Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ugwaljanza, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari 22956.

Pensjoni tad-Diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni li qed jirċievu pensjoni tad-diżabilità qegħdin ukoll jaħdmu? Tista’ tgħid jekk jeżistix xi studju li jispjega l-impatt tal-pensjoni tad-diżabilità fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' min jirċeviha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità – faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jew dixxiplini sportivi jeżistu għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex? Tista’ tgħid ukoll x'qed jew x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jgħin aktar dan il-qasam?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

San Lawrenz Għawdex – Uffiċċju f’Ta’ Dbiegi

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li qed jiġu offruti mill-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat? Tista' tgħid kemm persuni qed jaħdmu f'dan l-uffiċċju? Tista' tgħid ukoll kemm għaqdiet Għawdxin ibbenefikaw mis-servizz tal-uffiċċju, minn kemm ilu miftuħ sa meta titwieġeb din id-domanda?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat jinsab magħluq peress illi s-support lill-għaqdiet Għawdxin qed jingħata miċ-Ċentru tal-Volontarjat ġewwa x-Xewkija.

Amministrazzjoni taċ-Ċentru tal-NGOs – MoU

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum Of Understanding li ġie ffirmat ftit taż-żmien ilu, in kwantu l-amministrazzjoni taċ-ċentru tal-NGOs ġewwa x-Xewkija Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Memorandum Of Understanding mitluba qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet volontarji – Fondi Ewropej

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għaqdiet volontarji bbenefikaw minn Fondi Ewropej mill-budget 2014 - 2021? Liema kienu dawn l-għaqdiet, kemm fondi rċeviet kull waħda u x'kien l-iskop li għalih ingħataw il-fondi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tkopri l-perjodu li jibda mit-23 ta’ Novembru 2020, id-data meta l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja beda bl-operat tiegħu.
Leg 13 PQ #23000 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: KEVIN CUTAJAR To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil – bord – każijiet umanitarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min hu kompost il-bord li jiddeċiedi dwar każijiet umanitarji ta' ħaddiema Għawdxin fiċ-Ċivil li minħabba l-kundizzjoni tagħhom jkunu talbu biex jintbgħatu jaħdmu Għawdex qabel ma dawn ikun imisshom skont il-lista tal-Għawdxin li jaħdmu Malta? Jista' jispjega eżattament il-proċedura li jsegwi dan il-Bord f'każijiet ta' din ix-xorta?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-Bord Mediku huwa ffurmat minn tim multidixxiplinarju ta’ professjonisti mediċi kif ukoll minn Medical Board Coordinator li tieħu ħsieb il-lat amministrattiv tal-proċess tal-Bord. Kull talba li jirċievi l-Bord biex tiġi evalwata l-qagħda ta’ saħħa ta’ impjegat pubbliku, issir abbażi tan-natura tal-każ u b’mod individwali. Wara din l-evalwazzjoni, il-Bord jagħmel rakkomandazzjonijiet skont il-ħtieġa tal-każ u biex tiġi ppreservata s-saħħa tal-impjegat sabiex dan jibqa’ fix-xogħol għal-aktar żmien, sakemm saħħtu tippermetti. Dan japplika għall- impjegati pubbliċi kollha, irrispettivament jekk jaħdmux Malta jew Għawdex.

Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm l-Aġenzija Sapport għandha Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u f’liema lokalitajiet qegħdin? Tista’ tgħid ukoll jekk humiex sejrin jitwaqqfu aktar Djar Residenzjali speċjalment għal dawk li qegħdin fil-lista tas-stennija u, jekk iva, meta sejrin jitwaqqfu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi 10 djar residenzjali f’Malta u Għawdex, f’dawn il-lokalitajiet: Bormla; B’Bugia; Mtarfa; Siġġiewi; Kirkop; Fgura; Pembroke; Żabbar; Marsa; u Rabat, Għawdex. Fil-preżent qed issir ħidma sabiex jinfetħu 3 idjar oħra fil-komunità fil-lokalitajiet taż-Żurrieq u l-Qrendi fis-sena 2022, u oħra f’Ħal-Kirkop fl-2025. Bħala miżura tal-Baġit 2022, ser tkun qed issir ħidma sabiex tinfetaħ dar oħra għal persuni b’diżabilità f’Ħad-Dingli.

Parks Malta – parks fejn qed isiru interventi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ parks fejn l-aġenzija Parks Malta bħalissa qed tagħmel interventi fihom biex ikunu jistgħu jitgawdew aħjar mill-pubbliku? Tista’ tispeċifika x’tip ta’ xogħol qed isir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Parks Malta tagħmel xogħolijiet differenti f’diversi spazji miftuħa, widien u Parks, fosthom fil-Park tal-Familja f’ Marsaskala, il-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar, il-Park tal-Inwadar u l-Petting Farm u l-Picnic Area f’ Ta’ Qali. Minn barra kura ambjentali, jsiru wkoll xogħolijiet ta` manutenzjoni fuq l-istrutturi fiżiċi bħal ma huma bankijiet , railings , gazebos u tagħmir ieħor għat-tgawdija u l-użu tat-tfal. Parks Malta tirrestawra u tmantni strutturi sabiex tiżdied l-ħażna ta’ l-ilma tax-xita. Din il-ħażna tintuża fil-manteniment tal-istess żona sabiex b’hekk nagħmlu dawn l-ispazji aktar sostenibbli. Barra minn hekk, qed jiġu installati sistemi ta’ irrigazzjoni effiċjenti biex titnaqqas l-ħela tal-ilma. F’10 xhur, Parks Malta ħawlet ‘il fuq minn 1,100 siġra f’diversi żoni filwaqt li qed tiffaċilita proġetti ta’ afforestazzjoni minn fondazzjonijiet u organizazzjonijiet mhux governattivi. Riċentement ġie iffirmat ftehim ma’ Fondazzjoni Ġermaniża li b’donazzjoni ta’ €50,000, se jitħawwlu aktar minn 3,000 siġra fuq medda ta’ erba’ snin fil-Park tal-Majjistral. Biex tissaħħaħ il-biodiversita u nipproteġu l-ambjent naturali, qed isiru bosta xogħolijiet fil-widien. Dawn jinkludu t-tisħiħ tal-kanali għall-ilma, pontijiet tal-ġebel, ħitan tas-sejjieħ, it-tneħħija ta’ materjal li jakkumula, u l-kontroll ta’ speċi aljeni u inva¿ivi. Din il-ħidma tipproteġi l-abitat għal diversi speċi endemiċi jew f’riskju li jinqerdu. Huwa important wkoll li l-pubbliku li jżur dawn l-ispazji jieħu ħsieb l-ambjent ta’ madwaru. Fil-fatt Parks Malta varat kampanja edukattiva – Clean Up campaign – li fiha ssieħbu diversi kunsilli lokali u għaqdiet mhux governattivi biex jinġabar skart mormi illegalment. Permezz ta’ din il-kampanja ta’ tindif, huwa mistenni li sal-aħħar tas-sena se jkun inġabar ‘il fuq minn 750 tunnellata ta’ skart. Ħadna wkoll l-inizjattiva li Parks Malta tħawwel żewġ siġriet għal kull tunnellata. Sal-lum dan ifisser li Parks Malta se tkun qed tħawwel xejn anqas minn 1,500 siġra jew arbuxxel. Parks Malta għaddejja wkoll b’xogħol amministrattiv relatat ma’ investimenti kapitali li se jkunu qed jitwettqu fis-sena 2022 u fis-snin li ġejjin. Dan jinkludi l-Afforestazzjoni tal-Park tal-Inwadar li jestendi min-naħa tax-Xgħajra saż-Żonqor. Anke f’kollaborazzjoni mal-kunsilli lokali, Parks Malta hija kommessa li toħloq spazji miftuħa ġewwa l-lokalitajiet għat-tgawdija tar-residenti.
Leg 13 PQ #23072 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Residenti f’Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T.

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figura ta' kemm hemm persuni residenti f'Għawdex li huma reġistrati għall-V.A.T., sena b'sena, bejn l-2010 u l-2021, u kemm minnhom huma eżenti?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li turi n-numru ta’ kontijiet tal-VAT attivi, kull tmiem is-sena, minbarra 2021 sal-lum, f’kull kategorija ta’ negozju li jġib indirizz f’Għawdex.

Bejgħ ta’ ċittadinanzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22795 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġusitzzja u l-Governanza u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid kemm inbiegħu ċittadinanzi b'investiment taħt l-iskema tal-IIP sa Ġunju 2021, maqsuma sena b'sena? Jista' wkoll jgħid kemm inbiegħu minn Lulju 2021 sakemm titwieġeb din il-mistoqsija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Pajjiżna ma jbieħx ċittadinanza, kif referut mill-Onor. Interpellant fil-mistoqsija parlamentari. Pajji¿na joffri programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Mill-programm li kien magħruf bħala l-IIP pajjżna ibbenefija 1.7 biljun li ġew iġġenerati fl-ekonomija tagħna, u li minnu qed igawdu ċittadini Maltin u Għawdxin. Dan il-programm ġie fi tmiemu fl-2020 meta ma baqgħux jintlaqgħu applikazzjonijiet ġodda ta’ residenza għal finijiet tal-iip. L-ammont sena b’sena ta’ dawk l-individwi li flimkien mal-familji tagħhom għazlu li jinvestu f’Malta u li temmew il-proċess b’suċċess huma kif indikati fit tabella t’hawn taħt. Sena Ammont ta’ Applikazzjonjiet 2015 108 2016 254 2017 369 2018 223 2019 204 2020 135 2021 (sa meta ġiet imwieġba l-mistoqsija) 139

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-isponsorships ingħataw prinċipalment hekk kif ġej: · Malta Film Commission – sponsorjat attivitajiet relatati ma’ festivals tal-films · Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) – Fellowship Exposure Grants lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ tal-Mediċina – Fellowship Exposure Grants u korsijiet oħra lill-ħaddiema tagħha · Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu (MTA) – sponsorships ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat fi ħdan l-MTA imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-informazzjoni f’dan il-każ hija ta’ natura kummerċjali.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba parlamentari 15866, għall-kumplament tal-informazzjoni tlabt li din tinġabar skont dak rikjest.

Miniateru għall-Ġustizzja u l-Governanza — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija Parlamentari numru 15867 ta’ din il-leġiżlatura. Sadanittant tlabt biex tinġabar l-informazzjoni addizzjonali.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari numru 15869 u 16743.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 15870 li ngħatat f’din il-leġi¿latura. Tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.
Leg 13 PQ #23237 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Skema tal-Ħaddiema tal-Kommunità — imsieħba

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22928, jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' msieħba fl-Iskema tal-Ħaddiema tal-Kommunità li sabu impjieg fis-settur privat, sena b'sena minn mindu twaqfet din l-Iskema, jelenka l-isforzi msemmija sabiex l-imsieħba ta' din l-Iskema jsibu mpjieg fis-settur privat u jgħid kif is-settur privat jista' jitlob li jimpjega ħaddiema li huma f'din l-Iskema ?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Bejgħ bl-irkant tal-Emission Trading Units

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlet Malta mill-bejgħ bl-irkant tal-emission trading units matul dawn l-aħħar snin? Jista' jispjega kif isir il-bejgħ ta' dawn il-units u għala Malta hi f'pożizzjoni li tbiegħ dawn il-units?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 13 PQ #23239 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: JOSEPH ELLIS To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 iffirmati mis-Segretarju Permanenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti taħt il-valur ta' €5,000 mill-Ministeru għal Għawdex f'Ottubru 2021, kemm minnhom kienu għal kuntratt ta' servizz u kemm minnhom ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.