Għawdex – Għajnsielem – annimali eżotiċi li nstabu f’residenza privata
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23983 dwar annimali eżotiċi li nstabu f’residenza privata f’Għajnsielem fejn il-Ministru kkonferma li kelb ġie ferut f’inċident allegatament b’gidma ta’ dawn l-annimali eżotiċi, jista’ l-Ministru ġentilment jikkonferma għaliex sal-lum dawn l-annimali eżotiċi għadhom għand l-istess sid u ma ġewx sekwestrati, meta dawn ma kenux illiċenzjati? Fiex waslu l-investigazzjonijiet tad-Dipartiment tal-Animal Welfare u dawk tal-pulizija u hux se jittieħdu passi skont kif tipprovdi l-liġi? Jaħseb li post l-annimali eżotici mhuwiex fi djar privati?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’nefqiet saru ta’ titjib fir-riforma tal-Pitkalija maqsuma sena b’sena mill-2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm kienu dawn in-nefqiet għal kull sena? Fiex kienu jikkonsistu dawn in-nefqiet?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Mosta – Triq Baskal Buhagiar – qtugħ tal-elettriku – każ ta’ persuni
Question
Tista’ l-Ministru tara x’jista’ jsir sabiex familji li jgħixu fi Triq Baskal Buhagiar fil-Mosta jkunu megħjuna għaliex qed isofru minn sitwazzjonijiet fejn l-elettriku, bħala saħħa tal-vultaġġ li d-dettalji qed jingħataw separatament, qed jaqa’ b’konsegwenza li f’lejla, l-elettriku ġieli inqata’ ma’ 8 darbiet? Dan kollu qed iwassal fi ħsara ta’ appliances u jidher li s-salvazzjoni hu li jeħtieġ li jinbena “feeder” jew substation ġdida. Għalhekk qed nitlob lill-Ministru tara x’possibilitajiet hemm biex isir dan l-investiment? Tista’ tgħid meta ser isir?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta diġa intervjeniet fiż-żona msemmija billi qalbet numru ta' konsumaturi fuq substation alternattiva. Fiż-żmien li ġej l-Enemalta se tkun qed tinvesti b'iktar tisħiħ tal-infrastruttura fiż-żona msemmija.
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex isir tindif meħtieġ f’Wied Qirda, taħt il-pont tat-triq għas-Siġġiewi fejn illum dan il-wied jinsab mimli terrapin u jeħtieġ li jkun imnaddaf?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija lil Ministru kkonċernat.
Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — State aid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23391 u 21279 u ċjoè jista' jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23393 u 21278 u ċjoè jista' jgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tiegħu li rċievew state aid?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 23397 u 21961 u ċjoè jista' jgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu mill-2017 sal-lum?
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — Reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Tista' il-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 23398 u 21964 u ċjoè tista' tgħid kemm intnefqu flus għal reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa' taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-proġett ta’ tisbiħ li qed isir fil-Wied ta’ Ħal Qormi hux proġettat li se jintilef parking wara li jitlesta x-xogħol? Għal kemm spazji ta’ karozzi jammonta t-tnaqqis ta’ parking? Il-Kunsill Lokali Qormi kien informat dwar dan? Jista’ jgħid jekk sarx ukoll koordinament ma’ ministeri oħra biex tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien mill-istess inħawi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux ser jkun hemm tnaqqis ta’ parking wara li jitlesta x-xogħol, ser ikun hemm biss ċaqliq ta’ xi parking fl-istess sit. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ppreżentat bil-proposta u anke ġew mibgħuta l-pjanti approvati. Saru ukoll diskussjonijiet mal-kunsill dwar il- manutenzjoni ta’ dan il- proġett sabiex anke la jkun tlesta x-xogħol, nassiguraw li jibqa’ fi stat tajjeb għall-użu tar-residenti. L-iskop ta’ dan il-proġett huwa wieħed ta’ tħaddir permezz ta’ tisqiefa tal-wied. Is-servizzi u l-funzjonijiet tal-Wied mhumiex ser ikunu qed jintmessu.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se tissolva l-problema tad-drenaġġ ifur li tinqala’ minn żmien għal żmien fl-inħawi tal-Wied ta’ Ħal Qormi b’inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għaddejt il-każ lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex it-tekniċi tagħha jinvestigaw u jieħdu l-passi neċessarji.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24313, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk id-djar tal-anzjani li fihom hemm anzjan/i li bħalissa huma pożittivi għall-COVID-19? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm? F’kull dar imsemmija kemm-il anzjan/a hemm li hu/hi pożittiv għall-COVID 19? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm il-persuna hemm li ħadet l-ewwel vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm il-persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin? Minn dawn il-persuni li nstabu pożittivi kemm-il persuna hemm li ħadet l-ewwel u t-tieni vaċċin kif ukoll il-booster?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24310 u jagħti tagħrif dwar x’passi qed jittieħdu biex Fort Campbell (Fortizza ta’ Campbell, Selmun, Mellieħa), ma tibqax titfarrak u titpoġġa għal xi użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm zewg applikazzjionijiet kurrenti li qed jigu evalwati mill-Awtorita tal-Artijiet ghall-forti msemmija.
