Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22725 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Skejjel f'Għawdex — nefqa fuq tisbiħ u modernizzar

Question

Tista' l-Minsitru tgħid matul is-sena 2021 sal-lum kemm kienet in-nefqa: 1. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja tan-Nadur; 2. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja ta' Kercem; 3. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja taż-Żebbuġ; 4. fuq it-tisbiħ u modernizzar tal-iskola primarja tal-Ghħarb; 5. fuq il-bini ta' s ensory-hydro- therapy pool fl-iskola primarja ta' Sannat; u 6. fuq it-tisbiħ ta' diversi faċċati ta' diversi skejjel f'Għawdex? F'kull każ tista' tagħti data meta ser ikun lest ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet imsemmija ssemmew bħala miżuri tal-Baġit għas-sena 2022. Għaldaqstant bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju biex dawn il-proġetti jibdew matul is-sena d-dieħla.
Leg 13 PQ #22726 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Foundation for Tomorrow Schools – audited accounts

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-accounts awditjati tal-Foundation for Tomorrow Schools għas-snin 2018, 2019 u 2020?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant li kopja tal-accounts awditjati tal-Foundation for Tomorrow’s Schools għas-snin 2018, 2019 u 2020 diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22727 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Xewkija – Ġnien Ulysses Grove – xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-Ġnien Ulysses Grove fix-Xewkija, peress li dan il-ġnien issemma f'diversi budgets ta' Gvern Laburista iżda issa jidher li x-xogħol fuqu waqaf u ma reġax issemma iżjed? Jista' jgħid jekk ix-xogħol hux ser jitkompla, fiex ser jikkonsisti u meta hu maħsub li jkun lest?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li tlestiet it-trakka tal-mixi ġewwa dan il-ġnien, saret applikazzjoni oħra mal-Awtorita’ tal-Ippjanar bi pjan revedut sabiex dan il-ġnien jinbidel f’park għall-familja. Il-proċess tal-applikazzjoni għadu għaddej. Sadanittant ħarġet sejħa għall-offerti sabiex jitwaħħlu d-dwal maġenb it-trakka. Minkejja dan, ma kien hemm ebda offerta li laħqet il-kriterji tekniċi tal-offerta. Għaldaqstant, din is-sejħa ser terġa’ tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Leg 13 PQ #22790 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Żona UCA – duty fuq prezz ta’ proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rata ta' 0% Duty fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà f'żona UCA tapplikax kemm għal xerrej li huwa persuna naturali kif ukoll għal xerrej li huwa persuna legali (kumpanija eċċ.)? Tista’ din il-miżura titgawda BISS minn persuna fiżika li tixtri proprjetà f’żona UCA; jew kumpanija li tixtri proprjetà f'żona UCA tista' tibbenefika wkoll, minn din il-miżura tal-baġit ta' dazju ta' 0%?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji tal-mizuri l-ġodda tal-baġit jiġu mħabbra mal-pubblikazzjoni tal-Avvizi Legali rilevanti. Għaldaqstant, kuntratti li jsiru mit-12 ta’ Ottubru 2021 sa meta jiġu ppubblikati l-Avvizi Legali, għandhom jibqgħu jsiru skont il-liġijiet kurrenti. Dawk minnhom li jkunu jikkwalifikaw għall-mizuri l-ġodda tal-baġit ikunu jistgħu jitolbu rifuzjoni tat-taxxi.

Mediċina Interferon — pre filled pens

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22687, peress li jidher li l-Ministru mhux infurmat li l-pazjenti li bħalissa qed jużaw il-mediċina Interferon beta-1a solution mhux qed jingħataw il-pre-filled pens imma qed jingħataw is-siringi biss, u dan iffisser li ħafna minn dawn il-pazjenti mhux qed jinjettaw lilhom infushom huma stess imma qed ikollhom jużaw is-servizz ta' infermiera biex jieħdu din il-mediċina, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jassigura li b'mod immedjat, il-pazjenti kollha jkollhom aċċess għal pre-filled pens?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-mediċina Interferon beta -1a solution tista’ tiġi amminstrata forma ta’ pre-filled syringe jew pre-filled pen jew cartridge li huma kollha self-injectable biex il-pazjenti jkunu jistgħu jinjettaw lilhom infushom huma stess. Mill-offerti li nirċievu minn sejħiet pubbliċi ikun determinat il-forom disponibbli sabiex tkun tista’ tiġi amministrata din il-mediċina.

Constant Glucose Monitors

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22688, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jafx li hemm numru ta' persuni li qed iħallsu għall-Constant Glucose Monitors minn buthom u li din hija spiża konsiderevoli? Huwa possibbli li l-Gvern ma għandux il-mezzi biex pazjenti kollha bid-dijabete type 1 jibdew jużaw il-Constant Glucose Monitor mis-sena 2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proġett ta’ Remote Patient Monitoring għal persuni bid-dijabete’ tat-tip 1, fis-sena li ġejja ser ikun estiż sal-eta’ ta’ 21 sena u s-sena ta’ wara jiġi estiż għall-pazjenti kollha tat-tip 1.

