In-numru ta’ talking books mislufa fl-2018 jammonta għal 2,489 filwaqt li n-numru ta’ ebooks mislufa fl-2018 jammonta għal 8,200. Dawn il-kategoriji mhux possibbli jinqasmu skont l-età. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, l-inizjattivi li qed jittieħdu biex jiġu attirati aktar persuni biex jissellfu kotba mil-libreriji pubbliċi huma kif se nsemmi: · Kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litterizmu sabiex isiru sezzjonijiet ta’ qari għat-tfal ta’ etajiet varji. · Qed inkomplu ninvestu wkoll f’kollezzjoni ta’ comics u novelli grafiċi, kif ukoll kotba dyslexic friendly. · Sar ftehim mad-Dipartiment tal-Gvern Lokali biex isir rinovar f’kull librerija permezz ta’ skema li ħarġu. Ġibna wkoll prezz speċjali mingħand l-Awtorità Maltija tal-Kommunikazzjoni biex f’kull librerija jkun hemm WIFI b’xejn. · Żidna l-ammont ta’ kotba li jistgħu jissellfu t-tfal minn sitta għal tmienja. · Provdejna sapport kontinwu lil librara biex ikunu jistgħu jagħtu servizz aħjar lil komunità. · Qed isir iktar investiment f’attivitajiet varji fil-libreriji li jinkludu letteratura klassika Griega, drama, mużika, coding u arti fost oħrajn.

Strep Pneumonia Meningitis

Question

B’referenza għat-tilqima ta’ Strep Pneumonia Meningitis jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu l-ħsieb tal-Ministeru biex jintroduċi t-tilqima b’xejn lil kull tifel u tifla biex b’hekk jitnaqqas r-riskju tal-mard?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħala parti mill-programm tal-Gvern biex isaħħaħ il-prevenzjoni kontra l-mard infettiv, bdew proċeduri biex tinxtara l-vaċċin Pneumoccal Conjugated vaccine għat-tfal. Din ser tkun qed tingħata aktar tard din is-sena.

Kumpaniji privati – importazzjoni ta’ petrol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji privati li qegħdin jimpurtaw il-petrol għas-suq lokali, u mhux għall-bunkering? X’faċilitajiet għall-ħażna tal-petrol jeżistu hawn Malta għall-kumpaniji privati għas-suq lokali? Fejn qegħdin dawn il-faċilitajiet u x’jistgħu jew x’għandhom jagħmlu dawn il-kumpaniji lokali biex jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet? F’liema stadju wasalna rigward id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea għall-Enerġija Rinovabbli fejn jidħol il-petrol hawn Malta? Il-Gvern biħsiebu jonora l-obbligazzjonijiet li ntrabat bihom fl-24 ta’ Mejju 2011, Tabella 12, fil-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Rinovabbli? X’qed jistenna l-Gvern biex jintroduci jew iħalli kumpaniji privati jintroduċu fis-suq lokali l-petrol imħallat ma’ 10 fil-mija ta’ ethanol – E10, biex jonqsu l-emissjonijiet minn fuq il-230,355 vettura li jużaw il-petrol?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Leg 13 PQ #8494 Sitting 189 2019-01-29 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU — nefqa

Question

B’referenza għall-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), jista’ l-Ministru jispjega kif intefqet in-nefqa tas-sena 2018 meta din żdiedet drastikament? B’kemm żdied il-human resource professjonali fl-FIAU din is-sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Venice Commission dwar Malta — miżuri

Question

B’referenza għar-rapport tal-Venice Commission dwar Malta u peress li din il-kummissjoni tirreferi għal numru ta’ miżuri imma ma ssemmiex oħrajn u persważ li l-Ministru jaf liema huma, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn humiex se jiġu kkunsidrati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-firxa ta’ tibdil Kostituzzjonali li jiġi mplimentat bħala rizultat kemm tal-parir tal-Venice Commission kif ukoll ta’ suġġerimenti oħra li jistgħu isiru fil-kuntest tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali, kif huwa ben konsapevoli l-Onor. Membru, tiddependi mil-livell ta’ kunsens li jintlaħaq dwar it-tibdil.

Valletta — Skola tal-Arti - lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi stallat lift fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada se tkun qed twettaq proġett ta' restawr u tisbiħ fl-Iskola tal-Arti fil-Belt Valletta. Dan il-proġett jinkludi wkoll installazzjoni ta' lift. Bħalissa l-Fondazzjoni qiegħda tħejji t-tender għax-xogħlijiet ta' restawr u ta' finishing f'din l-iskola.

Lista’ ta’ stennija għal kull speċjalità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7944, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti lista ta’ stennija għal kull speċjalità li għandha chairperson fid-dixxiplina speċjalizzata fl-Isptar Mater Dei għall-outpatients u għal kull tip ta’ operazzjonijiet hekk kif tidher nhar l-1 ta’ Jannar 2019?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.

Uffiċjali tal-Komunità — impjegati li telqu jew spiċċaw mix-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2017 u matul is-sena 2018 kif ukoll din is-sena s'issa kemm kien in-numru ta' uffiċjali tal-komunità (qabel gwardjani lokali) li telqu mix-xogħol tagħhom? Kemm minnhom għax spiċċaw bl-età u kemm minnhom għax irreżenjaw?

Response (BONNICI, OWEN)

Fil-perjodu minn bejn Mejju sa Diċembru 2018 irriżenjaw 11-il uffiċjal tal-komunità filwaqt li l-ebda uffiċjal ma’ rtira bl-età. Ma nistax inwieġeb għal qabel Mejju 2018 stante li dawn il-ħaddiema kienu ingaġġati mas-settur privat. Kien wara Mejju 2018 li sar it- tranfer of business. Irrid ngħid li preżentament wasal prattikament fi tmiemu proċess ta' ingaġġar ta' uffiċjali ġodda.

Uffiċjali tal-Komunità — collective agreement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċjali tal-komunità għandhomx collective agreement in vigore? Jekk iva, meta sar u meta jiskadi? Jekk le meta skada l-aħħar collective agreement u fiex wasal il-proċess għal collective agreement ġdid? Jista' jgħid x'benefiċċji bħal allowances, eċċ. li dawn il-persuni kienu jieħdu meta kienu gwardjani lokali u issa ma għadhomx jieħdu meta saru Uffiċjali tal-Komunità u r-raġuni għaliex ma baqghux jeħduhom?

Response (BONNICI, OWEN)

It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Kunsill Lokali Belt Valletta – allokazzjoni finanzjarja

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mis-sena 2007 sas-sena 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Hawn taħt hawn tabella bl-informazzjoni mitluba. Sena 2006/2007 (April – March) 2007/2008 (April – March) 2008/2009 (April – March) 2009 (April – Dec) 2010 (Jan-Dec) 2011 (Jan-Dec) 2012 (Jan-Dec) 2013 (Jan-Dec) 2014 (Jan-Dec) 2015 (Jan-Dec) 2016 (Jan-Dec) 2017 (Jan-Dec) Allokazzjoni (€) 502,987 508,801 507,263 445,673 649,392 664,863 689,226 678,395 677,496 700,223 721,379 822,931 Nota: Sal-2018, l-allokazzjoni kienet tingħata fuq sena finanzjarja mill-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu. Fl-2009, permezz tar-riforma, is-sena finanzjarja tal-Kunsilli nbidlet għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru. Għalhekk fl-2009 ngħatat allokazzjoni mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009 sabiex ikun hemm din it-transizzjoni biex imbagħad mill-2010 l-allokazzjoni bdiet tingħata skont is-sena finanzjarja l-ġdida.