Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #23240 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Kuntratt lill-MPT — buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-Port tal-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi proċedura ntużat sabiex jingħata kuntratt lill-Malta Public Transport Ltd sabiex topera l-buses elettriċi bejn il-Gozo Heliport u l-port tal-Imġarr, għalkemm hu dan il-kuntratt, kemm ser jintużaw buses f'dan is-servizz u kemm jiswa dan il-kuntratt ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li f’servizz ta’ forniment ta’ trasport, lejn u minn punti fissi, f’intervalli skedati u bl-ebda rekwiżiti għall-ibbukkjar minn qabel jikkwalifika s-servizz bħala servizz skedat. Malta Public Transport permezz ta’ ftehim ta’ konċessjoni ffirmat ma’ Transport Malta fil-forniment ta’ servizzi tat-trasport pubbliku skedati f’Malta u Għawdex għandha esklussività biex topera dan is-servizz fuq il-gżejjer. Dan is-servizz ta’ Park and Ride se jkun qed jopera miż-żona tal-Heliport tax-Xewkija għall-Imġarr mill-5am sad-9pm. Mill-5am sat-8am u mit-3pm sas-6pm is-servizz se jkun kull 10 minuti filwaqt li fil-bqija tal-ħinijiet kull 30 minuta. L-arranġament stmat li ser jiġi jiswa € 278,262.24 VAT eskluż fis-sena.
Leg 13 PQ #23241 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ta' Xħajma — Park and Ride - spiża

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol fuq il-Park and Ride f'Tax-Xħajma, meta ser jitlesta u kemm hi l-ispiża prevista ta' dan il-proġett ?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-Park and Ride se jibda s-sena dieħla.

Malta Gaming Authority — lista ta' direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li tat il-Malta Gaming Authority minn Marzu 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien l-ammont, lil min, id-data u l-iskop tas-servizz jew prodott?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22646 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Awards – nefqa

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività tal-Gozo Sports Awards u li saret ġewwa l-Foss tac-Ċittadella, f'Għawdex nhar il-Ġimgħa 10 ta' Settembru 2021? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont totali tal-ispiża hija ta’ €34,830.78 li tinkludi il-catering, set-up, dawl, insurance, wirjiet taż-żfin u mużika, sound u viżwal u stampar.
Leg 13 PQ #22647 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Baġit 2022- Marsalforn – proġett tal-Breakwater — Vot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2022 u kemm hemm flus ivvutati fil-Budget 2022 għall-proġett ferm importanti tal-Break Water ta' Marsalforn? Jista’ jgħid kemm kien il-Vot fil-Budget għal dan il-proġett għas-sena 2021 u kemm intużaw minnhom għal dan il-proġett u għalxiex intużaw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus ivvutati għal dan il-proġett għas-sena 2022 jaqgħu taħt il-vot ta’ EkoGħawdex. Il-vot għal dan il-proġett għas-sena 2021 kien ukoll parti mill-vot ta’ EkoGħawdex u għaldaqstant nirreferi lill-Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 18098.
Leg 13 PQ #22648 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ overtime lill-ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu f'overtime l-ħaddiema fil-Ministeru għal Għawdex fis-snin 2014, 2015, 2016, 2017, 2018 u 2019, xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex -moniteraġġ tal-arja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx postijiet f'Għawdex fejn qed isir moniteraġġ tal-arja? Jekk iva jista' jagħti r-riżultati? Jista' jgħid jekk fl-aħħar 3 snin sarux testijiet fuq l-arja tal-Port tal-Imġarr f'Għawdex u jekk iva jista' jagħti r-riżultati li kien hemm ta' dawn it-testijiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’Għawdex isir monitoraġġ kontinwu tad-diossidu tan-nitroġenu (nitrogen dioxide) u l-ben¿in (benzene) fi tnax il-lokalità permezz ta’ passive diffusion tubes. Qiegħed nipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-kwalità tal-arja f’dawn il-lokalitajiet fl-2019, 2020 u parti minn 2021. Apparti l-monitoraġġ permezz tal-passive diffusion tubes f’dawn il-lokalitajiet, isir ukoll monitoraġġ kontinwu fl-Għarb permezz t’air monitoring station li tintu¿a bħala baseline għal monitoring stations f’Malta. L-eqreb punt ta’ monitoraġġ għall-Port tal-Imġarr f'Għawdex huwa Triq l-Imġarr f’Għajnsielem. Ir-riżultati jinsabu fl-istess dokumenti li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 13 PQ #22650 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ta’ Sannat Għawdex – Bini ta’ Sensory Hydro-Therapy Pool

