Jista’ l-Ministru jispjega xi tfisser iż-żieda fl-allokazzjoni diretta lill-Kunsilli Lokali ta’ €1.5 miljun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda li ngħatat lill-Kunsilli Lokali ta’ €1.5 miljun se tiġi mqassma skont il-formula li tirri¿ulta mill-Liġi maqsuma f’erba’ kategoriji ewlenin:
1. Tisbiħ u manutenzjoni tal-parki u ġonna;
2. Manutenzjoni tat-toroq u infrastruttura;
3. Immaniġġjar tal-Iskart; u
4. Amministrazzjoni
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — avukati u ditti legali – ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni kollha li għandu disponibbli, fuq kemm tħallsu (fejn għandha tiġi indikata r-rata li jitħallsu fis-siegħa fejn din hija miftehma u applikabbli) l-avukati li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, fil-kapaċità individwali tagħhom u / jew id-ditti legali rispettiva tagħhom, kull sena bejn is-sena 2004 u s-sena 2013?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Residenza San Vinċenz de Paul – kumpanija – xogħol ta’ tindif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif u fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tagħmel xogħol ta’ tindif fir-Residenza San Vinċenz de Paul, jgħid jekk intgħażlitx wara sejħa għall-offerti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, r-Residenza San Vinċenz de Paul, kienet ħarġet sejħa għall-offerti fis-sena 2015, fejn irċeviet 3 kwotazzjonjiet minn 3 kumpaniji differenti. X-Clean kienet il-kumpanija bl-iżjed offerta finanzjarjament vantaġġjuża, f’dik is-sejħa.
Dan il-kuntratt huwa ta’ natura kummerċjali u sensittiva.
Residenza San Vinċenz de Paul – direct order lill-kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ngħatat direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fuq xogħlijiet konnessi mar-Residenza San Vinċenz de Paul, ipoġġi lista ta’ dati meta ngħataw dawn id-direct orders u jgħid għal liema perjodu u n-natura tax-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, dawn ix-xogħlijiet ingħataw b’Negotiated Procedure u mhux b’Direct Order.
Residenza San Vinċenz de Paul – kumpanija tat-tindif — ħlasijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallset xahar b’xahar il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mir-Residenza San Vinċenz de Paul mill-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – kumpaniji tat-tindif — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xogħlijiet li ngħataw lill-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu minn Marza 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li tinkludi n-natura tax-xogħlijiet, liema entità tat ix-xogħol, b’liema mod (sejħa għall-offerti, quotations, direct orders) u l-ħlasijiet li ngħataw s’issa għal kull xogħol u servizz li ngħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda xogħlijiet mill-kumpanija Crystal Clean Limited minn Marzu 2013 s’issa. Fir-rigward tal-kumpanija X-Clean nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ Mistoqsija Parlamentari numru 7765.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u Wasteserve – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jagħti dettaljatament x’kienu u lil min, meta u kemm swew id-direct orders li l-Wasteserve u l-Ministeru tiegħu (separatament) taw mill-1 ta’ Ottubru 2018 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm ġew imposti penali fuq il-kuntrattur magħżul fl-2018 biex iqassam bieb bieb il-container bins, inkluż l-istackable bins, tas-Sort it Out peress li ma onorax l-obbligi tiegħu skont il-kuntratt li hu ffirma?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ tat-tqassim tal-kontenituri tal-iskart organiku, bħalissa qed isiru l-verifiki meħtieġa u wara għandu jiġi deċiż x’passi għandhom jittieħdu jekk dejjem ikun hemm għalfejn.
It-tqassim tal-i
stackable
bins
għar-riċiklaġġ qed isir taħt kuntratt ieħor minn kuntrattur differenti li għandu sa nofs Frar tal-2019 biex iqassam dawn il-kontenituri.
Il-Mosta — Żona ta' Żokrija - Triq il-Biedja u Triq Mons. Edgar Salamone - bini ta' ħitan
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8016, jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-awtorità kompetenti għall-bini ta’ ħitan fi Triq il-Biedja u fit-Triq Mons. Edgar Salamone, hija l-kunsill lokali tal-lokal, meta dawn il-ħitan kellhom jinbnew meta nfetħu t-toroq rispettivi u meta fil-fatt kien qed jinbena l-qasam tal-bini li hemm fiż-Żokrija?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li tikkonferma li r-responsabilità tal-manutenzjoni tat-triq imsemmija hija tal-kunsill lokali konċernat, Infrastructure Malta qed tiddiskuti u tevalwa l-ħtiġijiet ta’ din it-triq mal-entitajiet konċernati, sabiex tassisti fit-tiswijiet tal-ħitan indikati fiż-żmien li ġej.