San Pawl il-Baħar – konsum tal-alkoħol f’postijiet pubbliċi — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24339 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il ċitazzjoni nħarġet dwar ksur tal-bye-law K.L.B.L 55/05/2021, liema bye-law hi dwar il-konsum tal-alkoħol f'postijiet pubbliċi f’San Pawl il-Baħar, minn meta daħlet fis-seħħ din il-bye law sal-lum maqsuma xahar b'xahar? Minn dawn iċ-ċitazzjonijiet li nħarġu kemm minnhom irriżulta li l-persuna lil min inħarġet iċ-ċitazzjoni kienet ħatja, ma kenitx ħatja u kemm huma l-każijiet li għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-tgħarif għadu qed jinġabar.
Naxxar – Skola Primarja – preżenza tal-Pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 24424, jista’ l-Ministru jinvestiga jekk nhar il-Erbgħa 2 ta’ Frar, 2022 u t-Tlieta 8 ta’ Frar, 2022 kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali biex jikkontrallaw it-traffiku fil-madwar tal-Iskola Primarja tan-Naxxar fil-ħinijiet tad-dħul u tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola, hekk kif informata li f’dawn id-dati ma kienx hemm il-preżenza tal-pulizija jew uffiċjali fil-ħinijiet tal-ħruġ tat-tfal mill-iskola?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. interpellanta li tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24425 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ bdiewa reġistrati bħala full-time u part-time, separatament għal kull lokalità li fiha hemm bdiewa reġistrati?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bdiewa rreġistrati u d-dettalji mitluba huma kif jidhru fit-Tabelli segwenti. Ninfurmaha wkoll li ma tinżammx informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex full-time jew part-time. Tali informazzjoni għandha tintalab lill-Ministeru kkonċernat.
Tabelli 1a u 1b: Numru ta’ persuni u l-lokalità tagħhom hekk kif irreġistrati fir-Reġistru tal-Bdiewa sat-31 ta’ Jannar 2022: a) Malta, u b) Għawdex b’total ta’ 12,094 persuna rreġistrata.
Lokalità - Malta
Nru. ta’ Bdiewa
ATTARD
171
BALZAN
39
BIRGU
4
BIRKIRKARA
183
BIRZEBBUGIA
235
BORMLA
9
DINGLI
322
FGURA
90
FLORIANA
5
GHARGHUR
106
GHAXAQ
200
GUDJA
167
GZIRA
14
HAMRUN
33
IKLIN
41
ISLA
2
KALKARA
35
KIRKOP
95
LIJA
51
LUQA
180
MARSA
28
MARSASCALA
136
MARSAXLOKK
81
MDINA
11
MELLIEHA
573
MGARR
461
MOSTA
662
MQABBA
160
MSIDA
40
MTARFA
108
NAXXAR
356
PAOLA
45
PEMBROKE
17
PIETA
8
QORMI
274
QRENDI
201
RABAT (Malta)
828
SAFI
145
SAN GILJAN
47
SAN GWANN
119
SAN PAWL IL-BAHAR
361
SANTA LUCIJA
18
SANTA VENERA
42
SIGGIEWI
700
SLIEMA
65
SWIEQI
69
TA' XBIEX
5
TARXIEN
76
VALLETTA
19
XGHAJRA
28
ZABBAR
386
ZEBBUG (Malta)
587
ZEJTUN
377
ZURRIEQ
491
Total
9506
Lokalità - Għawdex
Nru. ta’ Bdiewa
FONTANA
37
GHAJNSIELEM
198
GHARB
137
GHASRI
72
KERCEM
211
MUNXAR
79
NADUR
330
QALA
123
RABAT (Victoria)
315
SAN LAWRENZ
73
SANNAT
158
XAGHRA
334
XEWKIJA
322
ZEBBUG (Għawdex)
199
Total
2588
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ cyber bullying ġew irrapportati, xahar b’xahar, matul l-aħħar tliet snin? F’kull każ, x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u l-età tal-allegat akkużat/i?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Membru tinħtieġ eżerċizzju elaborat ta’ indaġini manwali biex tkopri tlett snin kif rikjest fil-mistoqsija, peress li fis-sistema elettronika tal-pulizija m’hemmx kategorija li toħroġ l-informazzjoni kif mitluba u ddetalji kif indikati. Infurmat ukoll li dan eżerċizzju li jikkonsma ħafna ħin prezzjuż li l-Korp tal-Pulizija jista’ juża aħjar għall-iskop tal-qadi tal-funzjonijiet tiegħu fil-ġlieda kontra l-kriminalita’ u għall-aħjar protezzjoni taċ-ċittadini, u għalhekk L-Onor Intepellanta għandha tikkunsidra l-importanza tal-ħtieġa li din informazzjoni tinġabar.
Promenade ta’ Marsalforn — Riġenerazzjoni tal-Menqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18380, 21032 u 22561 u jgħid fil-proġett li għaddej bħalissa ta’ Riġenerazzjoni tal-Menqa fil-Promenade ta' Marsalforn jispjega fid-dettall fiex kienu jikkonsistu l-varjazzjonijiet jew Direct Orders li ngħataw fit-13 ta' Frar 2020, fit-2 ta' April 2020 u fit-8 ta' April 2020, min talab għalihom, kemm ġew jiswew, lil min ingħataw u min awtorizza dawn il-varjazzjonijiet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx iktar jew hemmx ippjanat li jkun hemm iktar variations u direct orders fuq dan il-proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn id-dettalji jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern.