Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet – talba għal rikonoxximent ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba għal rikonoxximent ta' proprjetà daħlet quddiem l-Awtorità tal-Artijiet, sa minn mindu twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, u jagħti għal kull talba x-xahar li fih ġiet sottomessa? Jista’ jgħid ukoll għal kull każ jekk it-talba ġietx milqugħa, rifjutata u/jew għadha qed tinħadem?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erbgha domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Awtorità tal-Artijiet – applikazzjoni għal skema ta’ qbiela

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni taħt l-iskema tal-qbiela għad hemm pendenti quddiem l-Awtorità tal-Artijiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Awtorità tal-Artijiet – postijiet vakanti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha postijiet vakanti l-Awtorità tal-Artijiet, maqsuma skont kull lokalità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Awtorità tal-Artijiet – rapporti ta’ illegalità fuq tables and chairs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' illegalità rċeviet l-Awtorità tal-Artijiet fuq tables and chairs mill-ġurnata li twaqqfet l-Awtorità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn l-erba' domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Awtorità tal-Artijiet – lista ta’ periti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-periti li tqabbdu sabiex jagħmlu valutazzjonijiet għal kull transazzjoni li mistennija tidħol jew li daħlet għaliha l-Awtorità tal-Artijiet minn mindu twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jsemmi liema kienu dawn il-proprjetajiet u d-data li fiha ġew inkarigati bix-xogħol il-periti rispettivi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dawn l-erbgha domandi mressqa jitlobu ammont qawwi ta’ riżorsi umani u ħin, u għalhekk huma meqjusa bħala umanament impossibbli. Ikun aktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utilizzati għal dan il-għan, minflok jiġu utilizzati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv.

Ministeru għas-Saħħa — Ħaddiema - Xogħol

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5332, 2190 u 273 u jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hemm 594 ħaddiema li huma mpjegati tal-Gvern u li pre¿entament għandhom kuntratt definit. Il-maġġoranza huma Foundation Doctors u Basic Specialist Trainees. Dawn l-impjegati għandhom kuntratt definit hekk kif hu ddeterminat mill-Ftehim Settorali tal-Klassi Medika. Aktar minn hekk, nsibu wkoll infermiera barranin li huma mpjegati fuq kuntratt definit li fil-perjodu ta’ prova jkunu obbligati li jgħaddu b’suċċess mill-e¿ami tal-lingwa Maltija. Għandna wkoll ħaddiema li jkunu rtiraw u reġaw ġew ingaġġati mas-Servizz Pubbliku li għandhom il-kuntratt tagħhom definit minħabba li kull sena l-kuntratt tagħhom ikun rivedut minħabba s-saħħa u sigurta’ tal-pazjenti. Il-figura msemmija aktar ‘il fuq ma tinkludix ħaddiema li jaħdmu ma’ kumpaniji li jagħtu servizz lill-entitajiet imsemmija.
Leg 13 PQ #8042 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5450 u 2300 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt : 2013 2014 2015 2016 2017 2018 MCA / / € 922.88 € 14,295 € 10,630.10 / MITA € 5,643.76 € 737.50 € 43,084.39 € 9,486.66 € 70,489.76 €9.375.00 MFSA € 11,516.80 € 11,103.80 € 14,714.60 €9.440.00 / € 5,000.00 MCST € 100 € 17,110.06 € 9,080.04 € 25,800 € 22,800 € 28,471.56 ID MALTA / / € 10,550.00 € 8,500.00 / € 19,261.68 One Stop / / € 21,352 € 12,193 / /

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5570 u 2314 u jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul il-perjodu msemmi kien hemm din in-nefqa ; Fl-2015 - €6,211.69 Fl-2016 - €5,301.40 Fl-2017 - €2,035 Fl-2018 - €99,669 Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din in-nefqa saret, sabiex setgħu jsiru diversi kampanji bi skop soċjali fosthom dwar, l-vjolenza domestika, l-kampanja edukattiva Onfoq bil-Għaqal, dwar il-Fostering, kampanja edukattiva dwar il-vizzju tax-xorb alkoħoliku, l-kampanja Nikru biex Nassistu u l-kampanja Soċjeta` Ġusta.
Leg 13 PQ #8089 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ħlas lill-credit rating agencies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid Malta kemm ħallset lill-Credit Rating Agencies mill-2013, sena b’sena sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Malta dejjem ħallset lill-Credit Rating Agencies mis-sena elfejn 'l hawn. L-informazzjoni tal-ħlas li tħallas mill-2013, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara Dokument PL 2851 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 191 tal-Ħamis, 31 ta' Jannar 2019.)

Tqassim ta’ organic bags lill-Kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jitqassmu iktar organic bags lill-Kunsilli Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li huwa ppjanat li b’koperazzjoni mal-Kunsilli Lokali jiġu pprovduti żewġ pakketti boroż għall-ġbir ta’ skart organiku lir-residenti f’Malta u f'Għawdex. Bħalissa l-Kunsilli Lokali qed jiġu kkuntattjati sabiex titwasslilhom konsenja ta’ dawn il-boroż.
Leg 13 PQ #8099 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati li kienu impjegati ma’ bank