Ministeru għat-Turiżmu — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7528 waqt is-seduta ta' nhar is-27 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7531 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandi xejn iżjed x’inżid mat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 7531.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7533 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7534 waqt is-seduta ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Tista' tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx aktar x’inżid mar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7534.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali -nefqa fuq reklamar fuq Facebook
Question
B'referenza għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 2419 u 7535 waqt is-seduti ta' nhar is-6 ta' Ġunju 2018 u ta' nhar it-28 ta' Novembru 2018 rispettivament, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija reklami li saru fuq is-sit soċjali Facebook?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellant li, m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġibiet illi ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 2419 u 7535.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – reklamar fuq sit soċjali Facebook
Question
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'reklamar fuq is-sit soċjali Facebook? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-imsemmija reklami?
Response (BONNICI, OWEN)
Għall-informazzjoni bejn Ġunju 2017 u Frar 2018 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 5329. Għall-informazzjoni bejn Marzu 2018 sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 qed inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra.
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — servizz ta' home help u telecare
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ anzjani fil-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar (lokalità b’lokalità) li qed jistennew li jingħataw is-servizzi tal-Home Help u Telecare (b’mod separat)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, n-numru ta’ anzjani li qed jistennew is-servizz tal-Home Help fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar (inklużi wkoll il-Qawra u Buġibba) u n-Naxxar huwa kif ġej :
Mellieħa 15-il anzjan/a
San Pawl il-Baħar 9 anzjani
Qawra 8 anzjani
Buġibba 2 anzjani
Naxxar 6 anzjani
In-numru ta’ anzjani li qed jistennew l-installazzjoni tas-servizz tat-Telecare Plus fil-lokalitajiet imsemmija huwa kif ġej :
Mellieħa 4 anzjani
San Pawl il-Baħar 2 anzjani
Naxxar Xejn
Il-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar — applikazzjonijiet pendenti għal spiżeriji
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet (u jekk hemm kemm hu l-ammont lokalità b’lokalità) pendenti sabiex jinfetħu aktar spiżerija fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, San Pawl il-Baħar u n-Naxxar u jekk kienx hemm applikazzjonijiet li ġew rifjutati fl-aħħar 10 snin fl-istess lokalitajiet (b’mod separat, lokalità b’lokalità)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’San Pawl il-Baħar hemm 33 applikazzjoni pendenti għal spiżeriji, fil-Mellieħa 10 u fin-Naxxar 13.
Ċimiterju tal-Mosta — applikazzjoni għal permess ta' rampa
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, fir-rigward tal-applikazzjoni għall-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar jekk sarx ix-xogħol ta’ alterazzjoni fir-rampa li hemm fin-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta? Jekk le, meta ser isir ix-xogħol li huwa tant meħtieġ sabiex in-naħa t’isfel taċ-Ċimiterju tal-Mosta jkun ukoll aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-kwisjoni qegħda tiġi diskussa mad-Dipartment tal-Artijiet kif ukoll mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, sabiex jiġu regolarizzati proċeduri li kienu saru xi 20 sena ilu.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-2013 s’issa fit-rigward ta’ liema entitajiet pubbliċi saret kontestazzjoni a bażi tal-kostituzzjoni għar-rigward tal-poter mogħti bil-liġi li tiġi imposta penali amministrattiva? F’kull każ fil-proċeduri quddiem il-Qrati kostituzzjonali x’kien l-eżitu?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, li hija disponibli online ukoll.
Entitajiet Pubbliċi — poter li jimponu penalitajiet amministrattivi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jelenka dawn l-entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi (‘administrative fines’), kemm f’kull każ hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta wkoll fir-rigward fejn hemm ta’ penali li tista’ tiġi imposta għal kull jum ta’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u li skont il-liġi għandhom il-poter li jimponu penalitajiet amministrativi huma l-Malta Gaming Authority, il-Malta Digital Innovation Authority, il-Malta Communications Authority, il-Malta Financial Services Authority u l-Malta Residency and Visa Agency.
Id-dettalji ta’ dawn il-penali jinsabu kif indikat:
Malta Gaming Authority – Taqsima XVI tal-ATT Nru XVI tal-2018
Malta Digital Innovation Authority – Taqsima XVIII u Taqsima IX tal-ATT Nru XXXI tal-2018
Malta Communications Authority – Artikolu 33 tal-Kap. 418 tal-ATT VII tal-2004 u sussegwentement mibdul tramite s-segwenti liġijiet: l-ATT XIII tal-2005, l-ATT XXX tal-2007, l-ATT IX tal-2011 u l-ATT VIII tal-2014.
Malta Financial Services Authority – ATT XVI tal-2011, ATT XX tal-2013, Avviz Legali 239 tal-2018
Registrar of Companies – Skeda 11 tal-Att dwar il-Kumpaniji