Wied il-Għajn – sussidju fuq il-kirjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni minn Wied il-Għajn ibbenefikaw tul din is-sena mis-sussidju fuq il-kirjiet u kemm kienet l-ispiża? Jista’ ukoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onor. Interpellant huwa mitlub jikkjarifika jekk hux qed jirreferi għal kirjiet ta’ qabel jew wara Ġunju 1995. L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.

Il-Fgura – servizzi ta’ lift

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bini tal-Gvern fil-Fgura li ġie installat lilhom is-servizz ta’ lift u kemm hemm pendenti u għala?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s’issa ġew installati ħames lifts f’binjiet mikrija ġewwa l-Fgura. Talba oħra qed tiġi pproċessata u l-lift se jitwaħħal fis-snin li ġejjin.

Il-Ġappun – Ambaxxata — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Intrepellant li qed inpoġġi fuq Mejda tal-.Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna fil-Ġappun tul dawn l-aħħar 12-il xahar.

Santa Luċija – in work benefit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti f’Santa Luċija (Malta) bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 39 benefiċjarju/a li tħallsu s-somma ta’ €54,961.86 għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021. Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.

Ġnien is-Serenità — riġenerazzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu s’issa fir-rigward ir-riġenerazzjoni ta’ Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija wara dak dikjarat f’Lulju 2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, wara snin ta’ telqa, dan l-ispazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenita se jkun qed jiġi riġenerat għat-tgawdija tar-residenti. Parks Malta lestew diversi xogħolijiet amministrattivi u tekniċi bi preparazzjoni għax-xogħolijiet fiżiċi u ambjentali li jridu jsiru. Dan jinkludi t-tħejjija tal-pubblikazzjoni għas-sejħa tal-offerti u d-disinn tal-proġett li qed isir bl-għan li jikkomplimenta Ġnien is-Serenita. Permezz ta’ dan l-investiment ta’ nofs miljun ewro, se jinħoloq spazju rikreattiv ieħor fin-Nofsinhar ta’ Malta għal individwi ta’ kull eta’. Se jkun post ideali fejn wieħed jista’ jirrilassa, jissoċċjalizza jew jagħmel attivita’ fiżika. Se jkun mammar biex iservi għall-attivitajiet mużikali, kulturali u edukattivi. Ix-xogħolijiet f’dan l-ispazju miftuħ huma mistennija li jitlestew s-sena d-dieħla.

Bormla – Peppi Delceppo Ground — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru f’Peppi Delceppo Ground Bormla billi bħalissa x-xogħlijiet jinsabu wieqfa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla li fil-ġimgħat li għaddew, il-kuntrattur ħa ħsieb illi tiġi mwaqqa’ l-infrastruttura antika, jitneħħa l-materjal ¿ejjed u jsir invellar tas-sit skont il-ħtieġa. Huwa mistenni illi x-xogħlijiet fuq il-post jitkomplew matul Novembru 2021.
Leg 13 PQ #22904 Sitting 520 2021-11-16 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għall-Edukazzjoni

Infermiera li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Istat

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 22689 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid kemm hemm infermiera li qed jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat f’Malta u f’Għawdex? Tista’ tgħid f’liema skejjel qed jaħdmu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm 21 infermier li huma assenjati f’dawk l-iskejjel tal-Istat li fihom jattendu studenti li għandhom bżonn għajnuna medika. Dan in-numru ma jinkludix iċ-Ċentri ta’ Rizorsa fejn hemm sitt (6) infermiera stazzjonati fihom.

Persuni li jbatu bil-Fibromyalgia

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22690, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispeċifika: i. Liema huma l-mediċini li qed jingħataw għal min ibati mill-Fibromyalgia?; u ii. Liema huma l-mediċini li ser jibdew jingħataw? Jista’ wkoll jispeċifika meta ser jibdew jingħataw? Jista’ jispeċifika meta se jibdew jingħataw dawn il-mediċini minħabba li fir-risposta tiegħu rrefera għaż-“żmien li ġej”?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm żewġ mediċini li jingħataw bla ħlas lill-pazjenti li jsofru mill-imsemmija kundizzjoni li huma Tramadol u Amytriptiline. Fix-xhur li ġejjin se tkun qed tiżdied mediċina oħra (Pregabalin) fil-formularju tal-Gvern li ukoll se tkun qed tingħata bla ħlas, għall-pazjenti bil-Fibromyalgia.

Mediċina li tixbah il-mediċina Xeralto

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22691, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid, ġaladarba t-tendering process għadu miftuħ, kif ittieħdet id-deċiżjoni li l-mediċina in kwistjoni mhux ser tkun ix-Xeralto?

Response (FEARNE, CHRIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22691 u ninfurmaha li l-proċess għas-sejħa għadu għaddej u li l-ispeċifikazzjoni kienet miftuħa għall-kompetizzjoni xierqa dejjem skont id-direzzjoni klinika.

Skejjel – amministrazzjoi ta’ EpiPens

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22692, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jiċċara jekk fil-fatt hemmx biżżejjed infermiera biex jaħdmu fl-iskejjel kollha fejn hemm tfal li għandhom kundizzjonijiet fejn l-użu tal-EpiPen jista’ jsalvalhom ħajjithom?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 22689.

Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tagħrif mitlub kif estratt mill-Manwal applikabbli, li diġà jinsab pubbliku.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22956.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tiegħu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Nitlob lill-Onor. interpellant sabiex jagħmel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22956.