B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19352 li ġiet imwieġba fil-1 ta' Marzu 2021, jista' l-Ministru jgħid jekk it-tender għal xogħlijiet biex il-cablestad-dawl li baqgħu mwaħħlin mal-faċċati tad-djar u bini ieħor li jinsab ġewwa l-Pjazza tax-Xewkija u ma ġewx mgħoddija mill-Walk Through Culverts li saru apposta għal dawn il-wires ġietx abbozata u ppubblikata u jekk ukoll possibbilment areas oħra gewx inklużi f'din it-tender, u hekk iva liema huma dawn l-areas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa t-tender qed tiġi abbozzata. Minbarra l-Pjazza tax-Xewkija din it-tender ser tinkludi wkoll Pjazza San Franġisk u l-waterfront ta’ Marsalforn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Berlin tul dawn l-aħħar 12-il xahar.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar 12-il xahar, l-Ambaxxata Maltija f’Berlin kompliet bil-ħidma tagħha, li naturalment ħafna minnha ġiet affettwata mil-imxija tal-COVID-19. Fil-Ġermanja kien hemm
lockdown
bejn Novembru 2020 u Mejju 2021. Matul dawn ix-xhur, skont direttivi federali u dawk tas-Senat ta’ Berlin, l-operazzjonijiet mill-ambaxxata kienu ristretti għal każijiet urġenti u għal emerġenzi. Għal żewġ perjodi matul il-
lockdown
, konformi mad-direttivi tal-awtoritajiet f’Berlin, il-ħaddiema tal-Ambaxxata kienu qed jaħdmu mid-dar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm preżentement appelli pendenti quddiem l-Arbitru tas-Sigurtà Soċjali u kemm ġew deċiżi tul din is-sena u kemm irtirati?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Appelli
Ottubru 2021
Appelli pendenti sa Ottubru 2021
1290
Appelli deċiżi sa Ottubru 2021
246
Appelli li ġew irtirati mill-appellant/i sa Ottubru 2021
215
Appelli li ġew revokati mid-Dipartiment sa Ottubru 2021
189
Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni residenti fil-Fgura bbenefikaw mill-In work Benefit minn Novembru 2020 sal-aħħar ta’ Ottubru 2021? Kemm kien l-ammont ta’ flus li ġew mibgħuta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kien hemm 231 benefiċjarju/a tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura. L-ammont totali mħallas fuq dan l-benefiċċju għall-benefiċċjarji tal-In-Work Benefit, residenti ġewwa l-Fgura, ammonta għal €237,471.94, għall-perjodu minn 03/10/2020 sa 02/10/2021.
Infakkar li l-pagamenti jinħarġu kull 3 xhur b’lura, f’April, f’Lulju, f’Ottubru u f’Jannar ta’ kull sena. Għalhekk, il-figura mogħtija hija minn Ottubru 2020 u mhux minn Novembru 2020.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il jum kienet miftuħa l-Għassa ta’ Santa Luċija (Malta) tul din l-aħħar sena? Jista’ jgħid kemm ġew rappurtati delitti u kemm minnhom kienu marbuta ma’ serq?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-għassa ta’ Santa Lucia li hija għassa sekondarja tinsab magħluqa. Infurmat ukoll illi fiż-żona ta’ Santa Lucija ssir ronda regulari permezz ta’ vetturi tad-distrett ta’ Raħal Gdid, u dawk tal-RIU biex il-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija fil-lokalita, jiġu milħuqa. Ma' din l-għassa hemm stallata sistema ta’ intercom li permezz tagħha l-pubbliku jista jikkomunika mal-Kwartieri Generali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, u tingħata kull assistenza mitluba. Fiż-żmien li ġej ġewwa din il-lokalitá ser ikun introdott ukoll is-servizz ta’ community policing. L-ammont ta’ delitti rappurtati f’din il-lokalitá li jkopri l-perjodu bejn Jannar 2020 u l-aħħar ta’ Ottubru 2021, jidher fit-tabella hawn taħt li tinkludi wkoll dawk marbuta ma’ serq.
Sena
Ammont ta’ delitti rrapurtati (inkluz serq)
Ammont ta’ kazijiet ta’ serq irrapurtat
2020
43
13
2021 (sa Ottubru)
49
11
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien ikun ferm aktar apprezzat mid-diplomatiċi Maltin f’Moska li kieku wera interess fl-istat tagħhom waqt din il-pandemija tal-COVID-19. Id-diplomatiċi tagħna ilhom għal sentejn ma jistawx jinżlu Malta minħabba l-pandemija. Ir-Russja għadejja minn perjodu diffiċli ħafna pero’ d-diplomatiċi tagħna baqgħu hemm u kienu strumentali biex offrew għajnuna lil diversi ċittadini Maltin.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ħidma u inizjattivi li ttieħdu mill-Ambaxxata ta’ pajjiżna f’Moska tul dawn l-aħħar 12-il xahar.
Transport Malta – Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid id-dati ta’ meta ġew ippubblikati l-listi ta' Direct Orders fil-Gazzetta tal-Gvern minn Transport Malta għas-sena 2020 u sa Lulju 2021?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba fir-rigward ta’ Transport Malta tinsab fit-tabella ta’ hawn taht:
Perjodu
Data ta’ Pubblikazzjoni
Jannar – Ġunju 2020
Il-Gimgha, 18 ta’ Settembru 2020
Lulju – Diċembru 2021
Il- Gimgha, 16 ta’ April 2021
Jannar – Ġunju 2021
It-Tlieta, 5 ta’ Ottubru 2021
San Pawl il-Baħar – Triq San Franġisk – slipway u moll — nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li se tiswa s-slipway u moll off Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar? Kif ingħata x-xogħol, b'tender jew Direct Order? Min hu l-kuntrattur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min japprova dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet kollha li saru mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2018, 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-kumpaniija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ xogħlijiet li saru mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għas-snin 2019, 2020 u sa Lulju 2021? Jista’ jgħid kif ingħataw jekk hux b'tender jew direct order? Min approva dawn ix-xogħlijiet u pagamenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Għaqdiet Volontarji li ma jikkwalifikawx biex ikollhom ħaddiema tas-settur pubbliku sekondati magħhom
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21734, jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l-policy fis-seħħ dwar rilaxx ta' ħaddiema pubbliċi ma’ għaqdiet volontarji tinstab f’Sezzjoni 4.1 fil-Manual on Special Leaves. Kopja ta’ din il-policy qiegħda titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.