Question

B'referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-10 ta' Awwissu 2021 rigward il-proġett ta' bini ta’ Sensory-Hydro-Therapy Pool f’Ta’ Sannat Għawdex, tista’ l-Ministru taġġorna l-Kamra dwar dan il-proġett? Tista’ tpoġġi l-pjanti, in-numru tal-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u tgħid meta huwa ppjanat li jinħareġ il-permess? Tista’ tagħti timeframes ta' meta huma ppjanati li jinħarġu t-tenders u jinbeda x-xogħol infrastrutturali?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-proġett tinsab quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.
Leg 13 PQ #22651 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Ta’ Xħajma – Multi Modal Hub

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet ta' skavar fejn hemm ippjanat li jsir il-Multi Modal Hub f’Ta’ Xħajma fin-Nadur Għawdex? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu sa issa u kemm hu previst li jiġu jiswew kif ukoll jgħid x' tip ta' xogħlijiet għad fadal li jsiru fuq dan il-proġett u kemm ser jiswew globalment dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #22720 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel f’Għawdex – infermiera

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Għawdex li għandhom infermiera biex jassistu lit-tfal?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskejjel kollha ġewwa Għawdex, bħal dawk ta' Malta, għandhom is-servizz ta’ infermiera li ta’ kuljum iżur l-iskejjel fejn is-servizz tagħhom ikun meħtieġ. Barra minn hekk, hemm ukoll is-servizz ta’ infermiera residenti fis-Sannat Unit. Dawn huma servizz fiss u permanenti u allura huwa attiv minn meta tibda s-sena skolastika u jitkompla anke waqt Skolasajf.

In-Naxxar – Triq John Ayde – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq Triq John Ayde li twassal minn Naxxar sal-Għargħur li tintuża minn ħafna persuni li jimxu, jew jiġru f’din iż-żona, kif ukoll ħafna karozzi u li fiha tilfet ħajjitha mara fit-13 ta’ Marzu 2020, liema traġedja setgħet tiġi evitata li kieku kien hemm crash barriers adegwati jew ħajt mibni sew?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li bniet mill-ġdid it-triq indikata ta’ madwar 1.2 kilometri li kienet fi stat ħażin ħafna, bix-xogħlijiet fiha kienu jinkludu tqegħid ta’ servizzi ġodda taħt l-art għall-provvista tal-ilma, tisħiħ tal-pedamenti u wiċċ ġdid bl-asfalt, Infrastructure Malta installat ukoll barrikati tal-azzar miksijin bl-injam biex iżżid is-sigurezza f’din it-triq u anke tħares l-estetika tal-inħawi.

Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Luzjata – crash barriers

Question

Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-crash barriers imsemmija huma barriers standard li twaħħlu wara talba mill-Kunsill Lokali ta’ Kercem w evalwazzjoni tal-bżonn min Transport Malta.

Ix-Xemxija – Triq il-Mistra — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq il-wiċċ ta’ Triq il-Mistra fix-Xemxija, liema triq hija ta’ periklu serju u kontinwu u li qed twassal għal diversi inċidenti għall-periklu tas-sewwieqa u r-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’din ir-rotta ewlenija bejn ix-Xemxija u l-Mellieħa, li fiż-żmien li ġej irid isir xogħol fiha minn entitajiet separati, Infrastructure Malta diġà għamlet diversi xogħlijiet inkluż fit-Telgħa tax-Xemxija u fit-Telgħa ta’ Selmun li jagħmlu parti mill-istess rotta. Kif diġà spjegajt f’diversi okkażjonijiet preċedenti, parti minnha diġà nbniet mill-ġdid u biex tkun tista’ ssir il-parti l-oħra, l-ewwel iridu jitlestew ix-xogħlijiet ta’ titjib fis-sistemi tal-ilma u tad-drenaġġ taħt l-art li hemm ippjanati li jsiru mill-entitajiet konċernati. Sadattant, aktar tiswijiet temporanji ta’ din ir-rotta se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin sakemm tkun tista’ tinbena mill-ġdid b’mod sħiħ fiż-żmien opportun.
Leg 13 PQ #22724 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għal Għawdex

Ir-Rabat Għawdex – Triq Wied il-Lunzjata – crash barriers

Question

Wara li saru crash barriers fi Triq Wied il-Lunzjata fir-Rabat Għawdex, liema crash barriers saru b’tali mod li jostakolaw il-passaġġ tal-ilma meta tagħmel ix-xita, b’konsegwenza li l-livell tal-ilma tant għola li spiċċa ġarr xi vetturi fl-inħawi, jista’ l-Ministru jgħid x’se jsir biex tissolva din il-problema?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-crash barriers saru wara talba li saret mill-Kunsill Lokali Ta’ Kerċem. Dawn il-crash barriers saru skont ir-rakommandazzjoni ta’ Transport Malta.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi tal-Persons of Trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tiegħu ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #22754 Sitting 519 2021-11-15 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Ministeru għall-Edukazzjoni — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tagħha ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tagħha?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tagħha ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tagħha ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.