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6467 u ċjoè: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il entità fi ħdanu, inkluż l-Awtorità ta' Malta dwar il-Logħob (MGA), għandhom impjegati li fl-aħħar 3 snin kienu impjegati mal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u x'inhu x-xogħol tagħhom illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab informat li hemm impjegat wieħed li llum jaħdem mal-MGA u li qabel kien jaħdem mal-imsemmi bank.
Leg 13 PQ #8264 Sitting 190 2019-01-30 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq l-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għas-Saħħa u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm 16 il-paġna/profili fuq facebook li huma amministrati mill-Ministeru għas-Saħħa u mill-entitajiet/dipartimenti tiegħu. Dawn huma: https://www.facebook.com/PharmacyOfYourChoice https://www.facebook.com/HPDPMalta/ facebook.com/materdeihospital/ facebook.com/siranthonymamoocologycentre/ https://www.facebook.com/Primary-HealthCare-Malta-372164399465754/ www.facebook.com/pg/MaltaNationalHealthScreeningProgrammes https://www.facebook.com/Lifestyle-Clinics-Primary-HealthCare-Malta-819155314867232/ https://www.facebook.com/fmsmalta https://www.facebook.com/bloodmalta/ https://www.facebook.com/Healthcare-Standards-Directorate- https://www.facebook.com/Environmental-Health-Directorate-Malta-145027878928626/ https://www.facebook.com/foodsafetyweekmalta/ https://www.facebook.com/dhirmalta/?ref=br_rs https://www.facebook.com/DPAMFH/ http://www.facebook.com/CPSUMFH https://www.facebook.com/kennghalsahhtek/

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi kif se nsemmi: Lista ‘A’ - Ministeru/Direttorati/Dipartimenti/Kulleġġi/Skejjel Lista 'B' - Entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jista' jagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u jindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — paġni, profili u gruppi fuq Facebook

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-paġni, profili u gruppi fuq Facebook li huma amministrati mill-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha jew minn persuni oħra jew kumpaniji f'isem il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza u f'isem l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? Tista' tagħti l-isem tal-imsemmija paġni, profili u gruppi u tindika għal kull wieħed minnhom il-Uniform Resource Locator (URL) tagħhom?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

MCCAA — Dipartiment għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni - ADR Officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ADR officers fi ħdan id-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni (CCD) li jagħmel parti mill-MCCAA, li jieħdu ħsieb l-każijiet li jaslu għand l-istess bħala entità tal-ADR residwu għall-finijiet ta' L.S. 378.19 tal-Liġijiet ta' Malta? Jista' jgħid x'inhu l-grad u, jew professjonali ta' kull wieħed minn dawn l-ADR officers tenut kont b'mod partikolari tar-rekwiżiti skont ir-regolament 7 tal-istess L.S. 378.19?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għall-Ilmenti u l-Medjazzjoni taħt l-Awtorità ta’ Malta għall-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, għandha ħames Uffiċjali Amministrattivi illi huma imħarġa u kompetenti biex jittrattaw każijiet skont ir-rekwiżiti tar-regolament fil-leġiżlazzjoni Sussidjarja minnek ċitata.

Riforma fis-sistema tal-Gwardjani Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi fir-riforma tas-sistema tal-gwardjani lokali u x’bidliet mistennija ġġib magħha? Jista’ jgħid kif se jkunu affettwati ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin bir-riforma?

Response (BONNICI, OWEN)

Fl-1 ta’ Mejju tas-sena 2018 sar it-trasferiment tal-Uffiċjali tal-Komunità (Gwardjani Lokali) minn mas-settur Privat għal mal-LESA (closed dept). Issa li ftaħna wkoll l-Uffiċini l-ġodda fil-Fgura u għamilna wkoll uniformijiet ġodda għall-uffiċjali, dawn se jkomplu jingħataw aktar taħriġ intensiv speċifiku fuq l-operat tal-Infurzar Lokali u biex dan il-mistier jittieħed aktar b’serjetà billi tinbena fuqu karriera. B’hekk mil-lenti taċ-Ċittadin jiġu aktar milqugħa u japprezzaw aktar lill-Uffiċjal tal-Kommunità bħala l-Uffiċjal dejjem qrib tagħhom u lest biex jiggwidahom u jgħinhom. Qed isiru ukoll bidliet ta’ Infurzar aktar ekwu, ġust, u edukattiv, anke f’setturi oħra bħat-Turizmu, Edukazzjoni, Ambjent eċċ. Iċ-ċittadini b’din ir-riforma se jiġu aktar edukati u l-mira hi li ċ-ċittadin japprezza l-ħtieġa ta’ dixxiplina ġusta. F’din ir-riforma se jingħata ukoll attenzjoni speċjali is-settur tal-Ambjent (iktar indafa fil-pajjiż) kif ukoll tirregola aktar is-settur tal-Kostruzzjoni bħala ppjanar u Infurzar bħala Siġurtà u Saħħa fuq dawn is-siti tal-Bini. Barra minn hekk nixtieq insostni wkoll se nkunu qed ningaġġaw team ħdid addizzjonali ta' Uffiċjali tal-Komunità. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna wkoll vetturi ġodda għall-uffiċjali u se jkollhom tagħmir ġdid sabiex ikunu jistgħu jaqdu l-funzjonijiet tagħhom b’mod aktar effiċjenti.

Kunsilli lokali – miżura għat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jispjega kif il-miżura mħabbra mill-Gvern Ċentrali li jagħmel it-toroq kollha tal-pajjiż se tolqot lill-kunsilli lokali? Qed jiġi assigurat li l-fondi għat-toroq lill-Kunsilli Lokali jibqgħu jingħataw xorta waħda?

Response (BONNICI, OWEN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li hu mistenni li t-toroq li se jibda jagħmel il-Gvern Ċentrali, permezz ta’ awtorità għalhekk imwaqqfa, se tkun qed taħdem mall-Kunsilli Lokali biex ikollna toroq ta’ livell għola minn dak tal-llum. Dan ifisser wkoll li l-Kunsilli Lokali jkollhom aktar fondi f’idejhom sabiex jiġu utilizzati aħjar fil-komunità, billi kif iddikjarat, il-Gvern mhux se jnaqqas fondi lill-Kunsilli Lokali.